Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna - broilers - reġistrati mad-dipartiment? Kemm minnhom huma f'Malta u kemm f'Għawdex? Jista' il-Ministru jinformana bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-preżent (sal-14/04/05) in-numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna (broilers) li huma liċenzjati hu ta'
MALTA 185
GĦAWDEX 50
In-numru ta' produtturi liċenzjati skond id-Data Base li bdiet tinżamm mis-sena 2002 hu ta:
2002 2003 2004
MALTA 212 209 188
GĦAWDEX 56 58 58
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10757, jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb għall-perijodu ta' l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni fuq persuni li ġie kkonfermat lilhom li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10758.
Dwar in-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija l-informazzjoni tinsab fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li jsiru l-pagamenti meħtieġa mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex il-joint office ma aċċettax il-ħlas tal-qbiela skond file A/2361/97 u cioe' skond l-aħħar irċevuta A000030573?
Billi fil-preżent iċ-ċens huwa ta' Lm4.80c, jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana kemm huwa l-ħlas inkwestjoni llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kerrejja ħallset il-qbiela sal-25 ta' Diċembru 2005 fuq il-proprjeta' in kwistjoni fl-24 ta' Marzu 2005, meta hija marret fil-Customer Care Section ta' l-Uffiċċju Konġunt fejn il-każ tagħha ġie solvut dakinhar stess - dan wara li rriżulta li n-Nutar tal-kerrejja (tenant) kien naqas li jinfurmaha bl-ittra ta' rikonoxximent mibgħuta lilu, għan-nom tagħha, fit-28 ta' Frar 2002.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul l-2003 u l-2004 separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' talbiet lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għall-benefiċċju għall-korriment fuq xogħol fis-snin 2003 u 2004 kien 4,602 u 3,996 rispettivament.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10743 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li d-dipartiment tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol qed iressaq il-qorti minħabba li għadhom ma rregolawx ruħhom mar-regoli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm huma l-każi pendenti u kemm huma dawk deċiżi? Jista' jgħid kemm tressqu l-qorti u mhumiex deċiżi u kemm huma li se jitressqu fil-ġejjieni?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Att dwar l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta fuq il-post tax-xogħol inġieb fis-seħħ fl-intier tiegħu f’Jannar, 2002, għaldaqstant il-figuri li ser jingħataw huma mis-sena msemmija sa llum.
KAWŻI
Mibdija Decizi Pendenti
2002 10 1 9
2003 14 2 21
2004 22 5 38
2005 20 22 36
L-Awtorita sa llum identifikat 15 il-każ ġdid ieħor, li jibdew proċeduri quddiem il-Qorti, iżda din il-figura hija wkoll mistennija li tiżdied sa l-aħħar tas-sena kurrenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10744, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Air Malta għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10746, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li s-Sea Malta għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10747, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Malta drydocks għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Food and veterinary regulation division — Qtates f'San Anton
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx konkluża l-inkjesta li kienet qed titmexxa minn uffiċjal tal-food and veterinary regulation division dwar it-trasferiment mhux awtorizzat tal-qtates ta' San Anton għal Wied Inċita? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' l-inkjesta fuq il-mejda tal-Kamra?
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10739, tista' il-Ministru tinfurmani jekk iċ-ċifra ta' Lm1.7 miljun hijiex għas-sena 2004 u jekk fl-affermattiv, għaliex jirriżulta tnaqqis ta' Lm0.3 miljun f'benefiċċju ta' mard paragunat mas-sena 2003?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ċ-ċifra ta' Lm1,707,716.32, mogħtija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10739, f'Seduta Numru 246 tirrappreżenta l-ammont imħallas f'Benefiċċju għall-Mard fis-sena 2004.
Ninsab infurmata wkoll li t-tnaqqis fl-ispiża fuq dak tas-sena ta' qabel kien dovut għan-numru anqas kemm f'talbiet kif ukoll fin-numru ta' ġranet ta' mard.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi
Question
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10576, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Dipartiment
/
Entita’
Numru ta’ vetturi mixtrija fis-sena 2004
Prezz globali tal-vetturi mixtrija fl-2004
LM
Numru ta’ Vetturi
proprjeta’ tad-Dipartiment
/
Entita’
fil-preżent
Diviżjoni tas-Saħħa
*2
14,095
**77
Sptar Monte Carmeli
0
-
***11
Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’
1
(second hand)
1,800
6
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
0
-
7
Sptar Zammit Clapp
0
-
****11
Sptar Mater Dei
1
5,700
1
* 1 Direttur u 1 Segretarju Parlamentari
** 33 Karozza, 20 Ambulanza, 21 Van, 2 Trucks, 1 Mobile Unit (Demm)
*** Coach, Lifter Van, Minibus, Tow Tractor, Transit, 6 Karozzi
**** 3 Coaches, 3 Vans, Van with tail lift, 4 Karozzi.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10577, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul l-2004 inxtrat karozza waħda ġdida għall-u]u fil-Ministeru u ħamsa għall-Ambaxxati u/jew Konsolati. In-nefqa tammonta għal Lm 68,367.
Dan il-Ministeru għandu 62 vettura li 35 minnhom jintu]aw fl-Ambaxxati u/jew Konsolati, filwaqt li 6 vetturi oħra huma beyond economical repair u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu jew jiġu scrapped.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10578, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10581, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti n-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza ġdida.
In-numru ta' karozzi li huma propjeta tal-ministeru u/jew l-enititajiet konċernati huma :-
- Ministeru 5
- L-Awtorita' dwar it-Trasport 12