Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #8654 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża involuta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #8655 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlet il-Ministru u l-uffiċjali tagħha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża involuta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minni u minn uffiċjali tas-Segretarjat Privat tiegħi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, id-destinazzjoni ta' dan is-safar, kif ukoll l-ispiża fuq kull safra Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Prodotti minn Non-EU

Question

B'riferenza għas-sussidji li l-gvern qed jagħti fuq il-prodotti, f'każ li l-prodott inkwestjoni jkun importat minn oriġini non-EU , is-sussidju tal-gvern japplika xorta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista’ l-Onor. Interpellant jindika liema prodotti qed jirreferi għalihom.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8305 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pitkalija — Produzzjoni ta' Ħxejjex u Frott

Question

Jikkonferma l-Ministru li ż-żieda reġistrata fil-produzzjoni tal-ħxejjex u frott fil-pitkalija hija dovuta għall-fatt li l-bdiewa llum qed jirreġistraw il-produzzjoni fil-pitkalija minħabba li l-gvern mhux jiggarantixxi sussidji fuq il-ħxejjex u frott kemm-il darba jbiegħu l-biegħa at farm gate level? Jikkonferma l-Ministru li l-prezzijiet tal-ħxejjex u frott li jkabbru bdiewa lokali niżlu fl-agħar livelli tagħhom minn wara l-ewwel ta' Mejju 'l hawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ż-żieda fil-volum ta' bejgħ tal-ħxejjex u l-frott fil-pitkalija hija dovuta għal diversi fatturi. Dawn jinkludu l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli matul is-sena, titjib li sar fis-sistemi ta' kultivazzjoni u tisqija, l-użu ta' varjetajiet ġodda aktar għammiela, u possibbilment it-tendenza li aktar bdiewa jbiegħu il-prodotti tagħhom fil-Pitkalija biex jikkwalifikaw għas-sussidju taħt l-SMPPMA. Rigward il-prezzijiet, għalkemm il-prezz tal-ħxejjex għall-perjodu bejn Mejju w Ottubru ta' din is-sena kien anqas meta komparat mat-tlett snin ta' qabel, dak tal-frott kien jikkompara tajjeb, u fil-fatt il-prezz medju tal-frott bejn Mejju w Ottubru kien 1c6 għola minn dak tas-sena l-oħra. Għalhekk ma nistax naqbel ma' l-Onor. Interpellant li l-prezzijiet tal-ħxejjex u frott li jkabbru bdiewa lokali niżlu fl-agħar livelli tagħhom minn wara l-ewwel ta' Mejju 'l hawn. Meta imbagħad tikkunsidra s-sussidji li qed jirċievu l-bdiewa fuq dawn il-prodotti, id-dħul tagħhom fuq bejgħ mill-pitkalija kien fl-istess livell fil-każ tal-ħaxix u aħjar fil-każ tal-frott. Għalhekk wieħed għandu jikkonsidra d-dħul ġenerali u mhux sempliċiment il-prezz li l-bidwi jġib tal-prodott tiegħu fil-Pitkalija.

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' klandestini li qed jinżammu fid-depot tal-pulizija? Kemm ilhom jinżammu klandestini fid-depot u kemm huwa n-numru ta' pulizija u uffiċjali tal-pulizija responsabbli miż-żamma ta' l-ordni ta' dawn il-klandestini? X'bażi ta' shift/roster għandhom dawn il-pulizija? Kemm-il siegħa qed jaħdmu u kemm-il siegħa overtime qed jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-25 ta' Settembru ta' din is-sena beda jintuża iċ-ċentru ta' akkomodazzjoni ġewwa il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fejn fil-preżent hemm miżmuma 142 immigrant illegali. Infurmat ukoll illi hemm b'kollox 15-il membru tal-Korp assenjat magħhom, li jaħdmu x-xift addottat fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni mmexxija mill-Pulizija, u ċioe' 12, 12, off (day night rest).

Kunsilli Lokali — Riżenji ta' Kunsilliera/Sindki

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8312 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali fil-gżejjer tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8312 hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali — Talba għal Aktar Fondi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli f'Malta u Għawdex li talbu għal aktar fondi matul din is-sena? Liema kienu u kemm hija ċ-ċifra globali li ntalbet sabiex jiġu akkomodati dawn il-prioritajiet ta' dawn il-kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena (2004), l-ebda Kunsill Lokali ma għamel xi talba speċifika għal aktar fondi.

Bank Ċentrali — Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa l-gvern fid-dawl tal-parir tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta li stqarr fil-pubbliku xhur ilu li huwa fl-interess ta' pajjiżna li jidħol malajr kemm jista' ikun fl-euro? Jista' jinforma lill-Kamra x'kienu dawn ir-raġunijiet li rriżultaw lill-Bank Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qiegħed jikkunsidra l-aspetti kollha ta’ din il-kwistjoni u meta jasal il-waqt, jippubblika d-deċiżjoni tiegħu flimkien ma l-istrateġija li tkun ġiet deċiża.

Valur tal-Lira Maltija

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-valur tal-lira Maltija minn Jannar ta' sena ilu sal-lum niżel minn euro240 għal kull Lm100 Maltin għal euro220?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li dan l-aħħar l-euro ssaħħaħ ħafna fis-swieq internazzjonali tal-kambju, speċjalment kontra d-dollaru Amerikan. Peress li r-rabta tal-lira Maltija ma’ l-euro hija biss ta’ 70%, il-lira ma setgħetx titla’ għal kollox ma’ l-euro.

Bank Ċentrali — Valur tal-Lira Maltija

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fl-aħħar 12-il xahar liema kienu l-muniti u l-persentaġġi f'kull każ, ta' l-investiment tal-basket tal-muniti li fuqhom il-Bank Ċentrali ta' Malta jivvaluta l-valur tal-Lira Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta fit-23 ta’ Awissu 2002 li tispjega sew kif jaħdem il-basket tal-muniti li fuqhom huwa bbażat il-valur tal-lira Maltija kif ukoll il-bidla li saret fil-basket dakinhar. Minn dakinhar ma nbidel xejn. L-investimenti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jirriflettu l-persentaġġi tal-muniti li jiffurmaw il-basket.

Ċanga tal-Friża — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk is-sistema tas-sussidji tal-gvern fuq il-prezzijiet għoljin artifiċjalment taċ-ċanga tal-friża importata mill-Unjoni Ewropea humiex se jkunu fuq l-istess mekkaniżmi applikati fil-każ tas-sussidju taz-zokkor? Jekk inhu l-każ, jista' il-Ministru jinformana kemm hu s-sussidju li se jagħti l-gvern u kemm hija l-parti li l-konsumaturi jħallsu direttament fil-prezz meta jixtru l-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari numru 8330.

Qmuh u Ċereali — Sussidji

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk is-sistema tas-sussidji tal-gvern fuq il-prezzijiet għoljin artifiċjalment tal-qmuħ u ċereali importati mill-Unjoni Ewropea humiex se jkunu fuq l-istess mekkaniżmi applikati fil-każ tas-sussudiju taz-zokkor? Jekk huwa l-każ, jista' il-Ministru jinformana kemm hu s-sussidju li se jagħti l-gvern u kemm hija l-parti li l-konsumaturi jħallsu direttament fil-prezz meta jixtru l-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 8327 u 8328.

Dairy Products — Sussidji

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk is-sistema tas-sussidji tal-gvern fuq il-prezzijiet għoljin artifiċjalment tad-dairy products importati mill-Unjoni Ewropea humiex se jkunu fuq l-istess mekkaniżmi applikati fil-każ tas-sussidju taz-zokkor? Jekk huwa l-każ, jista' il-Ministru jinformana kemm hu s-sussidju li se jagħti l-gvern u kemm hija l-parti li l-konsumaturi jħallsu direttament fil-prezz meta jixtru l-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari numru 8329.

Ċanga tal-Friża/Vitella — Dazji

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm jammonta f'euros il-valur tad-dazji u tariffi fuq kull kilo laħam taċ-ċanga tal-friża u tal-vitella importat illum minn non EU countries, varjeta' b'varjeta' skond l-importazzjoni storika li l-gvern innegozja ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni meħtieġa qiegħda fuq id-DDS Website tal-Kummissjoni Ewropea. http://europa.eu.int/comm/taxation customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN (Tweġiba mogħtija: 11/11/2004AM) (Seduta Numru: 185)

Ċanga/Vitella — Sussidju fuq id-Dazji

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjooni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

New Zealand — High Quality Beef

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa kkalkolat mill-Gvern Nazzjonalista li l-konsumaturi lokali jridu jħallsu għal 1,000 tunnellata high quality beef minn New Zealand li storikament ikkonsmaw matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l konsumatur Malti għandu l-għa¿la ta’ l-istess kwalita’ ta’ laħam u bl-istess kwantita’ għal prezz orħos minn pajji¿i terzi oħra. Fil-fatt mill-1 ta' Mejju s'issa l-ebda mportatur m'applika għall-kwota tal-'high quality beef' minn New Zealand.