Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapporti tar-rakkmandazzjonijiet li saru lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat bil-għan li jiġi evitat xi perikli li kawża tagħhom jistgħu jweġġgħu l-istudenti waqt il-ħin li jkunu l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni irċeviet żewġ rapporti ta' rakkomandazzjonijiet mill-OHSA, wieħed fuq l-Iskola Sekondarja tas-Subien, Vincenzo Borg Brared, u l-ieħor fuq l-Iskola Primarja 'B', Sir Anthony Mamo. Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex isiru xogħolijiet fuq 'fence' fil-bitħa ta' skola u xogħol ieħor ta' manutenzjoni fl-iskola l-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom, matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm 22 mobile phone fil-pussess ta' Uffiċjali Pubbliċi awtorizzati kif ukoll ta' membri tas-Segretarjat tal-Ministeru li l-Ministeru huwa responsabbli għall-pagament tagħhom. Fl-2004 l-ammont kien l-istess. L-ispiża totali għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004 hija ta’ Lm24,416.48. Mill-ispiża totali, tħallset is-somma ta’ Lm 20, 417.27.
L-ispiża totali f'ċifra ta' flus li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet fuq telefonati magħmula minn mobile phones u l-kirjiet u / jew xiri tagħhom matul is-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2004 tammonta għal Lm16,772.02. Din iċ-ċifra ta' flus tħallset kollha. In-numru ta' mobile phones li fil-preżent l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija responsabbli għall-pagamenti tagħhom huwa ta' 38. Fl-1 ta' Ottubru 2003 dan kien ta' 37.
Min-naħa tal-kumpanija Wasteserv Malta Limited nefqet l-ammont ta’ Lm 5,154 fuq telefonati magħmula minn mobile phones. Il-kirjiet u / jew xiri tagħhom matul is-sena 2004 kienu ta’ Lm 435. Iċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispi¿a tammonta għal Lm 3,514. In-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-kumpanija Wasteserv Malta Limited hija responsabbli għall-pagamenti tagħhom huwa ta' disgħa (9). Fis-sena 2004 dan l-ammont kien ta’ għaxra (10).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom, matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ammont totali għal-mobile phone calls u għal-kiri u xiri ta' mobile phones għal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu kien ta' Lm 30,612.98, li minnhom tħallsu Lm 23, 415.61.
In-numru ta' mobile phones li qed jintużaw bħalissa huwa ta' 56 filwaqt li fl-2004 intużaw 60 -il mobile phone.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taħt:
L-Ispiża totali għall-mobile phones matul l-2004
L-Ispiża totali għall-kirjiet ta’ mobile phones matul l-2004
L-Ispiża totali għall-xiri ta’ mobile phones matul l-2004
Iċ-ċifra ta’ flus li diġa tħallset mill-ispiża totali għall-mobile phone calls.
In-numru ta’ mobile phones li fil-preżent is-sezzjoni tiegħek hi responsabbli għall- pagamenti tagħhom.
In-numru ta’ mobile phones li fis-sena 2004 is-sezzjoni tiegħek kienet responsabbli għall-pagamenti tagħhom.
Lm
Lm
Lm
Lm
4388.81
Xejn
Xejn
4062.67
10
11
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali tal-Ministeru, inkluż id-Dipartimenti u l-entitajiet għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004 tammonta għal Lm33,571.78.
Iċ-ċifra ta’ flus li diġa tħallset minn din l-ispiża hija ta’ Lm26,813.92.
Fil-preżent l-Awtorita dwar it-Trasport hi responsabbli għall-pagamenti ta’ 42 mobile phones filwaqt li l-Ministeru huwa responsabbli ta’ 9. Jeżistu wkoll 2 linji “on line” ta’ mobile phone. Dan l-ammont huwa l-istess daqs tas-sena l-oħra (2004).
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10244, jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir laqgħa mal-kunsilli lokali dwar titjib tal-kalendarju agri-turistiku? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Għaqdiet Non-Governattivi (NGO’s) ġew mitluba jagħtuna informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom. Din l-informazzjoni ser tkun il-bażi tal-ko-ordinament tal-kalendarju agri-turistiku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi, vetturi, eċċ ġodda matul Jannar ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001, u 2000 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-lista ta’ karozzi, vetturi, eċċ ġodda li ġew reġistrati matul Jannar ta’ din is-sena kif ukoll għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001 u 2000 huwa kif jidher hawn taħt:-
Private Vehicles
Commercial Vehicles
Vehicles For Hire
Buses and Mini Buses
M/cycles
Total
Jan-00
1063
195
55
/
43
1356
Jan-01
792
164
4
2
45
1007
Jan-02
853
162
27
2
41
1085
Jan-03
718
210
30
1
31
990
Jan-04
754
210
27
3
55
1049
Jan-05
617
112
50
2
5
786
Total
4797
1053
193
10
220
6273
Mark Samut-Tagliaferro
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi, vetturi, eċċ ġodda matul Jannar ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001, u 2000 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-lista ta’ karozzi, vetturi, eċċ ġodda li ġew reġistrati matul Jannar ta’ din is-sena kif ukoll għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001 u 2000 huwa kif jidher hawn taħt:-
Private Vehicles
Commercial Vehicles
Vehicles For Hire
Buses and Mini Buses
M/cycles
Total
Jan-00
1063
195
55
/
43
1356
Jan-01
792
164
4
2
45
1007
Jan-02
853
162
27
2
41
1085
Jan-03
718
210
30
1
31
990
Jan-04
754
210
27
3
55
1049
Jan-05
617
112
50
2
5
786
Total
4797
1053
193
10
220
6273
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10234 u 10237, peress li minkejja dak li l-gvern ilu jgħid mis-sena 2000 xorta waħda l-mużew tħalla abbandunat u f'qagħda degradanti, jista' il-Ministru jikkonsidra li jkun hemm xi xorta ta' żvilupp ħalli jitwettqu l-wegħdiet li għamel il-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Diġa għamilt riferenza għall-pjanijiet tal-Ministeru għal Enoteka u għalhekk m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10234 tas-Seduta numru 229 tal-31 ta’ Jannar 2005.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10245, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li qed jiġi sostnut bħala bażi għal koordinament tal-kalendarju agri turistiku?
Min huma l-uffiċjal/i nkarigati minn dan il-koordinament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 10506.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien in-numru ta' inċidenti rapportati fl-iskejjel primarji, sekondarji u l-MCAST fejn weġġgħu l-istudenti? X'ikkawża dawn l-inċidenti u f'liema stadju kienet il-gravita' tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat kif ġej :-
Fl-iskejjel primarji ġew rapportati għaxar inċidenti. Erba' minnhom inċidenti minuri u s-sitta l-oħra huma ta' ksur waqt il-ħin tal-
break
.
Fl-iskejjel sekondarji ġew rappurtati disgħa u disgħin inċidenti fi tmintax il-skola. Il-maġġoranza ta' dawn l-inċidenti kienu minuri bħal ngħidu aħna tbenġil u brix waqt futbol u żliq minħabba xita. L-inċidenti gravi kienu sebgħa u dawn ivarjaw minn ksur u qsim fejn kien hemm bżonn ta' punti. L-inċidenti gravi ġraw kollha waqt il-ħin tal-break.
Fl-Istituti tal-MCAST f'Malta ġew irrapurtati erba' inċidenti bla riperkussjonijiet. Dawn ivarjaw minn diffikulta' bin-nifs, ksur waqt il-logħob, u zlogar ta' spalla waqt breakdance. Fl-MCAST ta' Għawdex ma' ġew irrapurtati l-ebda inċident.
Jista' il-Ministru jgħid meta kien l-aħħar pagament tal-kummissjoni fuq il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-ħalib li tħallset lill-koperattivi tar-raħħala? Kemm kien l-ammont f'kull każ u liema perjodu kien ikopri dan il-ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku dwar x'tip ta’ pagamenti, u għal liema kummissjoni qiegħed jirreferi.
Tal-Fiddien — Kamra ta' l-ilma - attivita' kulturali
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-attivita' kulturali/edukattiva li kien hemm fil-Kamra ta' l-ilma fil-Fiddien, limiti tar-Rabat matul l-1997 u l-1998 waqfet tant li fil-preżent din il-Kamra hija żdingata?
Għaliex din il-kamra u dawn l-inħawi tħallew jiddeterjoraw?
Jista' jikkonsidra li jerġa' jibda jorganizza mill-ġdid din l-attivita' in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li peress li l-esibizzjoni ta’ ritratti konnessi mar-riabilitazzjoni taż-żona għaddiet il-fażi tagħha, din l-attività ġiet fi tmiemha.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li qed isiru taħditiet mal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura sabiex it-tindif ta’ Wied il-Qlejgħa jidħol fil-programm ta’ tindif ta’ widien.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa programmat li jitlestew ix-xogħlijiet tal-bypass ta' l-Imtarfa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet meħtieġa għas-South Bound Carriageway huwa lest filwaqt li x-xogħol ta’ nofs in-North Bound Carriageway kwazi lest.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser jibda l-bini tar-retaining wall fl-aħħar parti tal-bypass. Wara dan ix-xogħol ser jitkompla x-xogħolijiet tas-servizzi (extension tad-drainage sewage Master Plan Implementation; extension tal-main tad-WSC in Storm water network) u l-bini u l-asfaltar ta’ din l-aħħar parti tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex maħsub li fil-programm tax-xogħlijiet tal-bypass ta' l-Imtarfa jkun hemm dawl adegwat? Jekk fl-affermattiv, meta huwa programmat li tinxtegħel din il-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport għamlet xogħlijiet meħtieġa għal passage ta’ ducting tul il-bankina.
Deċiżjoni dwar l-street lighting fit-triq imsemmija tittieħed wara konsultazzjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti .
Jista' il-Ministru jgħid meta saru l-konsultazzjonijiet mal-bdiewa, il-kunsill u komunitajiet tal-Mellieħa dwar l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li l-gvern se jiżviluppa fil-Mellieħa?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti fejn se jsir dan l-impjant?
Kemm mistenni jdum jinbena sakemm jitlesta kompletament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-konsultazzjonijiet dwar l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ s'issa saru permezz ta' distribuzzjoni ta' studju preliminari ta' impatt ambjentali li kien tlesta f'Ġunju ta' l-2001. L-imsemmi studju tqassam lil diversi korpi kostitwiti fosthom il-kunsill lokali tal-Mellieħa u l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u għall-Ambjent li ġew mitluba jgħaddu il-kummenti tagħhom lill-MEPA.
Wara li sar dan f'Novembru 2003 il-MEPA kienet talbet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tressaq is-sit ta' l-impjant u bħalissa il-Korporazzjoni qegħda fil-proċess li taġġorna ir-rapport oriġinali biex jirrifletti it-tibdil tas-sit fl-inħawi magħrufa bħala iċ-Ċumnija.
Kopji ta'pjanta li turi fejn hu propost li jsir l-impjant qed jiġu mqegħda fuq il-mejda tal-kamra. L-impjant mistenni jitlesta sa Settembru ta' l-2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10232 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jistax jinformana għaliex ma nbidlux it-tined tal-pjanċi msadda u perikolużi li hemm fin-naħa tal-frott fil-pitkalija ċentrali? Jista' jara li dawn it-tined jinbidlu mmedjatament qabel ma jseħħ xi inċident fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qatt ma rċeviet xi rapport dwar il-periklu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. It-Taqsima qed tinvestiga l-każ sabiex tiddetermina x'inhi il-ħsara u ta' min hi r-responsabbilita' tat-tiswija meħtieġa u mbagħad tieħu l-passi neċessarji skond il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal bliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali? Kemm huma stmati li se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Meta mistennija jibdew u jitlestew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.