Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani x'kienu r-raġunijiet ta' l-ispiża ta' Lm106,000 għas-safar tal-ministeru matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li huwa kkalkulat li l-ispiża ta' Lm 106,000 tikkonsisti f'biljetti ta' l-ajru, ħlasijiet lill-insurance u ħlas ta' subsistence allowances. Ta’ min igħid li ammont sostanzjali minn din l-ispiża jiġi effettivament refunded mill-Unjoni Ewropea. Mhux possibbli li f’dan l-istadju wieħed ikun preċiż fuq l-ispiża li jista’ jkun hemm sa l-aħħar ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

B'riferenza għan-nefqa tas-safar tal-ministeru, jista' il-Ministru jinformani minn liema voti qed jintnefqu u jitħallsu dawn il-flejjes?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż tas-safar tal-Ministeru jitħallsu minn dawn il-Voti Rikurrenti: (1) 2810 - Biljetti ta' l-ajru (2) 2820 - Ħlasijiet ta' allowances u insurance.

Qmuħ u ċereali — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8556, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid tiħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni? Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Is-sussidju li qed jingħata lill-applikanti skond l-iskema ta’ temporary state aid, flimkien, fejn hu applikabbli, mal-kwoti li qed jingħataw skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea qed isarrfu fi prezzijiet stabbli u kompġetittivi għall-konsumaturi Maltin. Ma nistax nifhem għalhekk, kif l-Onor. Interpellant qed idaħħalha f’rasu li l-konsumatur neċessarjament qed iħallas xi differenza kif qed jiġi allegat meta dan jiddependi minn ħafna ċirkostanzi li ħadd ma għandu kontroll fuqhom.

Dairy products — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8557, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni? Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.

Ċanga tal-friża — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8555, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni? Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8535, jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba u cioe' jgħid skond il-kalkoli tal-gvern kemm hi l-parti l-oħra tal-flus li trid titħallas direttament mill-konsumatur meta jixtri l-prodott ta' l-ikel in kwestjoni? Jista' jgħid ukoll fuq kemm xhur il-gvern jikkalkula li trid titħallas id-differenza ta' flus fil-prezz in kwestjoni mill-konsumaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 8977.

Produzzjoni agrikola organika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8479, jista' il-Ministru jinformani kemm ħallas kull bidwi għar-reġistrazzjoni in kwestjoni? Kemm huma l-ispejjeż addizzjonali li jridu jħallsu l-bdiewa in kwestjoni f'dawk li huma s-servizzi li jipprovdu d-dipartimenti konċernati u l-privat sabiex ikun garantit li t-tali ċertifikazzjoni hija fattwali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-bdiewa ma ġew mitluba l-ebda ħlas mis-Sezzjoni tal-Biedja Organika sabiex jiġu reġistrati ħalli jkunu jistgħu jibdew il-proċess ta' produzzjoni organika. Sa issa kien hemm organizzazzjoni waħda li applikat, u ġiet approvata, biex tagħmel iċ-ċertifikazzjoni, din hija l-Awtorita’ ta’ Malta għall-iStandards. It-tariffi li sejra tapplika din l-organizzazzjoni huma kif ġej: Ħlas amministrattiv li jinkludi wkoll ċertifikazzjoni ta' tomna art: Lm50 Għal kull tomna l-ħlas jiżdied bl-ammont ta': Lm25 Il-massimu li bidwi in kwistjoni jiġi mitlub iħallas huwa ta': Lm200 Dawn il-prezzijiet jitħallsu darba fis-sena u jinkludu testijiet u l-ispezzjonijiet meħtiega, kif ukoll il-VAT b'rata ta' 18%. Ta’ min jinnota li r-rati li dan l-aħħar intqal fil media li din l-organizzazzjoni se taddotta ġew imraħħsa anke wara sottomissjonijiet minn dan il-Ministeru.

OPM — Safar/mobile phone

Question

Matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tas-safar u tal-mobile phone tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Minn fejn tħallsu dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li matul iż-żmien kopert b’din ir-risposta, il-persuna li isimha ntbagħat separatament kellha karigi varji. L-ispejjeż reletati mas-safar kienu Lm5,572.22 waqt li dawk relatati ma’ mobile phone kienu ta’ Lm231.90. Dawn l-ispejjeż tħallsu bejn dan l-Uffiċċju u l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin skond il-każ. (Tweġiba mogħtija: 24/11/2004PM) (Seduta Numru: 194)

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8535, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm se jħallsu f'sussidju l-konsumaturi direttament u l-UE peress li fir-risposta hemm biss dak l-ammont li qed iħallas il-Gvern Malti mit-taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-konsumaturi ma jħallsux sussidji diriment kif qed jistqarr l-Onor. Interpellant fuq il-prodotti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari numri 8326, 8328, 8329, 8331 u 8535

Ċanga tal-friża/vitella — Dazji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8531, jikkonferma l-Prim Ministru li tariffa u dazju jvarja minn Euro 1.7 fil-kilo sa Euro 3.5 fil-kilo? Jekk fl-affermattiv, kemm minn dan il-piż fuq il-konsumatur qed jissussidja l-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8531, inżid illi d-dazju jew it-tariffa huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ sussidju, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM) (Seduta Numru: 193)

High quality frozen beef and veal

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8534 u cioe' jista' jispjega lill-Kamra għaliex minflok 10c levy fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro304.1 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202309010 tal-high quality frozen beef and veal? Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef għall-konsumaturi u għal-lukandi, ristoranti, eċċ. li fuqhom se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dan il-prodott tal-ħajja ta' kuljum? Jista' jinforma lill-Kamra kemm minn din it-tariffa se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li llum jitħallas dazju u l-ħlas indikat fit-tariff quota. Fil-fatt, dawn il-prodotti jattiraw dazju jew tariff quota, kif ikun applikabbli fil-waqt ta’ l-importazzjoni. B’hekk, jekk il-prodott dakinhar ikun inkluż fit-tariff quota, jattira ħlas ta’ 20% flok dazju. Għar-rigward ta’ sussidju, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM) (Seduta Numru: 193)

Ċanga/vitella — Sussidju fuq id-dazji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8532 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għall-WTO kwota, jew għall-kwota ta’ l-ACP countries, jew għall-kwota tal-high quality beef and veal. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nerġa’ ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsumaturi ma jħallsux sussidji direttament kif qed jistqarr l-Onorevoli Interpellant fuq il-prodotti msemmija. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM) (Seduta Numru: 193)

Ċanga/vitella — Dazji

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8530 u cioe' jista' jispjega lill-Kamra għaliex minflok spiċċat il-levy ta' 10c fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro176.8 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202100010 tal-high quality frozen beef and veal? Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef and veal importat minn non EU countries li fuqhom il-konsumaturi, lukandiera, tar-ristoranti, eċċ. se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dawn il-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8951 f’din l-istess seduta. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM) (Seduta Numru: 193)

New Zealand — High quality beef

Question

Il-kwota tal-high quality beef minn New Zealand tkopri r-records ta' l-importazzjoni storika ta' pajjiżna, cioe 1,000 tunnellata, jew tkopri 14% tagħha, u cioe' 140 tunnellata, jiġifieri 860 tunnellata anqas minn dak li pajjiżna storikament kien jimporta qabel is-sħubija minn dan is-save beef għar-raġuni li New Zealand ilha ħielsa mill-BSC u mard ieħor fuq il-merħliet tagħha għal aktar minn 100 sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta qegħda timporta laħam taċ-ċanga minn pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-BSE (mhux BSC kif rrefera fil-mistoqsija). Għar-rigward ta' mard ieħor, dan ikun qiegħed mħolli li jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea skond ir-risk analysis li hu aċċetat mill-World Trade Organisation (WTO).

Wied Inċita — Qtates - Veterinarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema veterinarju intgħażel sabiex jikkura l-qtates li nġarrew lejn Wied Inċita minn San Anton? Fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-gvern ma apponta l-ebda veterinarju peress li dawn il-qtates m'humiex fuq l-inventarju tal-gvern.

Ġonna Pubbliċi — Qtates

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min tneħħew il-qtates tal-ġonna pubbliċi tal-barrakka ta' fuq fil-Belt u Romeo Romani f'Santa Venera? X'sar minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li jidher li l-qtates li kienu l-Barrakka ta' Fuq telqu waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol fuq il-barrakka, peress li ma kien hemm ħadd min jitmagħhom. Il-ġnien Romeo Romano huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8305 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onor.Membru jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 8647.

Finanzi — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8308 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8308. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM) (Seduta Numru: 192)

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8476 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Trasferiment ta' Ministri/Ministeri

Question

Wara li nħatar il-Kabinett il-ġdid, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-ministri u ministeri li ġarrew minn post għal ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tibdil li sar minn post għal ieħor tal-Ministeri wara li nħatar il-Kabinett il-ġdid huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. (Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM) (Seduta Numru: 192)