Legislature:
Category:
Reset
Active:

Materja prima — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9744, jista' il-Ministru jinformani liema huma l-fatturi ta' kompetittivita' aktar importanti minn dawk tal-materja prima tal-qmuħ, ġwież, ċerali, zokkor, laħam aħmar, ġobon, butir, eċċ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-ispiża tal-materja prima hija biss fattur wieħed fil-kalkulu tal-prezz finali u kien f’dan il-kuntest li fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 9744 għidt li hemm fatturi oħra li jaffettwaw il-kompetittività.

Sajjieda — Diesel Duty Free

Question

: B’riferenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 9638, jista’ il-Ministru jikkonferma jekk hux iż-żewġ kategoriji tas-sajjieda full-time u part-time huma ntitolati għad-diesel duty free?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond il-ftehim li kien intlaħaq fl-ewwel ta’ Mejju ta’ l-2000, il-‘fuel Duty free’ kien intiż biss għas-sajjieda ‘full-time’.
Leg 10 PQ #9821 Sitting 226 2005-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Pagamenti

Question

Tista’ issa l-Ministru tagħti t-tagħrif mitlub f’mistoqsija parlamentari 9314?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'ghandi xejn x'inzid ma' l-informazzjoni li kont diga' pprovdejt ghall-mistoqsija numru 9314.

Dairy Products — Ġobon Cheddar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9694 u cioe' jgħid jekk jikkonfermax li l-ġobon cheddar għola għall-konsumatur 50c fil-kilo? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha mhix miġbura kollha u tingħata f'seduta oħra.

Settur tal-Biedja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9717, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta kif se jintnefqu l-Lm15 miljun f'fondi li se jingħataw għal diversi miżuri li huma stipulati fil-Pjan ta' l-Iżvilupp Rurali bejn l-2005 u l-2006 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

Persuni Self-Employed — Ħlas ta' l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7661 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI? Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8833.

High Qaulity Frozen Beef and Veal

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega lill-Kamra għaliex minflok 10c levy fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro304.1 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202309010 tal-high quality frozen beef and veal? Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef għall-konsumaturi u għal-lukandi, ristoranti, eċċ. li fuqhom se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dan il-prodott tal-ħajja ta' kuljum? Jista' jinforma lill-Kamra kemm minn din it-tariffa se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8951.
Leg 10 PQ #9809 Sitting 225 2005-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 9324?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn xi nżid ma l-informazzjoni li kont diġa pprovdejt għall-Mistoqsija Numru 9324.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Pagamenti

Question

Jista’ issa l-Ministru jagħti l-kumplament tat-tagħrif mitlub f’mistoqsija parlamentari 9321?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandi xejn xi nżid ma l-informazzjoni li kont diġa pprovdejt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9321.

Ċentru ta' Mikropropagazzjoni

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9639, jista’ il-Ministru jinformani għal liema raġuni siġar/pjanti li nħarġu miċ-ċentru tal-mikropropagazzjoni qabel is-sajf li għadda ġew trattati u kkurati fil-mixtla ta’ San Vincenz de Paule kontra l-mard inkluż li tbexxu mill-ħaddiema ta’ l-istess mixtla? Jista’ jinformani għal liema mard ġew imbexxa dawn is-siġar/pjanti fil-mixtla ta’ San Vincenz de Paule minkejja li suppost ħarġu miċ-ċentru fejn suppost tkabbru ħielsa mill-mard?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li hija proċedura li minn kull konsenja ta' siġar, jew xitel, li tidħol fil-mixtla ta' San Vinċenz de Paule, jittieħed kampjun u jintbagħat fil-laboratorji tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti sabiex jiġi aċċertat li l-materjal ikun ħieles mill-mard. Din is-sena kien hemm każi fejn instabu traċċi ta' fungus ta' l-għeruq f'xi xitel miġjuba miċ-ċentru tal-mikropropagazzjoni. Il-fungus, li huwa Thielaviopsis basicola, huwa pjuttost komuni u mifrux sew fil-ħamrija f'Malta. Huwa jitfejjaq bit-trattament ta' fungiċida. Fil-fatt kif instabet il-preżenza ta' dan il-fungus, dan ġie ttrattat, u x-xitel ġie meħlus mill-infezzjoni, kif ġie wara ċċertifikat mill-laboratorju tal-mikoloġija fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti.

Bdiewa — Bolla ta' l-NI

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 9660, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, u cioe' tgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil-bolla ta' l-NI li minn wara l-ewwel ta' Mejju bdew iħallsu l-bdiewa minħabba li l-Gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali dovuta minn persuni li jimpjegaw lilhom infushom hi regolata skond it-Tielet Taqsima ta' l-Għaxar Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Din ir-rata dvarja skond il-qliegħ nett dikjarat mix-xogħol. Is-sussidju li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma baqax jitħallas b'seħħ mill-5 ta' Jannar 2004 u mhux mill-1 ta' Mejju 2004, kif indikat fil-Mistoqsija.

Sajjieda — Bolla ta' l-NI

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 9659, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, u cioe' tgħid kemm kienet fil-ġimgħa ż-żieda fil-bolla ta' l-NI li minn wara l-ewwel ta' Mejju bdew iħallsu s-sajjieda minħabba li l-Gvern Nazzjonalista neħħa s-sussidju ta' nofs il-ħlas ta' din il-bolla ta' l-NI?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 9803 f'din l-istess Seduta.

Żvilupp Urban u Toroq — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 9316?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandi xejn xi nżid ma' l-informazzjoni li kont diġa' pprovdejt għall-Mistoqsija Numru 9316.

Riżorsi u Infrastruttura — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 9318?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn x'inżid ma' l-informazzjoni li kont diġa pprovdejt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9318.