Legislature:
Category:
Reset
Active:

Stray Cats

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy in ġenerali tal-gvern fir-rigward tal-qtates stray meta dawn ikunu qed jingħataw l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa minn individwi jew assoċjazzjonijiet volontarji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent m'hemm l-ebda liġi li tagħmel differenza bejn 'stray cats' u 'owned stray cats', u l-anqas m'hemm xi policy speċjali. Fil-mument l-Animal Welfare Council qiegħed jipprepara Policy Document dwar il-kontroll ta’ l-istrays jew owned stray animals. Għar-rigward ta l-‘Owned Stray Animals' hija r-risponsabbilta ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom li jwettqu dak kollu neċessarju biex dawn l-annimali jkunu mħarsa u ma jkunux ta’ inkonvenjent għall-pubbliku jew għal annimali oħrajn.

Environmental Landscapes Consortium — Ġonna ta' San Anton

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-environmental landscapes consortium kellux l-awtorita' neċessarja sabiex jiddeċiedi li għandhom jitneħħew il-qtates li kienu jgħixu fil-ġonna pubbliċi ta' San Anton? Jekk fl-affermattiv, minn fejn ħarġet din is-setgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sfortunatament l-Environmental Landscapes Consortium (ELC) ma talabx awtorita' sabiex jieħu f'idejh ir-responsabbilita' tal-qtates jiġġerrew barra. Malli l-Monitoring Unit sar jaf b'dan iċ-ċaqliq tal-qtates minn San Anton għall-Wied Inċita mill-ewwel ngħatat l-ordni mill-Monitoring Unit sabiex dan iċ-ċaqliq jieqaf.

Kunsill għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk kienx involut il-kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali meta nqabdu u tneħħew il-qtates minn San Anton? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex dan il-kunsill ma kienx involut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ċ-ċaqliq tal-qtates minn San Anton ma sarx mill-gvern, fil-fatt, la l Kunsill għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali u lanqas id-Dipartiment tas-Saħħa ta’ l-Annimali u Ħarsien Xieraq ma kienu involuti. Għalhekk il-Kunsill imsemmi ma setax ikun involut. Din kienet azzjoni unilaterali u diġa ttieħdu passi biex ma tiġix ripetuta minn individwi jew minn xi entita’.

San Anton — Qtates

Question

Jista' il-Ministru jinformana x'metodi ntużaw u x'apparat ġie utilizzat sabiex inqabdu l-qtates u nġarrew minn San Anton għal Wied Inċita? Minn fejn inġieb jew inxtara dan l-apparat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-gvern ma xtara, u ma uża l-ebda apparat biex jinġarrew il-qtates, peress li dawn m'humiex fuq l-inventarju tal-gvern. Jien infurmat li l-Environmental Landscapes Consortium (ELC) spjega lill-Monitoring Unit li nxtraw u ntużaw numru ta' 'carry cases' apposta għall-ġarr ta' l-annimali. Dawn il-'cases' inxtraw mill-ELC bl-ispejjeż jinħarġu mill-Konsorzju stess.

San Anton — Qtates

Question

Jista' il-Ministru jinformana min kienet dik il-persuna nkarigata mid-dipartiment responsabbli mill-mezzi u l-modi ta' kif inqabdu u nġarrew il-qtates minn San Anton? Xi kwalifiki kellha din il-persuna f'dan ir-rigward u x'metodu użat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-gvern ma kellu l-ebda inkarigu li jqabbad xi dipartiment iġorr il-qtates.

Wied Inċita — Qtates

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn fejn qed jiġu l-fondi li hemm bżonn biex jinxtara l-ikel għall-qtates li issa qegħdin Wied Inċita? Mingħand liema supplier qed jinxtara l-ikel? Kif intgħażel is-supplier?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż għall-ikel, l-kura u l-manteniment tal-qtates qegħdin jinħarġu mill-Environmental Landscapes Consortium (ELC) li ħa dawn il-qtates taħt ir-responsabbilita' tiegħu. M'hu jsir l-ebda kumpens mill-Gvern għal dawn l-ispejjeż li daħal għalihom l-ELC.

Persuni Mdaħħla l-Isptar minħabba Velenu fl-Ikel -

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet l-isptar kawża ta' velenu fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-ewwel disa' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (SLH), in-numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta velenu fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena ammontaw għal 23. Fl-istess perjodu tas-sena l-oħra, jiġifieri bejn Jannar u Awissu ta' 2003, iddaħlu 35 pazjenti b'food poisoning. Fit-terminu food poisoning huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawzati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).

Deportazzjoni ta' Persuni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il persuna ġiet deportata jew rifjutata milli tidħol f'pajjiżna mal-wasla tagħha fl-ajruport internazzjonali ta' Malta jew fil-portijiet marittimi tal-gżejjer tagħna? X'nazzjonalita' kellhom dawn il-persuni? Kemm huwa n-numru ta' ċittadini Maltin li qed jissoktaw b'arrest jew b'sentenza ta' ħabs f'pajjiżi barranin? F'liema pajjiżi jinsabu dawn iċ-ċittadini Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7771 fis-Seduta Nru. 179. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.

Skejjel sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-Form 3 fl-iskejjel sekondarji li din is-sena għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija? Kemm hu n-numru ta' studenti li fil-livell 3, 4 u 5 ta' l-iskejjel sekondarji din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal-lingwi tal-Ġermaniż, ir-Russu u l-Ispanjol?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fl-iskejjel sekondarji l-istudenti jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 4 u mhux fil-Form 3. L-istudenti li jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 3 huma dak li jattendu l-Junior Lyceums. Informat li n-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-Junior Lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija huwa : Subien - 1 Bniet - 4 Total - 5 Informat ukoll li n-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-Junior Lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Ġermaniża, ir-Russu u l-Ispanjol huwa : Subien Bniet Total Ġermaniż 8 37 45 Russu 0 3 3 Spanjol 12 63 75 Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien fil-livell 3, 4 u 5 ta' l-iskejjel sekondarji din is-sena huwa : Subien Bniet Total Form 3 1,830 1,857 3,687 Form 4 1,868 1,945 3,813 Form 5 1,777 1,995 3,772
Leg 10 PQ #8740 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta/Libja — Mixed Commission

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiltaqa' il-mixed commission bejn Malta u l-Libja? X'qed jipproponi l-Gvern Malti għall-agenda ta' din il-laqgħa?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-djalogu politiku bejn Malta u l-Libja qed jitkompla bl-għola livell bi żjarat uffiċjali mill-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kif ukoll mill-President fi Frar 2004. Diġa saru kuntatti biex dan il-proċess jitkompla u jissaħħaħ.

Kunsilli Lokali — Riżenja ta' Sindki/Kunsilliera

Question

Jista' il-Viċi Prim jirrispondi mistoqsija parlamentari 8312 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilliera u sindki, lokal lokal f'Malta u Għawdex, li rriżenjaw sena b'sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali fil-gżejjer tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8650 f'Seduta Nru. 187.

Persuni Self-Employed — Ħlas ta' l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8314 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-2003 kien hemm 12,332 persuni self-employed li kienu regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurtà soċjali. L-informazzjoni għal din is-sena tkun tista’ tingħata meta jsir l-aħħar pagament f’Diċembru. Mill-1998 saru 1446 arranġamenti speċjali ma’ persuni self-employed biex iħallsu l-arretrati ta’ l-N.I.. Iċ-ċifra globali li trid tħallas f’arretrati hi stmata li tlaħħaq madwar Lm1.9 miljuni nklużi kontribuzzjonijiet stmati mill-Kummissarju peress li l-formola tat-taxxa ma tkunx għadha ntbagħtet.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-Ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwl disa' xhur ta' dis-sena saru sitta u għoxrin żjara barra minn Malta minn uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi. Personalment kont presenti fi tlieta minnhom. Generalment dawn iż-żjajjar kienu relatati ma' diversi aspetti ta' l-informatika. L-ispiża totali ta' dawn iż-żjajjar tlaħħaq madwar tnejn u għoxrin elf lira Maltin.

MMA — Opri tal-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' opri tal-baħar, sajd, eċċ. reġistrati ma' l-MMA matul l-ewwel disa' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser tkun inkluża fir-rapport anwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta li dalwaqt ser jiġi mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Impjiegi — Sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fil-lukandi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ngħataw is-sensja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : 2004 Numru ta' Sensji Jannar 22 Frar 20 Marzu 27 April 13 Mejju 14 Ġunju 6 Lulju 10 Awissu 3 Settembru 11

Saħħa — Ksur tar-Regolamenti tas-Sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent f'Malta u Għawdex kemm huwa n-numru ta' lukandi/ristoranti u stabilimenti oħra ta' l-ikel u x-xorb li għandhom il-liċenzja sospiża minħabba li nstabu jiksru xi regolamenti tas-sanita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma toħroġ l-ebda liċenzja lill-lukandi, ristoranti u stabilimenti oħra ta' l-ikel u xorb. Għaldaqstant, hemm l-obbligu ta' reġistrazzjoni ma' l-istess Dipartiment ta' kull stabiliment ta' l-ikel skond l-Att ta' 2002 dwar is-Sigurta' ta' l-ikel (Chapter 449) Part IV Art. 11, kif ukoll b'Att. Legali 180 ta' 2001. Id-Dipartiment jista' jagħlaq postijiet ta' l-ikel skond l-Att. ta' 2002 dwar is-Sigurta' ta' l-ikel Sec. 36. Infurmat li bħalissa ma hemm l-ebda post f'malta u Għawdex li jinsab magħluq skond dan l-Att.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-affarijiet rurali matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża involuta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 8477. Nitlob lill-Onor. Membru jinnota wkoll li ma jeżistix dipartiment b’dik in-nomenklatura.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża involuta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 8477. Ta' min jinnota li parti minn din l-ispiża hija rimbursata mill-Unjoni Ewropea.