Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8328 għal perjodu ta' Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-pagamenti għall-perjodu ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004 sar f' Diċembru 2004 kif jidher hawn taħt:
Ross 15,107.52 Euro
Qamħirrun 336,852.00 Euro
Xgħir 180,610.65 Euro
Il-pagament għall-perjodu ta' Ottubru, Novembru u Dicembru ser isir f' Marzu 2005.
Ma saret ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.
Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8329 għall-perjodu ta' Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-pagament għall-perjodu ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004 sar f' Diċembru 2004 kif imiss:
Ħalib xkumat 34,410.75 Euro
Butir 242,525.00 Euro
Il-pagament għall-perjodu ta' Ottubru, Settembru u Diċembru ser isir f' Marzu 2005.
Ma saret l-ebda applikazzjoni għal rifużjoni ta' esportazzjoni.
Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8475 għax-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena il-WSC kellha tiġbor Lm5,647,984 għall-kontijiet ta' l-ilma minn 152,898 kontijiet.
Minn Jannar sa Novembru 2004 saru 1,561 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm950,481.38, waqt li hemm 73 standing orders li jammontaw għal Lm49,232.18. Dawn l-arranġamenti mhumiex maqsuma f'kategoriji, u jkopru ammonti dovuti għall-elettriku u għall-ilma.
Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 8481 u cioe' jgħid xi progress ġie reġistrat fil-lukandi li fix-xhur li għaddew kellhom joffru opportunitajiet ġodda għall-impjiegi alternattivi lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg mil-lukandi li għalqu jew taw is-sensji lill-ħaddiema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hu mistenni li matul din is-sena sejrin jiftħu ħames lukandi li bejniethom ser joffru ħafna opportunitajiet ta' impjieg ġdid. Dawn huma mqassma kif jidher hawn taħt:
Isem tal-Lukanda
Lokalita`
Klassifikazzjoni
Numru ta' kmamar tas-sodda
Cavalieri
San Ġiljan
4 Star
500
Golden Sands
Golden Bay
4 Star
642
Le Meridien
San Ġiljan
4 Star
350
Fortina Extension
Sliema
4 Star
300
Dragon
San Ġiljan
3 Star
52
Total
1,844
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jiġu klassifikati l-PTF fi gruppi "B" jew "Ċ"?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-dgħajjes li kienu inklużi bħala MF ġew aċċettati bħala MFB awtomatikament. Dawk li kienu PTF, u kellhom irkapti kummerċjali, jiġifieri xbieki u konzijiet tal-pixxispad jew tonn irreġistrati fil-passat qegħdin jiġu ikklassifikati mal-Kategorija MFB. Dawk il-PTF li fis-snin li għaddew kienu jikkommerċjalizzaw il-ħut li jaqbdu, wkoll qegħdin jiġu aċċettati fil-kategorija MFB. Kull bastiment ieħor li kien fil-kategorija PTF li jitlob li jaqleb għall-MFB minn MFC, sakemm dan ikun lest, jagħmel numru tal-VAT, u jirreġistra l-Employment and Training Corporation ETC bħala Part Time Fisherman, u jibda jikkummerċjalizza l-ħut, din it-Taqsima taċċetta l-bidla sakemm ikun hemm post f'dik il-Kategorija fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9440 u cioe' jagħti breakdown, settur settur, ta' kif se jintnefqu l-Lm15 miljun f'sussidji għas-settur tal-biedja u s-sajd matul is-snin 2005, 2006 u l-ewwel tmien xhur tas-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Lm 15 miljun huma fondi li ser jingħataw għal diversi miżuri li huma stipulati fil-Pjan ta' Żvilupp Rurali bejn 2004 - 2006.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u cioe' jinformani min huma r-rappreżentanti tal-gvern fuq il-bord ta' l-MDP?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Bord ta' L-M.D.P. huma Dr.Ian Micallef u Ms. Caroline Curmi.
Jista' il-Ministru jinformana kif se jkun possibbli li pajjiżna jsostni l-kompetittivita' tiegħu meta l-gvern impona u daħħal dazji, tariffi u kwoti ġodda fuq l-importazzjoni tal-materja prima ta' l-ikel u fuq prodotti ta' l-ikel li f'pajjiżna ma nipproduċux?
Għal liema raġuni tneħħiet il-levy ta' 10c fil-kilo fuq iċ-ċanga tal-friża importata u fl-istess nifs iddaħħal dazju ta' 12.8% ieħor ta' 20% fuq il-valur u mhux fuq kull kilo kif ukoll kwota fuq l-importazzjoni ta' 14.9% fuq dak li pajjiżna kien faċilment jimporta minn ċerti pajjiżi li għandhom kwalita' ogħla ta' laħam taċ-ċanga tal-friża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant għadu ma fehemx li bis-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, li llum jappoġġa l-Partit Laburista, hemm regoli tas-suq intern li pajjiżna jrid jaddotta. Irrid ingħid ukoll li l-kompetittivita' fil-pajjiż jiddependi minn fatturi aktar importanti minn dawk li semma l-Onor. Interpellant.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li pajjiżna tilef il-marġini tal-kompetittivita' fost ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa u għall-fatt li pajjiżna spiċċa meqjus bħala l-aktar wieħed fejn il-ħajja ta' kuljum għoliet, jista' il-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li tintalab deroga lill-Unjoni Ewropa sabiex l-importazzjoni tal-materja prima ta' l-ikel u x-xorb li pajjiżna ma jistax jipproduċi tkun eżentata mid-dazji, tariffi u kwota imposti mill-ewwel ta' Mejju?
Billi kawża ta' dawn id-dazji, tariffi u kwoti pajjiżna spiċċa biex minn but jiffranka lira u mill-ieħor jeħel ħamsa u aktar, jista' il-Ministru jara li din l-anomalija tiġi rimedjata immedjatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat billi materji bħal dawn huma responsabbilta' tal-"line Ministry" individwalment konċernati.
Konxju l-Ministru li kawża tad-dazji, tariffi u kwoti li ddaħħlu fuq l-importazzjon ta' prodotti ta' l-ikel u ta' materja prima ta' l-ikel, illum l-istess gvern u l-konsumaturi daħlu fi spiża fenominali biex jiġi ssussidjat direttament u indirettament dak li pajjiżna qed ikollu jimporta bi prezz ogħla artifiċjalment mis-swieq internazzjonali?
Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm qed jiswa lill-gvern u lill-konsumatur dan is-sussidju li qed iħallsu artifiċjalment fuq l-ikel tal-ħajja ta' kuljum fuq prodotti li pajjiżna ma jipproduċix minħabba d-daqs ta' l-art tal-gżejjer tagħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il- Ministru jinformana għaliex fid-diskors tal-budget qal li l-politika tal-gvern tiegħu mhijiex ibbażata fuq is-sussidji meta jirriżulta li l-gvern attwali spiċċa jissusidja l-materja prima ta' l-ikel minħabba ż-żieda artifiċjali fuq il-prezzijiet ta' l-ikel u x-xorb li kkawżaw id-dazji, tariffi u l-kwoti fuq l-importazzjoni li l-gvern stess daħħal f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-sussudji li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu biss mezz sabiex pajjiżna jintegra ruħu fis-sistema ta' l-Unjoni Ewropea. Il-politika tal-Gvern tmur lil hinn minn dan u tkopri mezzi oħra u strateġija sħiħa għall-konsumaturi Maltin.
Jikkonferma l-Ministru li l-importazzjoni ta’ zokkor li pajjiżna dejjem kien jixtri bi prezz kompetittiv, pajjiżna llum spiċċa jħallas spiża ta’ euro 1,192 fuq kull tunnellata, meta l-prezz taz-zokkor fis-suq internazzjonali huwa ta’ euro 201 għall-istess tunnellaġġ u kwalita’? (Il-figura ta’ euro 1,192 ġejja mill-prezz intern ta' l-UE taz-zokkor, euro 770 u l-ispiża tal-gvern ta’ euro 422 fuq kull tunnellata).
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’riferenza għall-ftehim li l-gvern għamel ma’ kumpannija lokali li tuża l-materja prima taz-zokkor bħala kompożizzjoni biex tesporta l-prodotti tagħha, dan il-ftehim sar biex titħallas l-ispiża li kien qed imur minn taħt biha l-industrijalist, jiġifieri euro 147-il tunnellata li kien qed jibqa’ bi żvantaġġ meta pparagunat mal-prezz taz-zokkor fis-swieq internazzjonali, irrispettivament mis-sussidju li diġa’ jkun tal-gvern ta’ euro 422?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9396, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkonferma li z-zokkor għola b'5c/6c fil-kilo għall-konsumatur? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-ispezzjonijiet li jsiru minn uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jirriżulta li kien hemm żieda ta' żewġ ċenteżmi fil-kilo ta' marka waħda biss taż-żokkor,
Madankollu il-prezz taz-zokkor fis-suq jista' jvarja minn ħanut għal ieħor minnħabba l-kompetizzjoni.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9374, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati dwar dak li approvat l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent għar-rigward tax-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-permess relatat max-xogħol tat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid tal-pont ta' Triq l-Iljun ġewwa Ħal Qormi huwa PA 2007/04 u ħareġ fil-11 ta' Awissu 2004. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permess rispettiv.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9373, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe jgħid kemm-il siġra ġiet rapportata li tqaċċtet biex saru x-xogħlijiet fil-wied tal-Marsa? X'tip ta' siġar tqaċċtu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li wara li nġiebu l-permessi meħtieġa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, nqalgħu madwar 37 siġra biex seta' jsir it-twessiegħ tal-passaġġ ta' l-ilma tax-xita fil-Marsa. Dawn is-siġar kienu tat-tip Eucalyptus, Ficus, Palm u Ċipresss u nqalgħu bil-kundizzjoni li s-siġar tal-Palm jerġgħu jitħawlu, kif ukoll li jitħawlu fl-istess inħawi 100 siġra Ndiġena (siġar Maltin) biex jieħdu post dawk is-siġar li ġew maqlugħa. Dawn is-siġar għandhom jitħawlu fil-futur qarib.
Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-Ministeru tal-Finanzi u tad-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 9456.
Jista’ il-Ministru jinformani min kienu l-awtoritajiet lokali li ddikjaraw li l-inċineratur tal-biċċerija l-qadim huwa kkundannat?
Jista’ jinformani min kienu l-awtoritajiet lokali li fil-preżent taw permess biex l-istess inċineratur ikkundannat jerġa’ jibda jaħdem?
Jista’ ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi u/jew korrispondenza relatata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur il-qadim qiegħed jintuża biss b'force majeure għax l-inċineratur preżenti (li huwa konformi ma' l-Acquis) xi kultant ma jlaħħaqx ma' l-ammont ta' dawk l-annimali li jmutu fl-irziezet. Inċineratur ieħor ġdid, li qiegħed jinbena bil-fondi tal-protokol Italo-Malti, sejjer ikollu kapaċita' li jlaħħaq ma' l-ammonti kollha ta' l-Animal Wastes. L-inċineratur il-qadim ma għandux it-tieni chamber biex issaħħan id-duħħan, iżda xorta waħda huwa effiċjenti.
Jista’ il-Ministru jinformani kemm-il
direct order
ħarġet fil-preżent sabiex jitranġaw ix-xogħlijiet ta’
upgrade
li saru ħżiena fil-Biċċerija s-sajf li għadda?
Jista’ jinformani min kien ta l-ordni biex isiru x-xogħlijiet li saru fis-sajf u min ta l-ordnijiet biex fil-mument isiru l-alterazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ix-xogħlijiet ta' Upgrade li saru kellhom x'jaqsmu ma rakkmandazzjonijiet li saru kemm mill-Ispetturi tal-Food and Veterinary Office kif ukoll mill-Ispetturi tal-Food and Veterinary Regulation Division, u mhux ma xogħlijiet li saru ħżiena. Fil-fatt, jien infurmat li saru erba' direct orders wara li d-Direttur Ġenerali laqgħa r rakkomandazzjonijiet ta' l-esperti.