Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati

Question

Jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni għall-mistoqsija parlamentari 11182 u cioe' kemm kien in-numru ta' żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li tressqu l-qorti matul is-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti fl-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #12081 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tinformana għaliex ma tlestewx ix-xogħlijiet fil-biċċerija ta' Għawdex kif dikjarat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal Mistoqsija Parlamentari 12024.
Leg 10 PQ #12082 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tinformana meta se jissaqqaf il-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija ssaqqaf.
Leg 10 PQ #12083 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt se jiswa l-proġett tal-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex? Kemm intnefqu diġa'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proġett ta' upgrading tal-Biċċerija f'Għawdex huwa stmat li ser jiswa Lm498,000. Jiena nfurmata wkoll li sa issa tħallsu Lm17,378.43 fuq dan il-proġett.
Leg 10 PQ #12084 Sitting 265 2005-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm se jkun in-numru ta' persuni li jaħdmu fil-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex? F'liema grad se jkunu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-biċċerija ta' Għawdex huwa ppjanat li jkun hemm jaħdmu sbatax-il persuna fil-gradi kif ġej: Tnejn fi gradi veterinarji Wieħed fi grad ta' Piżatur Tnax fi gradi ndustrijali Tnejn fi gradi tekniċi

Marsa — Biċċerija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol biex il-linja taċ-ċanga fil-biċċerija tal-Marsa tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea? X'xogħlijiet jonqos isiru għal dan il-għan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12026.
Leg 10 PQ #12024 Sitting 264 2005-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ġdida ta' Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fil-biċċerija l-ġdida ta' Għawdex ma tlestiex? Meta huwa previst li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet ta’ upgrading fil-biċċerija ta’ Għawdex għadhom ma tlestewx minħabba diffikultajiet tekniċi li nqalgħu waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni kif ukoll minħabba li riedu jsiru diversi konsultazzjonijiet qabel il-ħruġ ta’ l-offerta għad-“Disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta’ tagħmir għas-slaughtering line u servizzi anċillari fil-Biċċerija Ċivili, ix-Xewkija” u proċeduri oħra relatati mal-ħruġ ta’ din l-offerta. Jiena nfurmata li x-xogħol huwa mistenni li jitlesta għall-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 10 PQ #12025 Sitting 264 2005-05-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produzzjoni tat-tjur

Question

Tista' il-Ministru tinformana f'liema livell hija l-produzzjoni tat-tjur tas-simna fil-gżira ta' Għawdex fil-mument? Kemm kienet il-produzzjoni fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena u kemm kienet f l-ewwel tliet xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bħalissa t-trobbija tat-tjur tas-simna f'Għawdex hija ta' madwar 79,000 fellus. Jiena nfurmata wkoll li skond l-uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-qatla ta' tjur f'Għawdex fl-ewwel tlett xhur tas-snin 2002, 2003 u 2004 kienet ta' 268,098, 231,500 u 341,041 ras rispettivament. L-informazzjoni għas-sena 2005 għada ma ġietx ippubblikata.

Biċċerija — Qatla taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jinformana liema huma x-xogħlijiet li jonqos isiru biex il-linja tal-qatla taċ-ċanga fil-biċċerija tkun konformi mar-regoli/standards ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Biċċerija ingħatat numru ta’ approvazzjoni M001 fl-aħħar tas-sena 2004. Dan ma jfissirx li minn żmien għal żmien, u skond l-esiġenzi tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea, ma jibqax isir xogħol fuq manutenzjoni u upgrading tal-linja taċ-ċanga.

Mediċini tat-tjur u l-bhejjem

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk investigax x'ikkawża l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini tat-tjur u l-bhejjem matul l-aħħar għaxar xhur? Jekk fl-affermattiv, jista' jinformana bis-sitwazzjoni? Jekk le, jista' jara li jinvestiga s-sitwazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li jridu jidħlu fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' anzjani mir-Rabat, Imtarfa, Imġarr u Mellieħa li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati fi djar ta' l-anzjani? Jista' jinformana meta se jiġu milqugħa dawn it-talbiet pendenti ta' l-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Anzjani fil-lokalitajiet indikati li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati fi djar ta' l-anzjani kien hekk: Rabat 119 Imtarfa 3 Imġarr 2 Mellieħa 10 Dawn it-talbiet jiġu milqugħa skond il-merti tagħhom jiġifieri skond l-assessments mediċi u soċjali, u skond il-postijiet vakanti.

Biċċerija

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-pagamenti li l-biċċerija tal-gvern għandha tħallas fil-preżent, bħal kontijiet tad-dawl, ilma, mobile phones, ta' xogħlijiet fil-bini, testijiet tal-BSE, residwi, eċċ. diesel, makkinarju u dak kollu li jinvolvi l-operat tal-biċċerija, inkluż overtime tal-ħaddiema u/jew time-off-in-lieu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma hijiex etika li tingħata informazzjoni dwar pagamenti li għad iridu jsiru għax numru minn dawn il-pagamenti huma dovuti lil ażjendi private li dwarhom jista’ jkun hemm kuntestazzjoni dwar xogħlijiet jew supplies.

Xiri ta' żejt bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta kemm-il darba tagħmel użu mill-protocol għax-xiri ta' żejt bi prezz kompetittiv bejn Malta u l-Libja? Hemm il-ħsieb li dan il-protocol jiġi ratifikat fid-dawl ta' dak li stqarr il-Ministru Austin Gatt fil-Parlament cioe' li xiri taż-żejt mil-Libja abbażi tal-Protocol m'għadux aktar viabbli għaliex jiġi ogħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba r-raġunijiet mogħtija fir-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 8350, 8471 u 9350, jien nfurmat illi m'hemmx diskussjonijiet fuq xi protokoll ġdid dwar xiri ta' żejt bejn Malta u l-Libja.

Sptar Monte Carmeli — Maintenance section

Question

Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 10754 u x-shift tal-maintenace unit ta' l-isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-negozjati mal-Unions għadhom għaddejjin u għadu mhux magħruf x'se jkun ir-riżultat ta' dawn in-negozjati u jekk m'humiex se jitneħħew xi shifts.

Distretti 11 u 12 — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10466 u 10837 u cioe'jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal bliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali? Kemm huma stmati li se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Meta mistennija jibdew u jitlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Prim Ministru jistħarreġ mill-ġdid iċ-ċirkostanzi u l-problemi ta' spejjeż ġodda li jifnu lill-familji li jkollhom imorru barra minn pajjiżna għall-kura medika minħabba l-fatt li l-pagi tal-familji tal-ħaddiema qed dejjem jinxfu quddiem l-ispejjeż ta' l -għoli tal-ħajja ta' kuljum fil-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy fid-Diviżjoni tas-Saħħa ma nbidlitx u għaldaqstant għadu jsir ħlas għal spejjeż marbuta mal-pazjent mibgħut għal trattament barra minn Malta.

Karozzi reġistrati f'Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 8660 abbażi ta' l-aħħar tliet xhur rispettivament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11076 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Dħul tal-gvern

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10762, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown għas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul tal-Gvern miċ-ċnus, qbiela u kera eċċ, li daħħal mir-raba, art, proprjeta' eċċ, matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 kien kif ġej: 1999 Lm5,501,493 2000 Lm5,848,956 2001 Lm5,951,956 2002 Lm6,082,446 2003 Lm7,462,471

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.