Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipariment tad-drenaġġ — Ħaddiema

Question

Matul is-snin 2003 u 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm każijiet ta' fawran ta' drenaġġ ġew rappurtati lid-dipartiment matul l-istess perjodu u liema kienu z-zoni turistiċi u residenzjali milquta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li n-numru ta' impjegati fid-dipartiment tad-drenaġġ fl-1 ta' Ottubru 2003 (meta r-responsabilita' tad-drenaġġ għaddiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma) kien 606. Fil-31 ta' Diċembru 2004 in-numru ta' impjegati mat-Taqsima tal-Wastewater kien 583. In-numru ta' każijiet ta' fawran ta' drenaġġ li ġew rappurtati kienu: Mill-1 ta' Ottubru 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003 - 316 Mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004 - 1317 Dettalji tal-postijiet fejn kien hemm fawran qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.

Persuni bil-mard tad-diabete/asthma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali ta' persuni f'pajjiżna li jbatu bil-mard tad-diabete u bl-asthma jew kondizzjonijiet oħra ta' natura respiratorja? Kemm minnhom huma tfal u kemm żgħażagħ? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji ta' l-SKA

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru attwali ta' koppji u ndividwi f'Malta u Għawdex li jieħdu l-benefiċċji ta' l-SKA? Kemm minnhom jieħdu dawn il-benefiċċji fuq bażi for life? Tista' tagħti l-istess tagħrif għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-istatistika dwar l-Għajnuna għall-Mard (SKA) tinżamm a bażi tan-numru ta' ndividwi li jirċievu din l-Għajnuna. Din l-Għajnuna tingħata for life. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif dwar il-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Persuni li spiċċaw boarded out

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex separatament li spiċċaw boarded out matul is-sena 2004? Kemm hu n-numru attwali ta' persuni li jinsabu boarded out?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuni li jingħataw Pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali wara li jiġu ċertifikati minn bord mediku, jien infurmata li n-numru totali ta' persuni li bdew jirċievu din il-pensjoni matul l-2004 kien ta' 1,203. In-numru totali ta' dawk li kienu jirċievu din il-pensjoni fl-aħħar ta' Jannar 2005 kien 8,824. Peress li l-lokalita' ta' fejn wieħed jgħix mhix waħda mill-kriterji biex titħallas din il-pensjoni, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika dwar il-lokalita' ta' fejn jabitaw dawn il-pensjonanti.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tagħtini breakdown tan-numru ta' persuni Maltin u Għawdxin li jirċievu pensjoni minn pajjiżi barranin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dipartiment tal-Gvern — Sistema ta' Enerġija Solari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dipartimenti tal-gvern li matul dawn l-aħħar ħames snin qalbu għas-sistema ta' dawl u/jew enerġija solari? Liema huma dawn id-dipartimenti u kemm swiet, kull każ separatament, din il-bidla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv kemm għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll għall-Ministeru tal-Finanzi.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda miġbura fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda miġbura fit-tabella li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta.
Leg 10 PQ #10771 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ilha magħluqa l-biċċerija f'Għawdex, kemm kien in-numru ta' bhejjem li nqatlu Malta? X'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar il-biċċerija f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn kemm ilha wieqfa l-biċċerija f'Għawdex inqatlu 4,399 majjal u 1,141 ċanga. Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jagħmel upgrading tal-biċċerija f'Għawdex biex din tkun tista' terġa tibda titħaddem.
Leg 10 PQ #10773 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Live stock

Question

Tista' il-Ministru tinformani x'wassal biex il-produzzjoni tal-live stock f'Għawdex niżlet minn Lm455,000 għal Lm155,000 matul ix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004? X'miżuri qed jieħu l-ministeru għal Għawdex sabiex jipproteġi r-raħħala Għawdxin li sofrew dan it-telf ta' flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm tnaqqis fil-qatla f'Għawdex ta' majjal u ċanga fil-perjodu Lulju, Awissu u Settembru 2004 imqabbla ma' l-istess perjodu fis-sena 2003, minħabba li l-qatla ta' dawn il-bhejjem kienet qiegħda ssir fil-biċċerija ta' Malta. Dwar it-tnaqqis fil-qatla ta' broilers f'Għawdex, skond il-figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika din tvarja minn żmien għall-ieħor u ma jidhirx li l-problema hija limitata għal Għawdex. Il-Gvern qiegħed jindirizza l-problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.
Leg 10 PQ #10775 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produzzjoni tat-tjur u l-bhejjem

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni tat-tjur u l-bhejjem fil-gżira ta' Għawdex qed dejjem tonqos sostanzjalment, tista' il-Ministru tinformani x'inhi l-istrateġija attwali tal-ministeru għal Għawdex sabiex tingħeleb din il-kriżi serja fil-gżira ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-qatla tal-Majjal u Ċanga mrobbija f'Għawdex baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess. Kien hemm tnaqqis fil-qatla ta' broilers mkabbra f'Għawdex. Skond figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma' jidhirx li hija problema limitata għall-gżira ta' Għawdex. Il-Gvern qiegħed jindirizza l-problema permezz ta' għajnuna biex is-settur jiġi ristrutturat.

Pitkalija — Regoli tal-grading u l-packing

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-regoli tal-grading u l-packing li jridu jkunu konformi magħhom il-bdiewa meta jdaħħlu l-bejgħa fil-pitkalija ċentrali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li r-regoli tal-grading u l-packing, li jridu jkunu konformi magħhom il-bdiewa meta jdaħħlu l-bejgħa fil-pitkalija, ġew ippublikati bl-Avviż Legali Nru. 241 tal-2003.
Leg 10 PQ #10778 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Villa Rumana

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kemm sewa r-restawr tal-Villa Rumana fir-Rabat, Malta? Kemm fil-fatt ħa żmien ir-restawr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-restawr tad- Domus Romana fir-Rabat sewa Lm182,753. Ix-xogħolijiet ta' restawr inbdew fl-2002..
Leg 10 PQ #10780 Sitting 251 2005-04-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Xogħlijiet ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li jżid aktar ix-xogħlijiet ta' restawr u tindif ta' siti storiċi fir-Rabat Malta? Fid-dawl tal-fatt li mill-miljun turist li jżuru l-gżejjer tagħna, madwar 800,000 iżuru r-Rabat u l-Imdina, jista' il-ministeru jniedi programm ta' xogħlijiet immedjatament, issa li spiċċaw ix-xogħlijiet ta' restawr fil-Villa Rumana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jqies il-lokalitajiet tar-Rabat u l-Imdina bħala żewġ lokalitajiet li jgħollu l-livell tal-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Dan il-Ministeru se jipprepara pjan li jelenka b’mod prijorizzat ix-xogħlijiet li jridu jsiru f’dawn il-lokalitajiet. Pjani simili ser isiru għal zoni turistiċi oħra.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Kemm huma nisa u kemm huma rġiel? X'ċittadinanza għandhom fil-preżent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa l-bilanċ ta' flus li l-gvern għandu jħallas fuq proprjeta' li xtara mingħand sidien privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bilanċ ta' flus li l-Gvern għandu jħallas fuq proprjeta' li xtara mingħand sidien privati huwa ta' Lm23,403,488.00. Dan l-ammont jista' jiżdied minħabba kawżi pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitraġġ u minħabba ħlas ta' danni kif ukoll reviżjoni fl-istimi.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Dħul tal-Gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern miċ-ċnus, qbiela u kera, eċċ. li daħħal mir-raba', art, proprjeta', eċċ. matul l-2004? Kemm fil-fatt kien stmat li kellu jdaħħal f'ċifra globali skond ir-records tad-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul tal-Gvern miċ-ċnus, qbiela u kera etc, li daħħal mir-raba, art, proprjeta' etc, matul is-sena 2004 kien ta' Lm10,994,683. Skond l-estimi tad-Dipartiment ta' l-Artijiet id-dħul fis-sena 2004 kien stmat li kellu jkun ta' Lm7,515,000.

Flieles tas-Simna

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10344 u cioe': B'referenza għal mistoqsija parlamentari 9966, għaliex filwaqt li fl-2004 ġew importati 5.7 miljun fellus (għas-simna) laħqu għall-ipproċessar 3.7 miljun biss skond it-tagħrif li għandu l-gvern? Jista' il-Ministru jinvestiga u jinformani x'ġara mill-bqija taż-2 miljun fellus għas-simna li kellu pajjiżna matul l-2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10343.

Tjur tas-Simna

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10346 u cioe': B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9966, għaliex il-gvern mhux jiddikjara li fl-2003 il-produzzjoni tat-tjur tas-simna laħqet 6.2 miljun u mhux 4.5 miljun kif iddikjara fl-istess mistoqsija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba Proposta : Ninsab infurmat li fis-sena 2003, il-figura ta' 4.5 miljun hija ta' tjur maqtula, u mhux in-numru ta' produzzjoni. Il-Mistoqsija Parlamentari 9966, li għamel referenza għaliha l-Onor. Membru, kienet titlob figura tal-qatla u mhux tal-produzzjoni. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jissustanzja il-figura ta' 6.2 miljun.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10347 u cioe': B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9686, il-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-aqwa ilma għat-tisqija tar-raba huwa dak ġiri naturali tax-xita (dejjem meta jiġi wżat skond il-ħtieġa naturalment tal-ħxejjex u frott imkabbra fuq l-uċuħ u s-serer)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-aħjar ilma għal kull tisqija, inkluż is-serer, huwa ilma bl-inqas imluħa possibli, sabiex tkun tista’ tiżdied id-doża bbilanċjata ta' fertilizzant mingħajr ma jaffettwa l-livell ta' imluħa. L-ilma miġbur direttament mix-xita l-bogħod mix-xtut (minħabba l-imluħa tar-raxx tal-baħar) fih l-inqas imluħa, inqas mill-ilma ġieri naturali tan-nixxiegħat.