Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bastimenti tas-sajd — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-Gvern Nazzjonalista impona taxxa indiretta ġdida ta' Lm3,000 għar-reġistrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd ta' aktar minn 24 metru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta ma għandiex interess li jkollha vapuri kbar tas-sajd għaliex dawn għandhom sforz tas-sajd kbir, u jfixklu l-intenzjonijiet tagħna li nżommu, u nipproteġu, kemm jista' jkun, is-sajd artiġjonali. It-tariffa ta' Lm3,000, li qed tissemma' kif hemm miktub fl-istess Avviż Legali, hija diretta lejn l-istallazjoni ta' sistema ta' monitoraġġ satellitari li huwa mitlub f'dawn il-bastimenti.

Bastimenti tas-sajd — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-Gvern Nazzjonalista impona taxxa indiretta ġdida ta' Lm3,000 għar-reġistrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd ta' aktar minn 24 metru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta ma għandiex interess li jkollha vapuri kbar tas-sajd għaliex dawn għandhom sforz tas-sajd kbir, u jfixklu l-intenzjonijiet tagħna li nżommu, u nipproteġu, kemm jista' jkun, is-sajd artiġjonali. It-tariffa ta' Lm3,000, li qed tissemma' kif hemm miktub fl-istess Avviż Legali, hija diretta lejn l-istallazjoni ta' sistema ta' monitoraġġ satellitari li huwa mitlub f'dawn il-bastimenti.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8993, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa r-refund li effettivament se tagħti l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Hu kkalkulat li bejn wieħed u ieħor għandu jiġi refunded madwar 36% ta’ l-ispiża.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8993, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa r-refund li effettivament se tagħti l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Hu kkalkulat li bejn wieħed u ieħor għandu jiġi refunded madwar 36% ta’ l-ispiża.

Reġistrazzjoni tar-Raba'

Question

B'riferenza għall-ispiża ta' Lm200 li l-bdiewa għandhom sabiex jirreġistraw ir-raba' għall-produzzjoni agrikola, dik hija fuq kull tomna? Jekk le, fuq kemm-il tomna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ħlas huwa ta’ Lm 50 minimu u jitla’ għall-massimu ta’ Lm 200 għal ettaru u aktar.

MDP — Bord

Question

Jista' il-Ministru jinformana min huma r-rappreżentanti tal-gvern fuq il-bord ta' l-MDP?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wara l-bidla fil-portfolji tal-Ministeri, li seħħet wara l-Elezzjonijiet Ġenerali ta' April 2003, il-Ministeru responsabbli għall-Malta Dairy Products Ltd (MDP) hu dak ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni. Għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru ta' l-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.

Settur tal-biedja

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown, settur settur, ta' kif se jintnefqu l-Lm15 miljun f'sussidji għas-settur tal-biedja u s-sajd matul is-snin 2005, 2006 u l-ewwel tmien xhur tas-sena 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Sajjieda — Reġistrazzjonijiet/liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ministeru ddeċieda li mis-sena d-dieħla 'il quddiem ir-reġistrazzjonijiet u liċenzji tas-sajjieda full time u part-time jridu jitħallsu kollha fiċ-ċentru ta' San Luċjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-Taqsima ħadet dan il-pass minħabba raġunijiet loġistiċi li jinkludu l-bżonn ta’ aktar spazju għal personnel, għaż-żamma elettronika ta’ l-informazzjoni u l-ipproċessar tagħha skond l-Avviż Legali 407 tal-15 ta’ Settembru 2004. Sadanittant, it-Taqsima se tibqa’ tipprova ssib metodi aktar ħfief għall-ħlas li possibilment, f’ċerti każi, ma jirrikjedix il-presenza tas-sidien.

Sajjieda — Liċenzji tas-sajd

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema skop il-Gvern Nazzjonalista s-sena d-dieħla se jgħolli l-liċenzji tas-sajd tas-sajjieda full -time minn Lm5 għal Lm25 fis-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-liċenzji tas-sajd ilhom ma jiġu riveduti mid-9 ta' Marzu 1990 meta kienu ġew introdotti l-kategoriji l-oħra barra il-full time. Iż-żieda fill-liċenzji hija marbuta mad-daqsijiet tad-dgħajjes. Iż-żieda fil-liċenzji tirrifletti ż-żieda fl-ispejjeż li huma marbutin ma dan il-liċenzjar u l-kontroll tiegħu. Kuntrarjament għal dak li qed jassumi l-Onor. Interpellant, il-ħlas baqa’ l-istess, jiġifieri Lm 5 għas-sajjieda full-time li għandhom dgħajjes taħt is-sitt metri. Il-ħlas għall-bastimenti ta’ minn 15-il metro sa 29.99 metri inbidel għal Lm 25.

Sajjieda — Reġistrazzjonijiet/liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda full-time li se jkollhom iħallsu bil-għoli l-liċenzja u r-reġistrazzjoni mis-sena d-dieħla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 9443

Marsa — Tqaċċit ta' siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il siġra ġiet rappurtata li tqaċċtet biex saru x-xogħlijiet fil-wied tal-Marsa? X'tip ta' siġar tqaċċtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Marsa — Xogħlijiet fil-wied

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-awtorita' tar-riżorsi awtorizzat li jsiru xogħlijiet fil-wied tal-Marsa bil-konkos meta s-sistema tal-gabioni proposta minn esperti internazzjonali fix-xogħol tal-widien ma teqriedx il-karatteristika tal-ħitan tas-sejjieħ, kif ukoll huma ta' anqas impatt fuq is-sistema idroloġika, ekoloġika, ġeoloġika, ambjentali u riżorsi oħra naturali? Min kienu l-uffiċjali li awtorizzaw li jsir dan ix-xogħol li għandu impatt fuq ir-riżorsi naturali in kwestjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi ġiet konsultata mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq xogħlijiet ta' twessiegħ ta' parti mill-kanal u t-twaqqiegħ u bini mill-ġdid tal-pont ta' Triq l-Iljun ġewwa Ħal Qormi. L-Awtorita' ma oġġezzjonatx għax-xogħol fl-imsemmi kanal ta' l-ilma.

OPM — Safar/Mobile Phone

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana jekk l-ispiża msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8985 tkoprix dak li tħallas kif ukoll dak li jrid jitħallas? Jekk le, jista' jagħtini breakdown relattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8985 ikopri l-ispiża kollha, liema spiża ġiet imħallsa wkoll.

Dairy Products — Sussidji

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8978, jikkonferma l-Ministru li l-prodott li qed nirriferi għalih bħala ġobon cheddar għola għall-konsumatur 50c fil-kilo? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ċanga tal-Friża — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8980 dwar ċanga tal-friża, jikkonferma l-Ministru li l-fillet, cube roll, sirloin, eċċ. għolew bejn 50c u 60c fil-kilo għall-konsumatur? Jekk le, kemm għolew jew kemm roħsu għall-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li l-Ministeru nieda skema ta’ Temporary State Aid għaċ-ċanga ta’ barra, kien hemm min, għal xi raġuni jew oħra, ma applikax. Ma’ dan wieħed irid isemmi ċirkostanzi u żviluppi fis-suq li l-Ministeru m’għandux kontroll fuqhom, u li jistgħu jwasslu għal tibdil fil-prezzijiet.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8981, jikkonferma l-Ministru li z-zokkor għola b'5c/6c fil-kilo għall-konsumatur? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Prodotti magħmula mill-ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm hi d-differenza bejn il-prezz intern u estern ta' l-Unjoni Ewropea tal-prodotti magħmula mill-ħalib frisk bħal cheddar, ġobon, butir, eċċ? Min qed jassorbi din id-differenza fl-għoli tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti? Kemm qed tiswa f'ċifra ta' flus globali lil pajjiżna d-differenza in kwestjoni? Jikkonferma l-Ministru li kawża ta' din id-differenza ċ-cheddar għola b'50c fil-kilo għall-konsumaturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jista’ jikseb l-informazzjoni dwar it-tariffa li timponi l-Unjoni Ewropea fuq prodotti ta’ pajjiżi terzi peress li dawn ġeneralment jirrappreżentaw id-differenza fi prezzijiet bejn dawk ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk dinjija. Għall-prodotti tal-ħalib impurtati minn pajjiżi terzi, l-Gvern alloka 960,000 Euros fis-sena 2004 biex tagħmel tajjeb għal xi differenza fi prezzijiet bejn dawk ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk dinjija. Fuq il-prezz taċ-cheddar, dan ivarja minħabba żviluppi fis-suq u mhux biss minħabba xi tariffi li timponi l-Unjoni Ewropea.

Qmuħ u ċereali

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm hi d-differenza bejn il-prezz intern u estern ta' l-Unjoni Ewropea għall-qmuħ u ċereali? Min qed jassorbi/iħallas din id-differenza fl-għoli tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti? Kemm qed tiswa f'ċifra ta' flus globali lil pajjiżna d-differenza in kwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-każ tax-xgħir u qamħirrum, kif ukoll fil-każ tal-qamħ, il-prezzijiet, kemm dawk internazzjonali kif ukoll dawk fl-Unjoni Ewropea, ivarjaw skond żviluppi fis-suq u ċirkostanzi fil-produzzjoni. Is-sussidji fuq ix-xgħir u l-qamħirrum għas-sena 2004 ġew ikkalkulati abbażi taċ-ċirkostanzi prevalenti fl-ewwel nofs tas-sena 2004.

Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju taz-zokkor ta' EuroMT 422 minn Euro MT 770, jikkonferma l-Ministru li l-imprendituri qed jixtru zokkor CIF mill-Unjoni Ewropea għall-prezz ta' Euro MT 348 meta fis-swieq internazzjonali kien madwar Euro MT 201? Jikkonferma li minkejja s-sussidji ta' Euro 422 fuq tunnellata zokkor jew aħjar 42c2 of a Euro li l-gvern qed jissussidja l-prezz taz-zokkor, il-konsumaturi qed iħallsu direttament medja ta' 14.7c of a Euro meta jixtru kilo zokkor lokalment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li tunellata zokkor white crystal mill-EU illum tiswa madwar 728 Euros CIF. Tkun tiswa 770 Euros jekk tiġi mpurtata f'boroż ta' kilo l-waħda. Il-Gvern qed iħallas 422 Euros sussidju fuq kull tunellata u għalhekk il-prezz għall l-imprenditur/konsumatur huwa ta' madwar 306 Euros meta tnaqqas is-sussidju. Il-prezz fis-swieq internazzjonali dawn l-aħħar ġimgħat kien ta' madwar 264 Euros CIF. Il-prezz ta' 201 Euros huwa mingħajr CIF.

Frott/ħaxix frisk — Importazzjoni mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jinformani x'inhi l-policy tal-gvern għall-pitkala li jridu jdaħħlu l-frott u l-ħaxix frisk fil-pitkalija tagħhom importat mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jinformani liema huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u dawk lokali li jawtorizzaw u/jew jimblokkaw lill-pitkala milli jwettqu din il-forma ta' negozju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-policy tal-Gvern hi li ma tippermettix li l-pitkala ibiegħu frott u ħaxix frisk "importat" mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea. Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-liġi sussidjarja 117/04 subartiklu 4 speċifikament għad-definizzjoni ta' "prodott agrikolu".