Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, ecc li jaqgħu taħt il-Ministeru ta’ l-Izvilupp Urban u t-Toroq kienet tammonta għal Lm33,560.25. Huwa stmat li bejn Ottubru u Diċembru ta’ din is-sena ser jintefqu Lm10,837.99 oħra fuq safar, jiġifieri l-ispi¿a totali sa l-aħħar tas-sena hu kkalkulat li tavvicina il Lm44,398.51.

Bajd/Ġbejniet u Rikotta Friska

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi tal-bajd, il-ġbejniet u rikotta friska? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru kellhom laqgħat mal-produtturi tal-bajd, il-ġbejniet u ricotta friska. L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqġħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.

Ministeru tal-Familja — Safar

Question

Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha? Tista' tinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont globali minfuq bejn Jannar u Settembru 2004 kien ta' Lm34,663. Ninsab infurmata wkoll li hu kalkolat li bejn Ottubru u l-aħħar tas-sena ser jintefqu madwar Lm10,000.

Produtturi ta' l-Għasel

Question

Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi ta' l-għasel? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat mal-produtturi ta’ l-għasel. L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba għal-Mistoqsija numru 9155.

Produtturi tal-Majjal Frisk

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-majjal frisk? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-produtturi u l-proċessuri tal-majjal frisk talbu l-preżenza ta’ l-uffiċjali fil-laqgħat dejjem laqgħu l-istedina. Ninsab ukoll infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja fuq id-database tagħha żżomm l-informazzjoni meħtieġa għar-rigward twelid u qtil għal kull majjal li jiġi identifikat immedjatament wara it-twelid għall-fini ta’ monitoring. B'din id-data base jista' jingħata ukoll forecast tas-supply.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Investiment — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produtturi taċ-Ċanga Friska

Question

Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri taċ-ċanga friska? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-produtturi u l-proċessuri taċ-ċanga friska talbu l-preżenza ta’ l-uffiċjali fil-laqgħat dejjem laqgħa l-istedina. Ninsab ukoll informat li d-Diviżjoni ta'l-Ikel u Attivita' Veterinarja iżżomm fuq id-data base tagħha it-twelid u l-qtil ta' kull annimal li jiġi identifikat immedjatament wara t-twelid għall-fini ta’ monitoring. B'din id-data base Inter Herd wieħed jista' jkollu wkoll forecast tal-produzzjoni.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa fuq safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 mid-dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet hija kif murija hawn taħt:- Jannar sa Settembru 2004 Lm Ministeru, Direttorat ta' l-EU, Segretarjat Permanenti 15,497 Sezzjoni tax-Xogħlijiet 8,604 Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 6,571 BICC NIL L-istima tan-nefqa sa l-aħħar tas-sena ser tkun Lm39,177.
Leg 10 PQ #8995 Sitting 196 2004-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena n-nefqa globali tas-safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u ta' l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 142,582. Huwa kkalkolat li l-ispiża għall-aħħar tliet xhur tilħaq Lm 38,257.

Produtturi tal-laħam tat-Tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena sabiex iżomm il-kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tat-tiġieġ tas-simna? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja iżżomm ir-rekords fuq database ta' kull tifqisa f'Malta u ta' kull qtil li ssir, b'hekk,l-istess Diviżjoni tista' tagħti forecast tas-supply ta' laħam tat-tiġieġ lokali.
Leg 10 PQ #8997 Sitting 196 2004-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha? Tista' tinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa globali tas-Safar fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 kienet ta' Lm16,412.21 In-nefqa globali ta' safar tammonta ghal Lm17,504.21 s'issa.

Produtturi tal-Laħam tad-Dundjan

Question

Jista' il-Ministru jagħtrini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tad-dundjan? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti imressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li għalkemm saru diversi laqgħat bejn uffiċjali u produtturi jew proċessuri, ma jidhirx li saru laqgħat speċifikament fuq il-laħam tad-dundjan.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 8904 u Nru. 9229. Risposta għall-aħħar parti tad-domandi mhux possibli li tingħata.

Ministeru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.8911 tas-Seduta Nru.189. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, f'dan l-istadju mhux possibbli li tingħata stima ta' kemm se titla' l-ispiża sa l-aħħar tas-sena. Minkejja dan, id-Diviżjoni u l-Ministeru tas-Saħħa mhux mistennija li jaqbżu l-allokazzjoni approvata fl-Estimi 2004. Għar-rigward ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, l-istima tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hija ta' Lm3,820, filwaqt li entitajiet oħra ma jaħsbux li l-ispiża se titla' aktar.

Ċanga tal-friża/vitella — Dazji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8531, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l-Gvern Malti fuq dawn it-tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l-imprenditur/konsumatur? Jista' jgħid fuq liema perijodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.

Zokkor

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li tunnellata zokkor illum qed tiswa lil pajjiżna Euro 770 lill-imprenditur/konsumatur direttament u Euro 422 oħra lill-Gvern Malti in direttament? Jikkonferma li l-prezz fis-swieq internazzjonali għall-istess prodott kien ta' madwar Euro 201 għal kull tunnellata f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Laqgħat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew organizzati laqgħat mid-dipartiment ta' l-affarijiet rurali ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Affarijiet Rurali ma jeżistix. B’mod ġenerali nikkonferma li kull meta l-għaqdiet talbu l-preżenza ta' l-uffiċjali fil-laqgħat li huma jorganizzaw l-uffiċjali dejjem laqgħu l-istedina.