Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9004 u 9519 u cioe' jgħid kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 tal-ministeru, dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformana kemm hu kkalkolat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi taż-żjara li għamlu l-uffiċjali/spetturi tal-UE fil-biċċerija? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' rapporti li dawn ikkomunikaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li iż-żjara li għamlu l ispetturi ta' l-Unjoni Ewropea kienet bħala audit tad-Dipartiment ta' l-Ikel, Alimentari u Djanjostika, u kull żjara li saret kienet bħala audit u mhux bħala spezzjoni ta' approval. Sa llum il-ġurnata għad m'hemm l-ebda rapport.
Boarder inspection point — Uffiċjali/spetturi tal-UE
Question
Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi taż-żjara li għamlu l-uffiċjali/spetturi tal-UE fil-boarder inspection point? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni li saret?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li sa llum il-ġurnata għadu ma sarx rapport f’dan ir-rigward.
Jista' il-Minsitru jinformani jekk il-prezzijiet ta' l-industrija lokali tat-tjur humiex fil-preżent kompetittivi ma' industriji tat-tjur oħra fl-UE? Jekk le, kemm huma l-marġini tad-differenza li teżisti u x'qed jagħmel il-gvern sabiex jassigura li jgħin lil din l-industrija lokali tegħleb id-differenza in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kompetizzjoni ma' prodotti tat-tjur minn pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea tiddependi minn diversi fatturi u mhux neċessarjament dawk relatati ma' l-istruttura ta' l-ispejjeż. Li hu ċert hu li l-prodott lokali għandu vantaġġ meta jinbiegħ bħala frisk u għandu jiġi apprezzat aktar mill-konsumatur lokali.
Jista' il-Ministru jinformani kif iż-żieda fil-prezz tal-pitrolju mhux se tolqot ħażin il-kompetittivita' ta' l-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur?
Jirriżultalu l-Ministru li fis-sena 2004 bejn importazzjoni ta' bajd tal-flieles u perent stock lokali pajjiżna rabba 5.7 miljun fellus? Jekk fin-negattiv, jista' jinformani bid-dettal preċiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-figura ta' 5.7 miljun hija ta' bajd tat-tifqis tas-simna u mhux ta' flieles. In-numru ta' flieles imfaqqsa fis-sena 2004 minn dan il-bajd huwa skond it-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 10343.
Jirriżultalu l-Ministru li fis-sena 2003 bejn importazzjoni ta' bajd tal-fellus u perent stock lokali, pajjiżna rabba 7.5 jew 7.8 miljun fellus? Jekk le, jista' jinformani bid-dettal preċiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Li timporta numru ta' bajd għat-tifqis ma jfissirx li ser ikollok l-istess numru ta' flieles. Dan jiddependi minn ħafna fatturi. In-numru ta' flieles li ġie rreġistrat li tfaqqsu kien ta' 5,791985 (5.8 miljun).
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat li jikkonferma li linja tal-majjal fil-biċċerija hija konformi mar-regoli kollha tal-UE? Meta ngħata dan iċ-ċertifikat u minn liema dipartiment tal-UE?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-linja tal-majjal tal-biċċerija hija approvata mid-Dipartiment ta' l-Ikel u Diagnostika fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attività Veterinarja. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Food and Veterinary Office ta' l-Unjoni Ewropea jagħmel audit tad-dipartimenti lokali, liema audit ikun qiegħed japprova u jagħti awtorità lill-Uffiċjali lokali li huma stess japprovaw stabbilimenti lokali ta' l-ikel.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat li jikkonferma li l-biċċerija taċ-ċanga hija konformi mar-regoli kollha tal-UE? Meta ngħatat dan iċ-ċertifikat u minn liema dipartiment tal-UE?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10362.
Din is-sena, kemm mill-proċessuri lokali tat-tjur huma ċertifikati li huma konformi mar-regoli tal-UE mill-UE stess? Meta ngħataw dawn iċ-ċertifikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attività Veterinarja tagħti l-approval lil stabbilimenti ta' l-ipproċessar lokali, u mhux l-Unjoni Ewropea stess.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-proċessuri lokai tat-tjur li sal-lum għadhom ma kkwalifikawx sabiex ikunu konformi ma' l-istandards stabiliti sabiex jingħataw iċ-ċertifikat tal-UE għar-rigward ta' l-attivita' industrijali tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċessuri lokali tat-tjur għamlu investiment qawwifix-xhur li gġħaddew bl-għajnuna wkoll tal-Gvern biex jilħqu l-istandards li titlob l-Unjoni Ewropea skond program maqbul mad-Diviżjoni ta' l-Ikel u Affarijiet Veterinarji. Dan il-programm jikkonforma ma' l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea u għal dawk il-proċessuri inklużi f'dan il-programm qed jiġi mwettaq skond il-kriterji mitluba mill-istess Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-proċessuri lokali tal-majjal li sal-lum għadhom ma kkwalifikawx sabiex ikunu konformi ma' l-istandards stabbiliti sabiex jingħataw iċ-ċertifikat tal-UE għar-rigward ta' l-attivita' industrijali tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċessuri lokali tal-laħam tal-majjal għamlu investiment qawwi fix-xhur li għaddew bl-għajnuna wkoll tal-Gvern biex jilħqu l-istandards li titlob l-Unjoni Ewropea skond programm maqbul mad-Diviżjoni ta' l-Ikel u Affarijiet Veterinarji.
Dan il-programm jikkonforma mal-eżigenzi ta' l-Unjoni Ewropea u għal dawk il-proċessuri inklużi f'dan il-programm qed jiġi mwettaq skond il-kriterji mitluba mill-istess Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li marru għas-servizz fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul is-snin 2004, 2003, 2002, 2001, 2000, 1999, 1998 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li marru għas-servizz fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul is-snin 2004, 2003, 2002, 2001, 2000, 1999,1998 separatament huwa kif ġej:
2004
64,194
2003
62,200
2002
57,716
2001
56,686
2000
63,273
1999
73,593
1998
69,896
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ambulanzi li għandu d-dipartiment tas-saħħa fil-preżent? Jista' jagħtini breakdown ta' l-annu (snin ta' servizz) li għandhom dawn l-ambulanzi? Kemm minnhom jaħdmu u kemm huma bil-ħsara u/jew skrappjati fil-preżent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 20 ambulanza. Dawn l-ambulanzi inxtraw kif ġej:
2 V/Wagon Transporter inxtraw fl-1987
3 V/Wagon Transporter inxtraw fl-1990
3 Fiat Ducato inxtraw fl-1995
2 Fiat Ducato inxtraw fl-1997
6 Ford Transit inxtraw fl-2000
4 Fiat Ducato inxtraw fl-2003
Hemm ukoll ħames ambulanzi ordnati.
Minn l-għoxrin (20) ambulanza, bħalissa hemm waħda bil-ħsara (Ford Transit) u oħra skrappjata (V/W). Għalhekk hemm 18-il ambulanza jaħdmu.
Dipartiment tas-saħħa — Mediċini permezz tal-karta r-roża
Question
Matul l-2004 jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ħadu l-mediċini permezz tal-karta r-roża mill-isptar u ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li n-numru ta' persuni ma jinżamx, matul l-2004 in-numru ta' attendenzi ta' persuni li ħadu l-mediċini permezz tal-karta r-roża mill-isptar u ċentri tas-saħħa kien ta' 279,862.
Sptar San Luqa
50,163
Sptar Pawlu Boffa
7,548
Sptar Ġenerali t'Għawdex
24,289
Spiżerija ta' Raħal Ġdid
45,732
Spiżerija ta' Bormla
11,959
Spiżerija ta' Ħal-Luqa
16,221
Spiżerija tal-Mosta
20,339
Spiżerija ta' B'Kara
23,199
Spiżerija ta' Ħal-Qormi
22,188
Spiżerija Gżira
20,742
Spiżerija Floriana
37,482
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-mediċini ntitolati bil-karta r-roża li fil-preżent jinsabu out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli ntitolati bil-kartuna r-roża li fil-preżent jinsabu out of stock huma:
Pilloli
Raġuni
Atenolol 25mg tabs
Agent late in delivery
Trifluoperazine 2mg tabs
Overseas manufacturing problems
Trifluoperazine 10 mg tabs
Trifluperazine 1mg and 5mg in stock
Trifluoperazine 15mg tabs
Trifluperazine 1mg and 5mg in stock
Haloperidol 0.5mg tabs
Expecting balance of order from UK later on this week
Benztropine 2mg tabs
Manufacturing problems
Chloramphenicol 250 mg caps
Agent late in delivery due to raw material problem
Mesalazine 400mg tabs
Agent late in delivery
Mianserin 10mg tabs
Regulatory problems in adjudicating tender
Jista' il-Minsitru jgħid x'kienu r-raġunijiet li hemm lifts fl-isptar San Luqa li ilhom ġimgħat wieqfa ? Meta se jitħaddmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li żviluppat ħsara fil-lift tal-Labour Ward fil-5 ta' Jannar 2005 u fil-lift tal-maternita' fis-6 ta' Jannar 2005, it-tnejn l-isptar Karin Grech. Kien hemm bżonn li xi tiswijiet isiru barra mill-isptar f'inġinerija privata. Il-lift tal-Labour Ward reġa' tħaddem fis-27 ta' Jannar 2005 u dak tal-maternita' hu mistenni li jerġa' jiffunzjona fil-jiem li ġejjien. Sadanittant, is-servizz ta' lift xorta kien qed jiġi provdut minn lift ieħor tal-maternita'. Fis-26 ta' Jannar 2005 żviluppat ħsara oħra fil-lift tad-Dipartiment tal-Outpatients li bħalissa qed tingħata prijorita'.
Jirriżultalu l-Ministru li matul Diċembru 2004 u Jannar 2005 il-qatla tat-tiġieġ tas-simna kienet tvarja bejn 70,000 u 60,000 fil-ġimgħa? Jekk le, jista' jinformani bl-informazzjoni korretta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tiġieġ tas-simna maqtula f'Diċembru 2004 kien ta 75,384 fil-ġimgħa. Informazzjoni rigward il-qatla ta' Jannar 2005 tista' tiġi pprovduta wara l-aħħar ta' Frar, meta il-produtturi jikkonfermaw bid-dokument ir-roża.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9966, għaliex filwaqt li fl-2004 ġew importati 5.7 miljun fellus (għas-simna) laħqu għall-ipproċessar 3.7 miljun biss skond it-tagħrif li għandu l-gvern?
Jista' il-Ministru jinvestiga u jinformani x'ġara mill-bqija taż-2 miljun fellus għas-simna li kellu pajjiżna matul l-2004?