Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena li s-sena l-oħra kienu qed jiskontaw il-piena tagħhom fil-ħabs?
Kemm fil-fatt kien in-numru ta' żgħażagħ ta' l-istess eta' li bdew sentenza matul l-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 il-Qrati irreferew erbgħa u tmenin (84) persuna li l-eta' tagħhom kienet bejn il-ħmistax u t-tletin sena, biex iservu sentenza fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Fir-rigward ta' l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ma tinżammx statistika ta' kemm ikollhom eta' il-priġunieri b'sena sena. Dan għaliex fost dawk sentenzjati jkun hemm min jibda jew jispiċċa sentenza, min minn b'arrest jibda sentenza, u anke l-fattur li dawk minorenni ma jitpoġġewx ma' adulti li jkollhom aktar minn wieħed u għoxrin sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10579 u cioe' jista' jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġiet upgraded il-biċċerija tal-Marsa matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10582, tista' il-Ministru tinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Tista' il-Ministru tagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2004 nxtraw 7 karozzi minn entitajiet jew dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. In-nefqa globali fuq dan ix-xiri kienet Lm40,936.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' vetturi li huma propjeta' ta' dawn l-entitajiet u dipartimenti hu 29.
B'referenza għal m istoqsija parlamentari 10573, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Fil-preżent hemm 13-il karozza li huma propjeta' tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
B'referenza għal mistoqsija parlamnetari 10574, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10580, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza ġdida mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Hemm mitt (100) vettura li jinkludu karozzi, gaffe, vannijiet, trakkijiet, bowsers, tower ladders, tractors, dumpers, u vetturi oħra, li fil-preżent huma rreġistrati f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Minn dawn, tlieta u għaxrin (23) huma mislufa lill-Environmental Landscaping Consortium Ltd., fil-waqt li sebgħa u sebgħin (77) huma użati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jew mid-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma xtrat l-ebda karozza ġdida matul is-sena 2004. Bħalissa l-Awtorità għandha tliet vetturi li huma proprjetà tagħha.
Min-naħa l-oħra, matul is-sena 2004 il-kumpanija WasteServ Malta Co Limited xtrat biss karozza waħda. L-ammont kuntrattwali tal-vettura huwa ta' Lm6,200. Vetturi oħra li nxtraw matul is-sena kienu jikkonsistu minn Van wieħed.
Fil-preżent, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema hi l-aktar kawża li ilha pendenti fil-qrati ta' Malta u ta' Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawża li ilha l-aktar pendenti fil-Qrati ta' Malta tmur lura għas-sena 1931, filwaqt illi fil-każ tal-Qrati ta' Għawdex, l-aktar kawża pendenti tmur lura għas-sena 1958.
Direttorat għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Bini Perikoluż
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' każi ta' bini perikoluż u/jew ikkundannat li fil-preżent hija nformata bihom l-awtorita' kompetenti tad-direttorat ghall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm minn dawn it-talbiet ġew investigati matul l-2004 u kemm mistennija jiġu nvestigati din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 127 applikazzjoni dwar propjetajiet perikolużi.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment jinvestiga mill-ewwel kull applikazzjoni li jirċievi dwar propjeta' perikoluża u għalhekk ma għandux każijiet pendenti ta' din ix-xorti li għad iridu jiġu nvestigati.
Fil-preżent, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-maġistrati u l-imħallfin f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab f'Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi n-numru ta' kawżi maqtugħa (deċiżi), Imħallef b'Imħallef.
L-istatistika tmur lura għas-sena 2000 u hija aġġornata sa Marzu 2005.
Qiegħed inpoġġi kopja ta' l-istatistika tax-xahar ta' Marzu 2005 fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li tressqu l-qorti matul is-sena 2004?
Kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti fl-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 1,205 kumpilazzjoni mibdija kontra persuni taħt it-30 sena.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ħsarat kontinwi ta' żbroff ta' drenaġġ li qed ikun hemm fil-parti tal-bajja ta' l-Għadira ħdejn il-post - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Peress li dan id-drenaġġ qed jispiċċa fit-triq, jaqsam ir-ramla u jispiċċa fil-bajja, jista' il-Ministru jara li l-ħsarat jissewwew issa ħalli fis-sajf li ġej ma jerġax jirrepeti ruħu dan l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' l-Għadira fil-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ħsarat ġew investigati u nstab li 60 metru ta' main riedu jinbidlu. Dan ix-xogħol issa tlesta.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10566 u cioe' jgħid matul is-sena 2004 kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuelrispettivament?
Dipartimenti tal-Gvern — Sistema ta' Enerġija solari
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10565 u cioe' jgħid kemm huwa n-numru ta' dipartimenti tal-gvern li matul dawn l-aħħar ħames snin qalbu għas-sistema ta' dawl u/jew enerġija solari? Liema huma dawn id-dipartimenti u kemm swiet, kull każ separatament, din il-bidla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 10565.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' lukandi li matul l-2003, 2004 u 2005 bdew u qed jiġu konvertiti f'appartamenti f'Malta u Għawdex separatament? Liema kienu dawn il-lukandi u kemm kienu jaħdmu ħaddiema globalment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor interpellant għar-risposti li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 8240 u għal Mistoqsija Parlamentari Nru 10394.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' turisti li żaru l-Imdina u r-Rabat matul l-2003 u l-2004 separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn studji maħruġa mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta huwa stmat li, fis-sena 2004, madwar 764,070 turist żaru l-Imdina u r-Rabat.
Din it-tip ta’ informazzjoni ma teżistix għas-snin ta’ qabel.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma fil-preżent is-siti li fihom isir skavar għal fdalijiet arkeoloġiċi f'Malta u Għawdex? Min huma l-persuni responsabbli minn din il-missjoni u kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għas-sena 2005, is-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali ħarġet żewġ permessi għal-skavar arkeoloġiku.
Dawn huma:
1) Dipartiment ta' l-Arkeoloġija ta' l-Universita` ta' Malta
Direttur - Prof Anthony Bonanno
Permess għal xogħol ta' skavar fis-sit arkeoloġiku ta' Tas-Silġ, Marsaxlokk
2) Missione Archeologica Italiana
Direttur - Professor Maria Rossignani (Universita` La Cattolica, Milano)
Permess għal xogħol ta' skavar fis-sit arkeoloġiku ta' Tas-Silġ, Marsaxlokk u f'dak ta' San Pawl Milqi, Burmarrad
Direttorat għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet Pendenti
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li tressqu l-ewwel darba matul l-2004 quddiem id-direttorat għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm minnhom ġew rimedjati u kemm għadhom pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 440 applikazzjoni li tressqu l-ewwel darba matul l-2004. Minn dawn ġew konkjużi 67 u fadal 358 pendenti.