Jista' il-Ministru jinformani x'inhi l-policy tal-gvern għall-producers organisation f'każ li dawn ikollhom in-neċessita' li jimportaw u jdaħħlu fil-pitkalija ċentrali frott u ħaxix frisk importat mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' jinformani liema huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u dawk lokali li jawtorizzaw jew jimblokkaw dan il-forma ta' negozju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-policy tal-Gvern hi li fil-Pitkalija jsir bejgħ ta' prodotti agrikoli lokali biss. Peress li l-pitkalija hija entita’ pubblika, l-gvern jista’ jirregola u jaddatta policy kif jopera l-pitkalija u m'hemm l-ebda regolament tal-Unjoni Ewropea kontra din il-policy.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-MEPA awtorizzat li x-xogħlijiet fil-Wied tal-Marsa isiru bil-konkos meta s-sistema tal-gabioni fix-xogħol tal-widien ma teqridx il-karatteristika tal-ħitan tas-sejjieħ, kif ukoll huma ta' anqas impatt fuq is-sistema idroloġika, ekoloġika, ġeoloġika u ambjentali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proposta li għaliha qed jagħmel referenza l-Onorevoli Interpellant kienet tinvolvi xogħolijiet biex itejbu s-sistema ta' immaniġġjar ta' l-għargħar. It-teknoloġija u l-materjali proposti huma simili għal dawk li kienu jeżistu qabel. M'hemm l-ebda indikazzjoni li ħa jiġu affetwati xi ħitan tas-sejjieħ.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartimenti f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi pprovduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jinformani kif id-dazji u tariffi/kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-beef & veal minn non-EU countries se jaffettwaw is-settur tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma żżommx informazzjoni fuq dawn id-dazji u tariffi.
Jista' il-Ministru jinformani kif id-differenza fl-għoli tal-prezzijiet tal-beef & veal importati mill-Unjoni Ewropea se jaffettwa l-industrija tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma żżommx informazzjoni fuq dan is-suġġett.
Skond l-istħarriġ li jsir mill-Ministeru tat-Turiżmu, matul is-sena d-dieħla kemm hu mistenni li jogħla jew jorħos l-ikel u xorb li jisserva mill-food chains, ristoranti, eċċ, lokali għall-konsum tat-turisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma żżommx informazzjoni fuq dan is-suġġett, anki għaliex f'Malta hawn suq ħieles.
Jista' il-Ministru jinformani x'impatt fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna se jkollhom id-dazji, tariffi u kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-beef & veal minn non-EU countries?
Jista' jinformani kemm kienet il-levy fuq kull kilo qabel l-1 ta' Mejju li għadda u kemm hi ż-żieda fid-dazju u tariffi li daħħal il-Gvern Nazzjonalista wara l-ewwel ta' din is-sena fuq dan is-sors ta' l-ikel essenzjali sew għall-ħajja ta' kuljum tal-familji Maltin u Għawdxin u sew għall-industrija tat-turiżmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li d-domanda li qed jagħmel fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu mhix waħda li tista titwieġeb hekk.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija jien infurmat li r-rati tal-levies fuq il-Beef u Veal kienu jvarjaw skond jekk il-laħam kienx ikun impurtat fi stat friżat, frisk jew chilled u anke skond il-partijiet jew qatgħhat differenti. Għaldaqstant qiegħed nikkwota l-ogħla u l-orħos rati ta' levies li kienu jappartjenu għal H.S. Codes 0201, 0202 u 0206. Dawn l-H.S. Codes kienu jattiraw levies li jvarjaw bejn 6ċ kull kilo għal 27ċ kull kilo.
Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq rati ta' levies aktar speċifiċi huwa mitlub jindika l-H.S. Codes rispettivi kemm għal partijiet tal-laħam kif ukoll għal kundizzjonijiet ta' kif setgħu jiġu mpurtati.
Jista' il-Ministru jinformani x'impatt fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna se jkollhom is-sena d-dieħla l-prezzijiet il-ġodda tal-beef cuts bħal fillet steaks, sirloin, cube roll, etc importati mill-Unjoni Ewropea abbażi tal-prezz intern ta' l-Unjoni Ewropea u mhux dak estern li pajjiżna kien jimporta bih sa l-1 ta' Mejju li għadda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Hu diffiċli li wieħed jipprevedi l-prezzijiet tal-beef cuts għas-sena d-dieħla minn issa minħabba ċirkostanzi li jistgħu jinbidlu kif ukoll minħabba tibdil fit-tariffa ta’ l-Unjoni Ewropea fuq ċanga mportata minn pajjiżi terzi.
Għall-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla u skond it-Trattat ta’ Sħubija ser jiġu allokati 399,900 Euros bħala sussidju fuq ċanga impurtata.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammont pendenti jrid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Tista' il-Ministru tagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti jrid isir il-proċess ta' l-estimi supplementari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-ħlas ta’ pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta’ l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta’ l-estimi supplimentari ta’ kull Ministeru u Dipartiment f’nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta’ Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma’ kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta’ xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellha tagħti lill-fornituri ta' prodotti u/jew servizzi sal-31 ta' Ottubru 2004 tammonta għal Lm148,288. Hija l-policy ta' l-organizzazzjoni li tħallas għal prodotti u/jew servizzi mixtrija fix-xahar ta' wara dak li fih tkun saret ix-xirja.
Fil-każ ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, is-sena finanzjarja ġdida bdiet fl-1 ta' Ottubru 2004.
Fil-preżent l-ammont dovut mill-kumpanija Wasteserv Malta Ltd huwa ta’ Lm603,625.24. Huwa mistenni li minn dan l-ammont, Lm571,927.41 irid jitħallas is-sena d-dieħla.
Jista' il-Prim Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħlas ta’ pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta’ l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta’ l-estimi supplimentari ta’ kull Ministeru u Dipartiment f’nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta’ Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma’ kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta’ xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
(Tweġiba mogħtija: 07/12/2004PM)
(Seduta Numru: 203)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplementari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mogħddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Tista' il-Ministru tagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-ħlas ta’ pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta’ l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta’ l-estimi supplimentari ta’ kull Ministeru u Dipartiment f’nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta’ Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma’ kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta’ xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nof's Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma kull Dipartiment biex ma jiħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn t-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammonti pendenti irid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena ikun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jiitħallsu fis-sena il-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti il-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi magħtija.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-ħlas ta’ pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta’ l-ammonti pendenti, irid isir il-proċess ta’ l-estimi supplimentari ta’ kull Ministeru u Dipartiment f’nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta’ Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma’ kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta’ xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.