Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Monte Carmeli — Maintenance section

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk huwiex se jitneħħa x-shift tal-maintenance mill-isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-raġunijiet u meta se ssir il-bidla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa għaddejin negozjati mal-Unions u għadu mhux magħruf x'se jkun ir-riżultat ta' dawn in-negozjati u jekk m'humiex se jitneħħew xi shifts.

Taxxi Interni — Refunds lit-Taxpayers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2004 kemm kienet is-somma globali li d-dipartiment tat-taxxi interni ħallas lit-taxpayers bħala refunds tat-taxxa ta' l-income?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul l-2004, tħallsu Lm13,840,436 f’refunds ta’ taxxa.

Reġistru Pubbliku — Twelid ta' Trabi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu f'Malta u Għawdex separatament matul l-2003 u l-2004? Kemm kienu bniet, kemm kienu subien u kemm kienu tewmin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madankollu ġejt mogħti din l-informazzjoni bid-dettalji kif murija hawn taħt: Numru ta' Live Births: 2003 Malta Għawdex Subien Bniet Subien Bniet 1,875 1,852 148 161 +Minn dawn kien hemm 50 Twins u 3 Triplets. Ta' dawn ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex. Sat-30 ta' Settembru 2004 f'Malta u Għawdex f'daqqa twieldu 1,444 subien u 1,329 bniet. Dawn huma figuri proviżorji. Ġejt infurmat li l-figuri finali u dettaljati bħal dawk ta' 2003 ikunu lesti għall-aħħar ta' Marzu 2005.

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom ċittadinanza doppja fil-preżent? Ma' liema pajjiżi għandhonm ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' Maltin li lilhom ġie kkonfermat li jistgħu jżommu wkoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż ieħor huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Status ta' Refuġjat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li applikaw għall-istatus ta' refuġjat? Minn liema pajjiżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li applikaw quddiem l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati għal rikonoxximent ta' status ta' refuġjat fl-2004 u fl-2005 (sal-11 ta' Frar) huwa kif ġej: 2004 - 997 2005 - 158 Barra minn dawn, bħalissa hemm 306 persuna oħra li rreġistraw it-talba tagħhom li japplikaw, imma li l-applikazzjoni u l-intervista magħhom għad iridu jsiru. Peress li l-numru ta' applikanti għal status ta' refuġjat minn ċerti pajjiżi hu verament żgħir, inħoss li jkun iktar għaqli, speċjalment għall-aħjar ġid u/jew sigurta' ta' l-applikanti nfushom, iżjed u iżjed jekk fl-aħħar mill-aħħar it-talba tagħhom ma tiġix milqugħa, jekk ma jingħadx pubblikament mill-liema pajjiżi huma ġejjin l-applikanti.

Taxxi Interni — Ħlas tal-bolla ta' l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004, kemm kien il-bilanċ f'ċifra ta' flus tal-bolla ta' l-NI li baqa' ma tħallasx lid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba hija din: a) L-Ewwel Klassi (Impjegati): Lm11,846,946 Dan l-ammont ikopri s-snin 1998 u 2003. L-informazzjoni għall-2004 tkun magħrufa meta jidħlu dokumenti ta’ l-aħħar tas-sena mingħand l-employers. b) It-Tieni Klassi (Jaħdmu għal Rashom): Lm13,501,344 Dan l-ammont ikopri s-snin 1998 u 2004 u jinkludi stimi maħruġa mill-Kummissarju. Minn dan l-ammont iridu jitnaqqsu l- credits li l-kontributuri kienu ntitolati għalihom skond il-liġi tas-sigurtà soċjali. Ta’ min isemmi li dawn il-bilanċi jirrappreżentaw medja ta’ 2.82 fil-mija tad-dħul totali mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin imsemmija.

Taxxi Interni — Pagamenti pendenti mit-Tarzna

Question

Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagamenti pendenti li għandha mad-dipartiment tat-taxxi interni it-Tarzna tal-Marsa? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus dovuti huma tal-NI u kemm taxxa u VAT separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, it-Tarzna tal-Marsa m’għandhiex VAT dovuta lil dan id-Dipartiment.

Taxxi Interni — Taxxa ta' l-Income

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ ta' flus tat-taxxa ta' l-income li baqa' ma tħallsux lid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-bilanċ tat-taxxa fuq l-income huma dawn: a) Sas-sena ta’ stima 1998: Lm129,311,138 Dan l-ammont jinkludi assessments ex-officio li għadhom qed ikunu kkontestati mit- taxpayers . Huwa stmat li ammont ta’ madwar Lm35 miljun se jkun attwalment dovut u li jistgħu jinġabru. b) Bejn is-snin 1999 u 2004: Lm127,560,897 Dan l-ammont jinkludi Lm113,616,412 taxxa u multi stmati mill-Kummissarju minħabba li ma jkunx intbagħat il-prospett tat-taxxa tas-sena. Huwa stmat li madwar Lm15-il miljun huma attwalment dovuti.

Taxxi Interni — Taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ tal-ħlas tat-taxxa tal-VAT li baqa' ma tħallasx lid-dipartiment tat-taxxi interni mit-taxpayers lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma kellux ħlasijiet tat-taxxa tal-VAT dovuta fil-2004 għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Taqsima tax-xogħlijiet — direttur ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li t-taqsima tax-xogħlijiet tinqasam f'żewġ taqsimiet jew sezzjonijiet u jekk hux se jinħatar direttur ġenerali ieħor biex b'hekk ikun hemm żewġ diretturi ġenerali? Jekk se jinħatar direttur ġenerali ieħor, jista' jagħti d-dettalji ta kif it-taqsima tax-xogħlijiet se tinqasam u jekk hemmx il-ħsieb li jinħatru xi diretturi oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li peress li hemm il-ħsieb li t-Taqsima tax-Xogħlijiet jiżdiedilha x-xogħol, hemm pjan ta' kontinġenza sabiex jilqa' din l-eventwalita'.

Taxxa ta' l-Income — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ tar-refunds lit-taxpayers tat-taxxa ta' l-income li għandu jirrifondi l-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont totali ta’ refunds li għandu jħallas id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, inkluż l-ammont ta’ madwar Lm9 miljun li għadhom mhux dovuti skond il-liġi, hu ta’ Lm24,645,383.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni rappurtati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul is-snin 2003 u 2004 separatament? Kemm minn dawn l-inċidenti rriżultaw f'diżabilita' permanenti u kemm fatali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari tinġabar mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. L-istess jista' jingħad għall-ewwel parti tat-tieni domanda. Fir-rigward ta' inċidenti fatali fuq ix-xogħol, seħħew 12-il inċident kemm matul 2003, u kemm matul 2004.

Dipartiment tas-saħħa — Regoli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li d-dipartiment tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol qed iressaq il-qorti minħabba li għadhom ma rregolawx ruħhom mar-regoli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Air Malta - Pagamenti Pendenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huma l-pagamenti pendenti li għandha mad-dipartiment tat-taxxi interni l-kumpannija Air Malta? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus dovuti huma ta' l-NI, kemm taxxa u VAT separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, l-Air Malta m’għandhiex VAT dovuta lil dan id-Dipartiment.

Biċċerija — Inċineratur

Question

B'riferenza għall-fatt li l-gvern qed jerġa' iħaddem l-inċineratur tal-biċċerija li kien ikkundannat li jagħmel ħsara lis-saħħa tal-ħaddiema u n-nies tal-madwar, jista' il-Ministru jinvestiga jekk dan l-inċineratur huwiex ikun ta' theddida għas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9684.

Taxxi Interni — Pagamenti pendenti tas-Sea Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huma l-pagamenti pendenti li għandha mad-dipartiment tat-taxxi interni l-kumpannija Sea Malta? Kermm minn din iċ-ċifra ta' flus dovuti huma ta' l-NI u kemm taxxa u VAT separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, is-Sea Malta m’għandhiex VAT dovuta lil dan id-Dipartiment.

Taxxi Interni — Pagamenti pendenti mill-Malta Drydocks

Question

Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagamenti pendenti li għandha mad-dipartiment tat-taxxi interni l-Malta Drydocks? Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus dovuti huma tal-NI u kemm taxxa u VAT separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, il-Malta Drydocks m’għandhiex VAT dovuta lil dan id-Dipartiment.

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Matul is-sena 2004 , jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-Mellieħa, l-Imġarr, ir-Rabat u l-Imtarfa kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati, karozzi u stabbilimenti kummerċjali rappurtati lill-pulizija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004 Mellieħa Serq minn residenzi 46 32 36 22 31 Serq minn vetturi 210 74 59 49 64 Serq ta’ vetturi 9 5 14 10 16 Mġarr Serq minn residenzi 4 3 3 6 1 Serq minn vetturi 15 6 15 6 9 Serq ta’ vetturi 5 1 4 4 0 Mtarfa Serq minn residenzi 1 1 2 4 0 Serq minn vetturi 1 4 2 8 5 Serq ta’ vetturi 1 4 6 2 1 Rabat Serq minn residenzi 10 13 22 24 18 Serq minn vetturi 106 103 119 103 107 Serq ta’ vetturi 25 31 22 19 15

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10353, jista' il-Ministru jinformana għaliex fil-leġislatura li għaddiet ma tax l-istess figura għas-snin 1998, 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkwota n-numru tal-Mistoqsija Parlamentari li saret fil-leġislatura li għaddiet.