Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Sick leave

Question

Matul is-sena 2004, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave? Kemm-il ġurnata sick leave fil-fatt ħadu l-ħaddiema f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tinformani bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex.

Sigurta' Soċjali — Sick leave

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali li ħallas il-gvern sabiex jikkumpensa l-ħaddiema li kienu bis-sick leave matul is-snin 2003 u 2004 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa totali mħallsa f'Benefiċċju tal-Mard għas-snin 2003 u 2004 kienet Lm2,082,434.44 u Lm1,707,716.32 rispettivament.

Proċessuri tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm mill-proċessuri lokali tat-tjur huma ċertifikati li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kemm huma dawk li mhumiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10367.

Proċessuri tal-Majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm mill-proċessuri lokali tal-majjal huma ċertifikati li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kemm huma dawk li mhumiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 10371

Flieles għas-simna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10343, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-ispiża in kwestjoni se tkun sussidjata mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jinformani dwar liema spiża qed jirreferi għaliha.

Ġobon cheddar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10334 u cioe' jista' jikkonferma li l-ġobon cheddar għola għall-konsumatur 50c fil-kilo? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li c-Cheddar jiġi mpurtat kemm f'porzjonijiet li jkunu diġa ippakjati lesti kif ukoll ġobna kbira biex titqatta u tinbiegħ bl-użin. Qabel l-ewwel ta' Mejju fis-suq Malta kien hawn ġobon li jiġi kemm mill-Ewropa kif ukoll minn New Zealand u l-Awstralja. Il-prezzijiet tal-ġobon Cheddar mill-Ewropa kien ogħla minn dak li jiġi minn barra l-Ewropa. Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja l-ġobon li jiġi mpurtat minn barra l-UE ġew suġġett għall-levy ta' 1.671 Euro il-kilo u għalhekk dan it-tip ta' ġobon għola fil-prezz liema żieda fil-prezz tvarja minn żmien għal l-ieħor. Il-Ġobon Cheddar lli jiġi mill-Ewropa baqa' jinbiegħ bl-istess prezzijiet ta' qabel dħalna fl-Unjoni Ewropeja.

Dipartiment tas-Saħħa — Mediċini out of stock

Question

Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 10358, u cioe' dwar mediċini out of stock għal persuni tal-karta roża u safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pilloli out of stock għal persuni tal-karta roża u safra huma kif ġej: Atrovastatine 20mg tabs Benztropine mesylate tabs Chloramphenicol 250mg caps Chlorpheniramine tabs Clomiphene tabs Diltiazem 60mg tabs Gabapentin 100mg tabs Lamotrigine 5mg disp tabs Lamotrigine 25mg disp tabs Lamotrigine 50mg tabs Mesalazine 400mg tabs Mesterolone 25mg tabs Mianserin 10mg tabs Nifedipine retard 20mg tabs Pergolide 1mg tabs Phenytoin 25mg tabs Sulpride 50mg tabs Trifluoperazine 2mg spans Trifluoperazine 15mg tabs Ticlopidine 250mg tabs

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati u karozzi rappurtati lill-pulizija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: 20002001200220032004 Serq minn residenzi779615684677775 Serq ta’ vetturi1,045843702881796 Serq minn vetturi3,7283,3813,2913,2113,401

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10353, jista' il-Ministru jinformana kemm-il sejħa għal tabib barra l-klinika saret matul l-istess perjodu ta' snin separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-total ta' sejħiet għat-tabib barra l-klinika tar-Rabat huma kif ġej: Sena Numru ta' sejħiet 2004 753 2003 772 2002 717 2001 803 2000 1533 1999 2039 1998 1766

Biċċerija — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġiet upgraded il-biċċerija tal-Marsa matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba għadha qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, u d-Diviżjonijiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, kera tnejn u erbgħin (42) karozza fuq bażi regolari, filwaqt li sbatax (17) oħra inkrew għal perjodi qosra ta’ żmien. L-ispiża totali matul is-sena 2004 fuq dawn il-kirjiet ta’ karozzi kienet ta’ Lm 80,082, li minnhom Lm16,738.72 kienet l-ispiża għall-fuel, u Lm63,343.62 tħalsu għall-kiri tal-karozzi. Jien infurmat ukoll li matul is-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2004, in-numru ta' vetturi mikrija mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien ta' sitta u ħamsin (56). L-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet kienet ta' Lm108,879 u l-ispiża totali tal-fuel kienet ta' Lm22,352. Matul is-sena/jew parti minnha 2004 in-numru ta kiri ta karozzi mill-kumpanija Wasteserv Malta Limited kienu tnejn. L-ispiża ta’ dawn il-karozzi kienet tammonta għal Lm 3,426.55 u l-ammont ta’ fuel kien Lm 1,344.35.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 l-ammont ta' karozzi mikrija kienu : L-Awtorita dwar it-Trasport 22 Ministeru/DCS 5 TOTAL 27 L-ispiża f'ċifra ta' flus għal dawn il-kirjiet kienet : Spiża Kiri Spiża Fuel L-Awtorita dwar it-Trasport Lm54,075.00 Lm11,836.00 Ministeru/DCS Lm 6,608.77 Lm 1,698.00 TOTAL Lm60,683.77 Lm13,534.00

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2004 in-numru ta' karozzi mikrija mill-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kien ta' 43. L-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż spejjeż tal-fuel, kien ta' Lm151,523.82.

Ċentru tal-Micropropagazzjoni — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġie upgraded iċ-ċentru tal-Micropropagazzjoni matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għall-informazzjoni ta’ l-Onor. Interpellant fis-sena 2000, dak li darba kien iċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti inbidillu l-iskop tiegħu u sar Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti. Barra mill-propagazzjoni ta’ pjanti f’dan iċ-Ċentru qed isir xogħol ieħor utli fuq il-viroloġija u l-batterjoloġija tal-pjanti. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2000 – 2004 separatament.

Marsa — Riabilitazzjoni tal-Wied

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10342, jista' il-Ministru jinformana għaliex skond il-ministeru tiegħu huwa l-aħjar li fil-ħamrija u fil-widien jintuża l-konkos? Liema regoli ta' l-Unjoni Ewropea jsostnu din it-teżi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10342 titkellem fuq twessiegħ ta' kanal u mhux wied. Il-bini ta' embankments isir fuq sodda ta' reinforced concrete f'każijiet fejn il-blat ikun fil-fond. Il-qiegħan ta' watercources ukoll jinksew bil-concrete. Dan it-tip ta' xogħol isir skond parametri tekniċi.
Leg 10 PQ #10573 Sitting 243 2005-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu kien hemm 40 karozza mikrija. L-ammont totali għal-kiri ta' dawn il-karozzi kien ta' Lm 91,028.40 filwaqt li l-ammont għal-fuel kien ta' Lm 18,437.82.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ċentru tal-Micropropagazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tas-safar li sar mill-uffiċjali taċ-ċentru tal-Micropropagazzjoni matul is-sena 2004? Min kienu l-uffiċjali u x'kienu s-suġġetti tal-konferenzi, laqgħat u seminars li attendew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 2004, in-numru ta' karozzi mikrija kien ta' sebgħa (7). Iċ-ċifra ta' l-ispiża totali matul l-2004 kienet ta' Lm13,936.