Tista' il-Ministru taġġornana dwar mistoqsija parlamentari 12274?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li għamel id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma rriżultax li l-gallarija li għamel referenza għaliha l-Onor Interpellant tippreżenta periklu. Għalhekk ix-xogħol meħtieġ hu responsabbilta' ta' l-inkwilin skond il-policy viġenti.
Jista' il-Ministru jinformana liema huma l-bajjiet li s-sena l-oħra kienu projbiti għall-għawm minħabba kontaminazzjoni ta' drenaġġ, żjut jew ħmieġ, eċċ.? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant diġa' ġiet mgħoddija lilu bil-posta eletronika matul l-istaġun ta' l-għawm mis-sezzjoni tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Kull informazzjoni li għandha x'taqsam mal-kwalita' ta' l-ilma baħar qiegħda tindbagħat regolari lil kull membru parlamentari bil-posta eletronika u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-informazzjoni mibgħuta lilu, nkluż dik li ntbagħtitlu nhar it-Tlieta filgħodu.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12029, jista' iwieġeb bil-fatti s-sitwazzjoni llum separatament minn dawk li jista' ikun hemm kuntestazzjoni fuqhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix x’ inżid aktar mat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 12029.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 12092 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12497 f'Seduta 272.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12092, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12497.
B'riferenza għall-ħtieġa urġenti li jsir it-transfer tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li dettalji oħra li diġa' għaddejthom personalment lill-Ministru, jista' il-Ministru jinformana bil-progress tat-trasferiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kien jaħdem mad-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan ġie trasferit għall-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent b'effett mill-1 ta' Jannar, 2005.
Kunsilli Lokali — Persuni b'diżabilita' - Parking areas
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12093 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li għandhom allokati għall-persuni b'diżabilita' il-kunsilli lokali ta' Malta? Tista' tagħtina breakdown tagħhom, lokal lokal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12495.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12361, jista' il-Ministru jinformana bil-progress tal-verifika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-talba ta’ 335 siegħa li saru bħala overtime minn impjegati fid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Servizzi Veterinarji ġew ivverifikati u ġew mgħoddija għall-pagament.
Overtime ieħor qiegħed jiġi vverifikat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru fil-preżent ta' persuni nieqsa mid-dawl u/jew għomja f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom jirċievu pensjoni u/jew xi forma ta' benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali n-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex li jirċievu pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' għax nieqsa mid-dawl jew għomja hu 126 u 12 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed tħallas il-MITTS f'kera għall-bini li tokkupa għall-ħidmiet tagħha kull sena? Liema huwa dan il-bini u x'kobor jinvolvi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati sabiex is-servizz mogħti mill-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti jgħaddi għal għand entita' oħra? Kemm huwa n-numru ta' persuni li llum għandhom dan l-aċċess u kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hi Għaqda Mhux Governattiva u għalhekk hi awtonoma f'dak li jirrigwarda t-tmexxija ta' l-operat tagħha.
Mandankollu, ninsab infurmata li l-Fondazzjoni qed tagħmel dak possibli biex il-proċess ta' trasferiment tas-servizz li tagħti jkun wieħed mgħaġġel iżda bla xkiel filwaqt li tingħata prijorita' biex, kemm hu possibbli, il-persuni b'diżabilita' li jużaw is-servizz ma jiġux effettwati negattivament.
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm 32 persuna b'diżabilita' li qed jirċievu s-servizz u 11 il-persuna fuq il-waiting list.
Jista' il-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa, u cioe' fil-parti l-oħra tal-bypass? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-Imtarfa bypass tiddawwal kollha, inkluż il-parti ta' fejn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-parti ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' visas li ħarġet l-Ambaxxata Maltija fil-Libja minn Jannar 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' visas li ġew irtirati? Kemm qed jieħu żmien fil-preżent il-proċess ta' l-applikazzjoni u l-approvazzjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Mill-1 ta' Jannar sat-23 ta' Marzu, 2005, l-Ambaxxata Maltija fil-Libja ħarġet 4,365 visa. Fl-istess żmien kienu rrifjutati 279 il-applikazzjoni. Mhux ċar is-sinifikat tal-kategorija deskritta bħala "irtirati".
Iż-żmien bejn l-applikazzjoni u l-ħruġ tal-visa wara l-approvazzjoni ġeneralment jieħu bejn 3 u 4 ijiem.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll bejn Malta u l-Libja li jkopri l-bejgħ taż-żejt bi prezzijiet vantaġġjużi għal pajjiżna?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Kull provvista ta' prodotti taż-żejt mill-Libja hija rregolata minn kuntratt bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Kumpannija Nazzjonali taż-Żejt tal-Libja (NOC). Iżda x-xiri ta' prodotti taż-żejt mill-Libja bi prezzijiet preferenzjali huma rregolati b'korrispondenza uffiċċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. L-aħħar sena li Malta bbenefikat minn dan l-arranġament kienet is-sena 2003.
B'riferenza għall-post vakanti ta' braile instructor għall-adulti fiċ-ċentru ħidma soċjali, tista' il-Ministru tinformana xi proċeduri għaddejjin sabiex dan il-post jimtela'? Tista' tinformana meta fil-fatt se tiġi maħtura persuna oħra f'din il-kariga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment konċernat ser jieħu l-passi meħtieġa biex tintela l-vakanza li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jinkludi fix-xogħlijiet immedjati tal-ministeru l-manutenzjoni u l-għoti tat-tarmac tat-triq minn Ħad-Dingli għar-Rabat? Fil-fatt jista' jinformana meta se jibdew ix-xogħlijiet kif ukoll x'se jinvolvu dawn ix-xogħlijiet u kemm huwa stmat li jiswew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Water Services Corporation għandha applikazzjoni biex tibdel il-mains ta' l-ilma. Wara li jsiru x-xogħolijiet, il-WSC ser tagħmel ir-reinstatement neċessarju.
Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana ta' 95 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ħallset provisional tax (u/jew self-assessment) ta' Lm58, Lm38, Lm39 u Lm80 matul dawn l-aħħar 16-il xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna kkonċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tal-Customer Care tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-grading tal-laħam tal-majjal lokali għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li peress li l-grading tal-laħam tal-majjal lokali huwa ta’ natura kummerċjali, m’hijiex etika li tingħata din l-informazzjoni