Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tingħata l-pensjoni mmedjatament? Din il-persuna hija eliġibbli għall-pensjoni mill-pajjiż fejn snin ilu kienet għexet u ħadmet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Xogħol ta' manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-gallarija perikoluża li hemm fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qabel ma jseħħ xi inċident traġiku? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tistħarreġ il-possibbilta' li jitħaffu l-proċeduri ta' l-applikazzjoni għall-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha, direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Provisional tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana ta' 95 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ħallset provisional tax (u/jew self-assessment) ta' Lm58, Lm38, Lm39 u Lm80 matul dawn l-aħħar 16-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Distretti 11 u 12 — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10466, 10837 u 11849 u jgħid xi proġetti għandu l-ministeru fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal bliet u rħula tal-11 u t-12-il distrett elettorali? Kemm huma stmati li se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Meta mistennija jibdew u jitlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ toroq u żvilupp urban għall-ibliet u rħula tal-11 u 12 il-distrett elettorali għas-sena 2005 huma kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #12356 Sitting 268 2005-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12082, tista' il-Ministru tinformani meta ssaqqaf il-bini in kwestjoni u meta bdew ix-xogħlijiet oriġinali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bini li sar fuq il-proġett tal-biċċerija ssaqqaf fil-21 ta' April 2005. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol fuq dan il-bini beda fit-8 ta' Novembru 2004.

Qatla tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-qatla tal-majjal fil-gżejjer tagħna terġa' tilħaq l-2,300 ras tal-majjal fil-ġimgħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dak li jinqatel fil-Biċċerija taħt is-sistema tal-booking tal- Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal isir skond id-domanda fis-suq.

Prezz tal-laħam

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-prezz taċ-ċanga jerġa' jitla' għal medja ta' Lm80.00-il qantar għall-baqra u Lm125 għal-laħam ta' l-għoġol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġa' infurmajt lill-Onor. Interpellant, il-Gvern Malti qed iżid ammont ta' għajnuna mill-iStat mas-Slaughter u l-Beef Special Premium. Il-Gvern Malti qed jagħti għajnuna mill-iStat skond il-ftehim ta' Copenhagen ma' dak li jingħata direttament mill-Unjoni Ewropea abbażi tal-Beef Special Premium u Slaughtering Premium. B'hekk ir-raħħala baqgħu jirċievu dak li l-istess Gvern Malti kien intoduċa permezz tad-Dairy Compensation Scheme fejn l-għajnuna tmur direttament għand ir-raħħal u mhux għand il-biċċier (distributur). Il-perċentwali ta’ l-għajnuna għas-sena 2004 kienu 25% mill-Unjoni Ewropea, 75% mill-Gvern Malti.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Mellieħa

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11184, jirriżultalu l-Ministru li x-xogħlijiet imsemmija saru qabel ma jien għamilt il-mistoqsija parlamentari u cioe' it-28 ta' Frar 2005? Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga għaliex l-irwejjaħ u l-fawran għadhom jirriżultaw sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ma jirriżultalha l-ebda fawran fl-Għadira wara li saru x-xogħlijiet msemmija liema xogħlijiet saru wara li saret il-mistoqsija parlamentari. Inkwantu ta' l-irwejjah jidher li dawn huma riżultat ta' intervent ta' terzi persuni li l-operat tagħhom qed jiġi nvestigat.

Biċċerija — Upgrading

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11280, jista' il-Ministru jinformana liema kienu l-linja tal-qatla li swew Lm171,069 (2002) u Lm126,178 (2003)? Fil-fatt dawn il-linji tal-qatla llum huma ċertifikati bħala konformi totalment mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ammonti ta' Lm171,069 u Lm126,178 huma ħlasijiet għall-istess linja tal-qatla skond tender Nru CT2262/2001, u li tħallsu f'żewġ installments, wieħed fit-2002 u l-ieħor fil-2003. Dan il-ħlas sar biex jintlaħaq l-upgrading meħtieġ.

Ilma ġieri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10782, jista' il-Ministru jinformana jekk huwiex il-każ li ma jintużax għall-ħażna l-ilma ta' l-isprings minħabba kontaminazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-kwalita' ta' l-ilma li joħroġ minn nixxiegħat (springs) mhux konformi mal-livell aċċettabli għax-xorb minħabba ammont eċċesiv ta' nitrati; turbidita' (speċjalment fil-ġranet tax-xita); u kontaminazzjoni batterjoloġika. Inżid ngħid li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bi ħsiebħa tagħmel studju sabiex tara ssibx metodi ta' trattament li jkunu ekonomikament vjabbli (cost effective) u b'hekk dan is-sors ta' ilma jkun utilizzat.

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11622 u jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11622.

Biċċerija

Question

Jista' il-Ministru jinformana meta huwa maħsub li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex id-demm tal-bhejjem li jinqatlu fil-biċċerija ma jkomplix jitwaddab fid-drenaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3366. Eventwalment, id-demm ser jiġi dispost fl-incineratur (fixed) meta dan jitlesta.

Produzzjoni tal-laħam tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jinformana meta hu maħsub li l-produzzjoni lokali tal-laħam tat-tjur tas-simna terġa' tilħaq il-livell ta' 7,000 tunnellata ta' laħam ipproċessat fis-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor Membru li l-ammont ta' tjur li jiġu maqtula jvarja skond żviluppi fis-suq, u jiddependi minn deċiżjonijiet ta’ operaturi privati.

Pulizija — Amplified music

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jingħataw permessi mill-pulizija għall-amplified music wara l-11.00 p.m.? Kemm fil-fatt ingħataw matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju msemmija, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #12091 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' Għawdxin li għandhom il-card tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'? Kemm huma dawk li għandhom il-blue sticker?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għandha 502 persuni reġistrati magħha u li għandhom il-karta ta' l-Identita' Speċjali. Minn dawn 331 għandhom il-Blue Sticker.
Leg 10 PQ #12092 Sitting 266 2005-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilita'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsilli lokali — Parking areas għal persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li għandhom allokati għall-persuni b'diżabilita' il-kunsilli lokali ta' Malta? Tista' tagħtina breakdown tagħhom, lokal lokal?

Response (BORG, TONIO)

Peress illi dawn l-ispazji riservati jingħataw mill-Awtorita' dwar it-Trasport fuq talbiet speċifiċi lill-Awtorita' dwar it-Trasport, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-25 ta’ April 2005, l-ammonti ta’ kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati kien kif ġej: · Rifużjonijiet lill-persuni eżentati bi kreditu bħal esportaturi, manifatturi u produtturi oħra u li jinkludu wkoll il-Freeport – Lm2,756,943. · Rifużjonijiet lill-operaturi oħra tan-negozju – Lm7,733,883. · Ammont ta’ talbiet li għad iridu jiġu ċċekjati mid-Dipartiment lill-manifatturi, produtturi u operaturi oħra – Lm6,613,603. Il-figuri ndikati hawn fuq jinkludu talbiet magħmula minn persuni reġistrati f’Għawdex u li l-ammont huwa ta’ Lm398,403.