Jikkonferma l-Ministru li l-livelli ta’ nitrati u salenati li jkollu l-ilma trattat mid-drenaġġ inaqqsu x-shelf life tal-ħaxix frisk li jkun issaqqa b’dan l-ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-livell ta' nitrati u solventi fl-ilma tat-tisqija jeffettwa l-iżjed ir-rata ta' tkabbir tal-ħaxix. Huwa pjuttost it-tisqija żejda ta' kull ilma tat-tisqija li tnaqqas x-shelf life tal-ħaxix minħabba l-persentaġġ għoli ta' ilma fil-ħaxix.
Jista’ il-Ministru jinformani jekk il-cold rooms tal-gvern fil-pixkerija humiex ta’ Eu standard? Jista’ jagħtini breakdown ta’ l-investiment li sar matul dawn l-aħħar snin, sena b’sena sabiex dawn il-cold rooms nazzjonali tas-sajd ikunu EU standard?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-cold rooms ta’ ħdejn il-pixkerija għandhom bżonn refurbishment. Dan hu maħsub li jsir matul din is-sena kurrenti. L-investimenti kapitali li saru dawn l-aħħar snin, preċiżament din is-sena, jikkonsistu f'istallazzjoni biex jiġu maħsula il-kaxxi tal-ħut. Dan id-Depot huwa ta’ livell rikjest mill-Unjoni Ewropea, u sewa Lm77,000. Fis-snin ta' qabel l-ispejjeż li kienu jsiru kienu intiżi bħala manteniment ('maintenance') u mhux bħala investiment kapitali.
Jista’ il-Ministru jinformani għaliex is-sajjieda għandhom jieħdu Lm800,000 f’għajnuna ta’ flus li ġiet imwiegħda lilhom qabel ir-referendum? Jista’ jassigura lill-Oppożizzjoni Laburista li dan il-ħlas se jsir kollu sa l-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qegħdin ikunu pproċessati xi pagamenti. Il-pagamenti jibqgħu jkunu pproċesati fil-ġejjieni. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-fondi kkuntrattati jew imwegħda lis-sajjieda ser jitħallsu.
Jista’ il-Ministru jinformani għaliex meta l-politika tal-gvern trid tindirizza l-problema tal-kompetittivita’, l-istess politika daħħlet lil pajjiżna fi spejjeż ġodda bħalma huma l-prezzijiet ta’ diversi prodotti tal-materja prima li storikament dejjem importajna bil-prezzijiet vantaġjużi tas-swieq internazzjonali bħaz-zokkor u laħam aħmar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif spjegajt fid-diskors tiegħi tal-Budget, l-Onor. Interpellant għadu ma fehemx li l-Partit Laburista llum jaqbel li post Malta hu fl-Unjoni Ewropea, u li r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea japplikaw għal kull membru. Il-kompetittivita' hi waħda mill-prinċipji ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk dan il-Gvern ser ikompli jieħu dawk il-miżuri kollha meħtieġa biex, flimkien ma dawk li ġew innegozjati ma' l-Unjoni Ewropea fit-Trattat ta' Sħubija, iwasslu għal aktar kompetittivita' f'pajjiżna.
Jikkonferma l-Ministru li l-produtturi/raħħala Maltin u Għawdxin fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena daħħlu Lm86.40c għal kull Lm100 li kienu jdaħħlu fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel riferenza għan-‘News Release’ Numru 225/2004 datata 29 ta’ Novembru 2004. Il-figura msemmija ma tirriflettix dak il-valur kollu li daħħlu l-produtturi / raħħala Maltin u Għawdxin għaliex ma tinkludix s-sussidju. Meta wieħed iżid l-ammont totali tas-sussidju mat-total tad-dħul sa Ottubru il-produtturi / raħħala ser ikunu fil-fatt gawdew żieda marġinali ta’ 0.062%.
Jikkonferma l-Ministru li matul l-ewwel disa' xhur tas-sena naqas il-valur tal-flus mill-bejgħ tal-ħxejjex u frott filwaqt li żdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni meta pparagunat ma' l-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-valur tal-ħxejjex u l-frott li nbiegħu mill-pitkaliji fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2004 kien inqas minn dak ta’ l-istess perjodu ta’ l-2003. Iżda meta jingħadd is-sussidju sa l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2004, il-bdiewa ser ikunu daħħlu 2.3% iktar mill-ewwel disa’ xhur tas-sena 2003, minkejja l-fatt li l-volum tal-prodott żdied b’ 2.8 miljun kg.
Jista' il-Ministru jinformana kemm tfisser f'ċifra ta' flus iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni agrikola lokali skond index 101.97 għas-sena 2003 u index 103.48 għas-sena 2004 rapportat mid-dipartiment ta' l-istatistika fil-ħarġa 228/2004 ta' l-1 ta' Diċembru ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista' il-Ministru jinforma lill-Oppożizzjoni għaliex f'dan il-budget ma daħlitx xi skema ta' għajnuna finanzjara diretta fl-estimi tal-biedja u s-sajd sabiex jgħin direttament lill-bdiewa, raħħala u sajjieda żgħażagħ ma jaqtgħux qalbhom quddiem il-falliment li fil-preżent l-oqsma kollha tal-biedja u s-sajd għaddejjin minnu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Iskemi ta' għajnuna huma miftuħin għall-bdiewa kollha inkluż dawk zagħzagħ u b'din l-għajnuna żgur li l-bdiewa zgħazagħ m'humiex sa jaqtgħu qalbhom għax jistgħu jinvestu bl-għajnuna finanzjarja li l-parti l-kbira tiġi mill-Unjoni Ewropea. Inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant iżomm quddiem għajnejh il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2004 – 2006 fejn hemm allokati Lm15-il miljun ta’ għajnuna lill-bdiewa.
Fil-qasam tas-sajd din l-għajnuna ġiet mibdula bi skemi ta' għajnuna taħt l-FIFG (Financial Instrument for Fisheries Guidance) li l-parti li ser joħroġ il-Gvern Malti hija inklu¿a fl-Estimi tal-Budget ippre¿entati.
Fl-isfond ta’ dan kollu ¿gur li l-Onor. Interpellant ma jistax igħid li hemm falliment fl-oqsma kollha tal-biedja u sajd.
B’riferenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 9364, jista’ il-Ministru jinformani kif f’Malta hawn suq ħieles u fl-istess ħin żdiedu dazji, tariffi u kwoti fuq l-importazzjoni ta’ l-ikel ta’ l-industrija tat-turiżmu minn non-EU countries meta suppost kellhom jitneħħew il-levies lokali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-prinċipju tas-suq ħieles japplika għas-suq intern li jeżisti fi ħdan l-Unjoni Ewropeja. Dan is-suq Ewropew imbagħad jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiddefendi l-kompetittivita` tiegħu versu swieq esterni oħra li qegħdin jikkompetu miegħu.
Jista’ il-Ministru jinformana kemm huma d-dazji, tariffi u kwoti fuq il-cuts tal-beef li pajjiżna jista’ jimporta minn non-EU countries u kemm il-Gvern se jissussidja kull tunnellata ta’ laħam importat biex il-prezz ma jogħliex għall-konsumaturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil-bolla ta' l-NI li minn wara l-ewwel ta' Mejju bdew iħallsu r-raħħala/produtturi minħabba li l-Gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru nqatlu biss 1,100 majjal mill-kwota ta' 2,300 majjal li kellhom jinqatlu f'din il-ġimgħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika minn liema sors wasal għall-konklużjoni taċ-ċifri msemmija fil-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-produtturi tal-majjal lokali mhux isibu l-bejgħ għal-laħam li jipproduċu la f'Malta u lanqas fis-swieq ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm nefaq flus fil-promozzjoni tal-laħam tal-majjal lokali bejn Mejju u Ottubru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-produzzjoni tal-majjal, fl-aħħar xhur, irriżulta li kienhemm tnaqqis minħabba raġunijiet li mhumiex neċessarjament marbutin ma’ żviluppi fis-suq. Kif jaf l-Onor. Interpellant d-domanda għall-majjal mill-bejjiegħa tal-laħam baqgħat stabbli. Filwaqt li kien hemm xi tnaqqis min-naħa tal-proċessuri minħabba r-ristrutturar li għaddew minnu l-proċessuri sabiex jikkonformaw mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kif jaf l-Onor. Interpellant, hemm numru ta’ riklami fuq billboards sabiex jirreklamaw il-laħam tal-majjal.
Jikkonferma l-Ministru li fil-preżent il-produtturi tal-majjal lokali għandhom l-irziezet tagħhom mimlija bil-majjal żejjed minħabba li l-kwota tal-qatla qatt ma ntlaħqet matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 9663.
Jikkonferma l-Ministru li ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju se tiswa lill-produtturi tat-tiġieġ tas-simna qabża minn Lm600 pitrolju fis-sena fuq 10,000 fellus għal spiża ta' Lm1,600 pitrolju fuq l-istess trobbija ta' 10,000 fellus? Jekk le, jista' jgħid kemm se tkun tiswa lill-produtturi tat-tiġieġ tas-simna ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika kif wasal għaċ-ċifri indikati fil-mistoqsija.
Jikkonferma l-Ministru li l-valur tal-flus mill-bejgħ tal-produzzjoni tal-livestock fl-ewwel disa' xhur tas-sena naqas b'Lm1,281,015?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għan-‘News Release’ Numru 225/2004 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika fid-29 ta’ Novembru 2004.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont indikat ma jinkludix is-sussidju mogħti lill-produtturi.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa tat-tadam lokali naqas fil-livell ta' 26.4% u l-faqqiegħ b'15.73% u l-qarabali naqas b'49.12%? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-prezz tal-bdiewa għall-frott frisk lokali naqas fil-livell ta' 40.91% jew 53.72 punt? Jista' jinforma lill-Kamra xi jfisser f'termini ta' flus għall-bdiewa dan il-persentaġġ u dawn il-punti mħabbra mid-dipartiment ta' l-istatistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-fuel għall-bdiewa għola bi 18% kif dikjarat mid-dipartiment ta' l-istatistika? Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-18% żieda fuq il-prezz tal-fuel li qed iħallsu aktar il-bdiewa u raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinformana x'kienu r-raġunijiet li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-insurances tal-bdiewa għolew bi 13.25% kif dikjarat mid-dipartiment ta' l-istatistika? Jista' jinforma lill-Kamra f'ċifra ta' flus kemm hija din it-13.25% żieda fuq l-insurances li qed iħallsu aktar il-bdiewa u raħħala?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.