Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8656 u cioe' jista' jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hi l-ispiża globali nvoluta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8657 u cioe' jista' jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali nvoluta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-total taż-żjajjar barra mill-pajjiż li għamel il-Ministru u l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni matul l-ewwel disa xhur tas-sena hu ta' 30.
L-oqsma li fuqhom saru dawn iż-żjajjar kienu dawk li għandhom x'jaqsmu ma:
Joint OECD Transport Research
Transport Telecom and Energy - Council Meeting
ECMT - Taskforce on Security and Terrorism in Transport
TEN-T Projects Seminar
Meeting of the Board of Governors IMLI
ECMT - Group on Road Transport
Euromed Transport Project
Informal Ministerial Broadband Conference
Competitiveness Council Meetings
EIPA Training Programme Seminar - European Negotiations
30th CERP Plannary Meeting
High Level European Policy Summit - Harnessing the Power of Enlargement
Dutch Presidency - Short Sea Shipping Meetings
Posidonia 2004
TTE Council Meeting
Ten Financial Assistance Committee - Transport Sector Meeting
Technical Working Party on the New Directive of Service
Working Party on the Directive for the Provision of Services in the Internal
European Charter Conference on Small and Medium Enterprises
High level Group on Competitiveness and Growth
Informal Competitiveness Council Meeting
In-nefqa totali ammontat għal Lm 18931.39
Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8654 u cioe' tista' tgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża involuta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8910.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8867, jista' il-Prim Ministru jinformani kemm fil-fatt kienu l-ispejjeż tal-ġarr u ta' l-għamara ġdida li nxtrat u/jew inkriet?
Saru xi alterazzjonijiet jew xogħlijiet oħra fil-postijiet il-ġodda u jekk iva, kemm ġew jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub dwar it-trasferiment tal-Ministeru tal-Finanzi mill-Auberge d’Aragon u House of Catalunya għal Cavalier House u Maison Demandols fil-Belt Valletta:
Spejjeż ta ġarr - Lm1,758
Xiri ta’ għamara - Lm3,003
Alterazzjoni/Xogħolijiet oħra - Lm 242
Għar-rigward ta’ trasferiment ta’ Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Jista' il-Ministru jinformani kemm jimpjegaw persuni locally engaged il-missjonijiet ta' Malta f'Ruma, f'Berlin u fi Strasbourg? F'liema kariga u kemm minnhom ġew impjegati fis-snin 2003 u 2004 rispettivament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin timpjega 7 locally engaged personnel (LEPs) (2 bhala clerk typist, 1 clerk typist/translator, 1 PRO/translator, 1 segretarja, 1 messaggier/xufier, u 1 messaggier/cleaner). Hadd minn dawn ma gie mpjegat fl-2003 u fl-2004.
L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma timpjega 6 LEPs full time (1 fil-grad ta’ Clerical Officer, 4 fil-grad ta’ clerk typist u 1 bhala xufier/messaggier). Timpjega ukoll 3 sefturi part-time. Hadd minn dawn il-locally engaged staff ma gie impjegat fis-snin 2003 u fl-2004.
Ir-Rapprezentanza ta’ Malta fi Strasbourg timpjega seftura part-time. L-ebda persuna ma giet impjegata fl-2003 u fl-2004.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ mal-biewa u l-familji tagħhom li sofrew telf kbir ta' flus bħal fil-każ ta' dawk li jkabbru dulliegħ f'Malta u Għawdex? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-bdiewa u l-familji inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-dħul ta' prodotti agrikoli mill-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi mmonitorjat miss-Sezzjoni 'Trade Mechanisms" imwaqqfa propju għal dan l-iskop.
l-uffiċjali għoljin fil-Ministeru kellhom diversi laqgħat mar-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-bdiewa fejn iddiskutew diversi issuesmhux biss żviluppi fis-suq inkluż dak tad-dulliegħ. L-ilmenti tar-rappreżentanti tal-bdiewa ġew diskussi u sa fejn kien possibbli ġew rimedjati xi problemi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' salarju f'liri Maltin u Euros, tad-dħul tar-rappreżentant permanenti Malti fi Brussell kull sena u x'benefiċċji oħra jitħallas?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 4899, 5805 u 7107
Jikkonferma l-Ministru li l-gvern se jtemm il-kuntratt ta' diversi diplomatiċi li daħlu fil-ministeru qabel l-elezzjoni tas-sena 2003?
Jista' jinformani min huma dawn id-diplomatiċi li se jintemmilhom il-kuntratt?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ma hemm l-ebda pjan li jintemmu xi kuntratti li qegħdin fis-seħħ. Jekk l-Onorevoli Interpellant jista jkun aktar speċifiku nista anke nagħtih tagħrif dwar xi każijiet speċifiċi li jista jkollu f'moħħu.
Jista' il-Ministru jinformani jekk il-mera rococo mislufa mill-Mużew Malti lill-Ambaxxata ta' Pariġi hijiex inkluża fl-inventarju ta' l-ambaxxata jew tar-residenza ta' l-Ambaxxatur?
Jista' jinformani x'inhu l-iskop tal-gvern li oġġetti mill-mużew Malti jittieħdu għal dan il-għan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3977.
Il-prattika li oġġetti mill-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti jissellfu lill-Ambaxxati ilha tiġi segwita għal żmien twil minn Gvernijiet differenti bl-iskop li l-Ambaxxati u/jew ir-residenzi uffiċċjali ta' l-Ambaxxaturi ta' Malta jagħtu l-aħjar immaġini ta' pajjiżna..
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pittura ta' Bellia li tirrappreżenta Razzett Malti m'għadhiex fuq l-inventarju ta' l-Ambaxxata ta' Pariġi?
Fejn tinsab din il-pittura llum u taħt liema inventarju hija koperta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat ħażin. Il-pittura msemmija qegħda fl-inventarju ta' l-Ambaxxata ta' Pariġi, fejn fil-fatt tinsab.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ftit tax-xhur ilu ddikjara li aktar ma nidħlu malajr fil-Euro aktar jaqblilna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija tiegħu Numru 8552.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni inkwestjoni ma' l-agro-industrija? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat in konnessjoni mal-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ l-agro-industrija.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern jaqbel li aktar jaqbel lil pajjiżna li jidħol tard fl-Euro milli kmieni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern hu tal-fehma li m’huwiex fl-interess tal-poplu Malti li jċaħħad lilu nnifsu għal żmien twil wisq mill-benefiċċji li l-adozzjoni ta’ l-euro ġġib magħha. Mill-banda l-oħra l-Gvern jifhem ukoll li l-pajjiż għandu jieħu dan il-pass biss meta l-ekonomija tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti. Dan ikun il-każ meta jintlaħqu l-miri tal-Pjan ta’ Konverġenza 2004-2007.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni tal-pitkala Maltin u Għawdxin tal-ħaxix u l-frott frisk? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li xogħol il-pitkala Maltin u Għawdxin huwa li jbiegħu ħaxix u frott lokali prodott mill-bdiewa Maltin u Għawdxin. Il-pitkala la jipproduċu, u anqas jimportaw prodotti agrikoli, u anqas huma proċessuri.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk lokali? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat kontinwi mal-għaqdiet tal-bdiewa biex, fost affarijiet oħra, jiddiskutu żviluppi fis-suq kemm mill-lat ta’ produzzjoni kif ukoll mill-lat ta’ importazzjoni.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi, kif ukoll assistenti diretturi, u diretturi skond is-settur rispettiv.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9156. Huwa diffiċli li dan il-Ministeru jagħti stima ta' l-ispiża għas-safar sa l-aħħar tas-sena minħaba li n-natura tax-xogħol ġieli tirrikjedi attendenza f'laqgħat barra minn Malta fuq avviż ta' ftit żmien.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-laqgħat li organizza l-ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena biex iżomm kuntatt u monitoring meħtieġ tal-produzzjoni u l-importazzjoni mal-produtturi u l-proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek? Min kienu l-uffiċjali għoljin responsabbli minn dawn il-laqgħat u x'rapporti kkummissjonaw u x'rakkmandazzjonijiet għamlu għall-ilmenti mressqa mill-produtturi u proċessuri inkwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-diversi taqsimiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru jkollhom laqgħat kontinwi mal-produtturi u proċessuri tal-laħam frisk tal-fenek skond il-ħtieġa.
L-uffiċjali responsabbli minn dawn il-laqgħat huma uffiċjali agrikoli u xjentifiċi kif ukoll assistenti diretturi u diretturi skond is-settur rispettiv.