Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħxejjex u Frott — Kummissjoni fuq il-Produzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar kummissjoni fuq il-produzzjoni tal-ħxejjex u frott li tħallset lill-koperattivi tal-bdiewa? Kemm kien l-ammont u għal liema perjodu kien? Meta hu mistenni li tkompli titħallas din il-kummissjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 9561.

Majjal — KIM - Kummissjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar kummissjoni fuq il-produzzjoni tal-qatla tal-majjal li tħallset lill-KIM? Kemm kien l-ammont u għal liema perjodu kien? Meta hu mistenni li tkompli titħallas din il-kummissjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista’ l-Onor Interpellant ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu?

Koperattivi tas-Sajjieda — Kummissjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar kummissjoni fuq il-qabda tal-ħut frisk li tħallset lill-koperattivi tas-sajjieda? Kemm kien l-ammont u għal liema perjodu kien? Meta huwa mistenni li titħallas il-kumplament tal-kummissjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Konservazzjoni u Kontrol tas-Sajd tħallas il-kummissjoni fuq il-qabda tal-ħut frisk lill-koperattivi tas-sajjieda, meta dawn jagħmluha ta' pitkala waqt il-bejgħ li jsir fil-Pixkerija. L-aħħar pagament ta' din il-kummissjoni sar fil-bidu ta' Novembru 2004, u kien jammonta għal Lm 380, liema ammont kien ikopri l-bejgħ ta' ħut li sar matul ix-xahar ta' Ottubru 2004. Il-kumplament tal-kummissjoni, li tkopri l-bejgħ ta' ħut li sar matul Novembru 2004, se titħallas fil-jiem li ġejjin.

Ċanga — Koperattivi tar-Raħħala - Kummissjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar kummissjoni fuq il-produzzjoni taċ-ċanga li tħallset lill-koperattivi tar-raħħala? Kemm kien l-ammont u għal liema perjodu kien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista l-Onor. Membru ikun iktar speċifiku u jagħti dettalji dwar din il-kummissjoni li qiegħed jirreferi għalija.

Biċċerija — EU - Inspection

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-inspection mill-Unjoni Ewropea fil-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ispezzjoni li jmiss tal-Food and Veterinary Officer (FVO) hija mistennija fix-xahar ta’ Diċembru.

Airport — EU - Inspection

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li ssir inspection mill-Unjoni Ewropea fuq il-boarders inspection point ta' l-airport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Inspection sejra ssir fix-xahar ta’ Jannar.

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8990 u cioe' jinformana kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Zokkor

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8988, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkonferma li tunnellata zokkor illum qed tiswa lil pajjiżna Euro 770 lill-imprenditur/konsumatur direttament u Euro 422 oħra lill-Gvern Malti indirettament? Jikkonferma li l-prezz fis-swieq internazzjonali għall-istess prodott kien ta' madwar Euro 201 għal kull tunnellata f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistqosija Parlamentari Nru. 9369.

Ċanga tal-Friża/Vitella — Dazji

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8986 u cioe jgħid kemm hu l-persentaġġ li se jissussidja l-Gvern Malti fuq dawn it-tariffi u kemm hi d-differenza li jrid iħallas l-imprenditur/konsumatur? Jista' jgħid fuq liema perijodu ta' żmien iridu jitħallsu dawn is-sussidji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru ta' l-Investiment — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9004 u cioe' jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9003 u cioe' jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 9108.

Ħaxix u Frott — Koperattiva Ċentrali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus f'kummissjoni fuq il-produzzjoni tal-ħaxix u l-frott frisk li l-Ministeru jrid iħallas lill-koperattiva ċentrali fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-kummissjoni fuq il-bejgħ tal-ħaxix u frott frisk titħallas mill-bdiewa lill-pitkala, inkluż dawk tal-koperattivi. Din il-kummissjoni tinqata’ direttament mal-bejgħ tal-prodott.

Sajjieda — Liċenzji tas-sajd

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema skop il-Gvern Nazzjonalista s-sena d-dieħla se jgħolli l-liċenzji tas-sajd tas-sajjieda part-time minn Lm10 għal Lm50 fis-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-liċenzji tal-bastimenti professjonali 'part time' ser tibqa' ta' Lm10 fis-sena għall-qxur ta' taħt is-sitt metri u tiżdied sa Lm50 fis-sena għall-bastimenti 'part time' ta' 15-il metru sa 29.99-il metru. Dan mhux valur kbir għall-bastiment ta' dak id-daqs. Kien minn dejjem prinċipju fl-avviżi legali ta' qabel li jirrigwardaw il-liċenzji tal-'part timers' li l-valur tagħhom ikun doppju ta' l-oħrajn li huma 'full time'.

Sajjieda — Liċezji tad-dgħajjes

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' sajjieda part-time li s-sena d-dieħla se jkollhom iħallsu bil-għoli l-liċenzja u reġistrazzjoni tad-dgħajjes tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 9446

Sajjeda — Reġistrazzjoni tad-dgħajjes

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista daħħal spiża ġdida ta' Lm200 għar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes tas-sajd tal-familji tas-sajjieda full-time u part-time? Jista' jinnota li din it-taxxa indiretta se tkompli ġġib aktar spejjeż fuq dawn il-familji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din l-ispiża hija ‘one-time payment’ bħala reġistrazzjoni għal bastimenti li jirreġistraw fir-reġistru tas-sajd u li huma iżgħar minn 6 metri u m’għandhomx bżonn ta’ reġistrazzjoni mar-reġistri ta’ l-Awtorita’ Marittima. Dan l-eżerċizzju għandu l-iskop li jġib ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti li m’humiex għas-sajd iżda jirreġistraw taħt ir-reġistru tas-sajd paripassu ma’ dawk irreġistrati ma’ l-Awtorita’ Marittima għal skopijiet oħrajn.

Sajjieda — Bdil fl-indirizz tar-reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex sajjied li jibdel l-indirizz tar-reġistrazzjoni jew l-isem tad-dgħajsa jrid iħallas Lm50? Din tapplika għas-sajjieda full-time u part-time?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa infurmat ħażin. Ir-reġistru tas-sajd ma jirrekjedix ħlas għall-bdil fl-isem, jew fl-indirizz tas-sid, iżda huwa r-reġistru ta' l-Awtorita' Marittima (Malta Shipping Register) li jitlob dawn il-ħlasijiet.