B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12093 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' parking places li għandhom allokati għall-persuni b'diżabilita' il-kunsilli lokali ta' Malta? Tista' tagħtina breakdown tagħhom, lokal lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fuq statistka miżmuma mid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, mill-1998 l'hawn, in-numru ta' parkeġġi għal persuni b'diżabilita f'Malta ilaħħaq għall-breakdown skond il-lokalita' u huma mogħtija fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Għawdex — Parking places għal persuni b'diżabilita'
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12092 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għal persuni b'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fuq statistka miżmuma mid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, mill-1998 l'hawn, in-numru ta' parkeġġi għal persuni b'diżabilita f'Għawdex ilaħħaq għall-breakdown skond il-lokalita' u klassifikazzjoni oħra mogħtija fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
B'riferenza għall-mistosija parlamentari 12090 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jingħataw permessi għall-amplified music wara l-11.00 p.m.? Kemm ingħataw matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u fejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ma ħarġet l-ebda permess għad-daqq ta' amplified music fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena. Madankollu, inħarġu żewġ permessi ta' one offs, li tindaqq mużika f'ġurnata u okkażjoni partikolari. Wieħed kien lil bar/restaurant Savini, il-Qawra u l-ieħor kien lil Palazzo Parisio, in-Naxxar.
Jista' il-Ministru jinformani x'inhi r-raġuni li fil-preżent l-irziezet tal-majjal lokali mhumiex kollha konformi mar-regolari bażiċi ta' l-iġene, per eżempju f'ebda razzett ma ssib ilma bid-deterġent sabiex ikun assigurat li l-vetturi ma jdaħħlux mard?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minħabba iġene u l-ħarsien ta’ l-annimali, qed isiru spezzjonijiet regolari fuq l-irziezet tal-ħnieżer kollha, kemm mill-Veterinarji Uffiċjali, kif ukoll minn impjegati ta’ support, u fil-każ li jinstabu xi nuqqasijiet, ir-raħħal jiġi nfurmat, u azzjoni korrettiva trid tittieħed fi żmien stipulat.
B'riferenza għall-esportazzjoni tal-majjal lokali, jista' il-Ministru jinformani jekk pajjiżna applikax sabiex ikun reġistrat għall-istatus ta' aujeszky free?
Jekk le, għaliex? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżna vis-a-vis l-esportazzjoni tal-majjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess biex Malta tkun Aujeszky free qiegħed għaddej skond ir-regoli viġenti.
Jista' il-Ministru jinformani għaliex il-bdiewa qed jieħdu 1c fil-kilo għall-ħaxix frisk li jipproduċu u mhux 5c il-kilo kif ġew imwegħda qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali?
Jista' jinformani għaliex il-gvern qed iċaħħad lill-bdiewa mis-sussidju ta' 4c il-kilo kif kien imwiegħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal darb’oħra tajjeb lill-Onor. Interpellant jifhem li ir-rata ta’ 5ċ kull kilo ta’ ħaxix kienet medja kkalkulata fuq l-għajnuniet kollha li kienu sejrin igawdu minnhom il-bdiewa li jkabbru l-ħaxix wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fost dawn hemm is-sussidju tal-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) (li bħalissa huwa ta’ 1ċ kull kilo għall-ħaxix frisk, 4ċ8 kull kilo għall-patata, Lm 10 kull tomna miżrugħa patata u 7ċ kull kilo għat-tadam għall-ipproċessar), pagamenti oħrajn taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali bħal miżura ad hoc u dik dwar Less Favoured Areas (LFA), u għajnuniet oħra konnessi ma’ sħubija f’għaqdiet produtturi.
Għalhekk il-Gvern mhu qiegħed iċaħħad xejn minn dak li kien wiegħed lill-bdiewa.
Jista' il-Ministru jinformani għaliex il-bdiewa qed jieħdu 5c fil-kilo jew anqas għall-frott frisk li jipproduċu u mhux 10c il-kilo kif ġew imwegħda qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali?
Jista jinformani għaliex il-gvern qed iċaħħad lill-bdiewa mis-sussidju ta' 5c il-kilo kif kien imwiegħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal darb’oħra tajjeb lill-Onor. Interpellant jifhem li ir-rata ta’ 10ċ kull kilo ta’ frott kienet medja ikkalkulata fuq l-għajnuniet kollha li kienu sejrin igawdu minnhom il-bdiewa li jkabbru l-frott wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fost dawn hemm is-sussidju tal-Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) li bħalissa huwa ta’ 5ċ7 kull kilo ta’ frott, l-għajnuna li tingħata fuq it-tkabbir tad-dwieli (Lm 480 kull tomna għal taħwil ġdid u Lm 30 kull tomna għal għelieqi diġà mħawlin bl-għeneb), għajnuniet oħrajn taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali, bħal miżura ad hoc u dik dwar Less Favoured Area (LFA), u għajnuniet oħrajn konnessi ma’ sħubija fl-għaqdiet tal-produtturi.
Għalhekk il-Gvern mhu qiegħed iċaħħad xejn minn dak li kien wiegħed lill-bdiewa.
Jista' il-Ministru jinformani bil-pjan ta' kontinġenza li għandu jekk tieqaf il-linja tal-qatla tal-majjal fil-biċċerija tal-Marsa u dan fid-dawl tal-fatt li l-biċċerija tal-gvern f'Għawdex u l-biċċerija privata l-oħra mhux joperaw? Fejn se ssir il-qatla tal-majjal f'każ li tieqaf l-unika linja tal-majjal li baqa' taħdem f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm huwa vera li għalissa l-unika biċċerija li taħdem hija dik tal-Marsa, din hija kważi ġdida u ngħatalha manteniment kontinwu, u kull ħsara li tinqala’ hemm team tekniku li jieħu ħsieb li l-ħsarat jissewwew f'qasir żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija li matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, irriżenjaw jew ġew boarded out jew tkeċċew?
Xi grad kellhom u kemm kienu rġiel u kemm nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
RġielNisa
2001604
2002416
20034313
2004755
2005345
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-korp li matul dawn l-aħħar ħames snin ingħataw unpaid leave? Liema karigi kienu jokkupaw dawn il-membri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li talbu u ngħataw unpaid leave tul dawn l-aħħar ħames snin kien kif jidher hawn taħt:
Rank
2001
2002
2003
2004
2005*
Spettur
-
-
1
2
-
Surġent
7
2
3
4
1
Kuntistabbli
22
12
18
31
4
*sat-13 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex ma ġewx rekluti fil-korp tal-pulizija membri ġodda skond l-aħħar sejħiet li saru? Fil-fatt meta saru l-aħħar sejħiet għar-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kors ta' taħriġ għal Kuntistabbli skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet saret fit-13 ta' Lulju 2004, beda fl-Akkademja tal-Pulizija nhar it-Tnejn 9 ta' Mejju 2005.
Jista' il-Minsitru jikkunsidra li jibni dar għall-anzjani f'Ħad-Dingli? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' fil-preżent m'għandu l-ebda ħsieb li jibni dar għall-anzjani f'Ħad-Dingli.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hija kalkolata l-qatla ta' l-irjus tat-tjur tas-simna kull ġimgħa f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skond live database miġbura xahar b’xahar, qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni globali għal Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jinformana kemm-il sena ilha f'pajjiżna l-marda ta' l-Aujesky's fuq il-majjal? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' bhejjem li qerdet? Min kienu l-esperti barranin li ġew jispezzjonaw l-impatt tagħha vis-a-vis ġenetika tal-majjal lokali u x'rakkmandazzjonijiet saru u xi frott ħallew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-marda ta’ l-Aujesky’s hija a notifiable disease, u għalhekk huwa d-dmir ta' kull veterinarju li jirraporta kull każ ta’ din il-marda. S’issa qatt ma ġie innotifikat li kien hawn xi traċċi ta’ din il-marda, la mill-veterinarji tal-gvern li jaħdmu fil-biċċerija u lanqas mill-veterinarji privati. Minbarra hekk issir surveillance fuq din il-marda ukoll fuq il-majjal ħaj. M’inhix infurmat li kien hawn xi esperti li ġew apposta għal din il-marda.
Jista' il-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 12028 għall-ibliet u rħula segwenti: Dingli u Żebbuġ; separatament u Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Anzjani fil-lokalitajiet mitluba li għandhom talba pendenti sabiex jiġu akkomodati fi djar ta' l-anzjani kien hekk:-
Dingli 9
Żebbuġ 20
Għawdex 3
Dawn it-talbiet jiġu milqugħa skond il-merti tagħhom, jiġifieri skond l-assessments mediċi u soċjali.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-pagamenti li l-biċċerija tal-gvern għandha tħallas fil-preżent bħala overtime tal-ħaddiema u/jew time-off-in-lieu li għandu jittieħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-overtime ta’ impjegati fil-Biċċerija għad irid jiġi vverifikat mis-Servizzi Korporattivi. Verifiki bħal dawn saru f’oqsma oħra tal-Ministeru. Għalhekk m'inhix f’pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fiċ-ċivil li rriżenjaw jew tkeċċew u/jew ġew boarded out sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jipprovdi l-informazzjoni separatament għal Malta u Għawdex rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Management and Personnel Office ma jżommx informazzjoni separata ta’ impjegati li jkunu residenti f’Malta jew Għawdex.
Skond il-kalkoli tal-ministeru, kemm huwa n-numru ta' tiġieġ tas-simna li fil-ġimgħa qed jinqatlu f'Malta mill-proċessuri lokali konformi mar-regoli kollha ta' l-Unjoni Ewropea?
Kemm hija l-qatla li qed issir mill-proċessuri li għadhom mhux konformi 100% mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li qed tittieħed azzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa kontra dawk il-proċessuri li m’għandhomx program approvat mid-Diviżjoni ta’ l-Affarijiet Veterinarji, m'inhix f’pożizzjoni li nwieġeb din il-Mistoqsija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12027 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jinformana jekk investigax x'ikkawża l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċini tat-tjur u l-bhejjem matul l-aħħar għaxar xhur?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinformana bis-sitwazzjoni? Jekk le, jista' jara li jinvestiga s-sitwazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ma jeżerċitax Price Controlfis-sens l-antik iżda jinvestiga biss jekk jissuspetta li l-prezz fis-suq ta' prodott jew xi servizz partikolari ma jirrifletix kompetizzjoni ġusta minħabba xi ftehim restrittiv jew abbuż ta' dominanza. Waqt li l-Uffiċju ma wasallu ebda ilment fir-rigward ta' dan il-prodott, madankollu se jinvesstiga l-ilment mressaq mill-Onorevoli Membru.
L-Onorevoli nterpellant huwa mitlub jagħti aktar informazzjoni dwar dan il-każ.