Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Taqsima Proprjeta’ tal-Gvernħaddiem 1sospiż mix-xogħol
Pulizijamembru 1
2 membri
66 membru
19-il membru
8 membri
2 membri
membru 1
22 membru
27 membruimkeċċi
sospiżi
twaqqif ta’ ġurnata off duty
twaqqif ta’ jumejn off duty
twaqqif ta’ tlett ijiem off duty
twaqqif ta’ erbat ijiem off duty
twaqqif ta’ ħamest ijiem off duty
ċanfira
twissija
Diviżjoni tal-Qrati41 uffiċjalImmultati xi penali
Jista' il-Prim Ministru jispjega lill-Kamra għaliex minflok spiċċat il-levy ta' 10c fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro176.8 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202100010 tal-high quality frozen beef and veal?
Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef and veal importat minn non EU countries li fuqhom il-konsumaturi, lukandiera, tar-ristoranti, eċċ. se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dawn il-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8951.
Jista' il-Ministru jgħid skond il-kalkoli tal-ministeru, kemm hu n-numru ta' tiġieġ tas-simna li fil-ġimgħa qed jinqatlu f'Malta mill-proċessuri lokali konformi mar-regoli kollha ta' l-Unjoni Ewropea?
Kemm hija l-qatla li qed issir mill-proċessuri li għadhom mhux konformi 100% mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skond l-informazzjoni li għandu il-Ministeru rigward in-numru ta’ tiġieġ tas-simna li nqatlu fil-ġimgħa f'Malta mill-biċċeriji fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2005, il-figura hija ta' madwar 68,500 fil-ġimgħa.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qatla tat-tiġieġ tas-simna ssir minn biċċeriji u mhux neċessarjament ukoll minn impjanti ta’ l-ipproċessar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema responsabbli mit-tindif tal-country roads li jintużaw u jiġu reklamati bħala country walk fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li matul din is-sena korrew u/jew weġġgħu gravi waqt li kienu qed jaqdu dmirhom fis-servizz?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu gravi waqt il-qadi ta' dmirijiethom tul dawn l-aħħar ħames snin, huwa kif jidher hawn taħt:
2001
17
2002
15
2003
25
2004
9
2005*
4
*sal-31 ta' Mejju.
Jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' speċi ta' ħut, annimali u tjur li ġew importati matul l-ewwel xhur ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara jekk qed jirreferi għal importazzjoni minn pajjiżi terzi jew għal trasferimenti minnpajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Peress li Triq is-Sajf ta' San Martin, fil-Baħrija tħalliet żdingata minkejja li ilhom ħimgħat li tlestew il-kanen ta' l-ilma li kienu qed isiru, jista' il-Ministru jara li jirrikkmanda biex ix-xogħlijiet li għandhom isiru jitkomplew u jitlestew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien waqaf temporanjament minħabba xogħol pendenti fuq duct route tal-Maltacom
.
Fl-aħħar ġimgħat din il-problema ġiet solvuta u b’hekk ix-xogħlijiet li jinkludu l-bini ta’ bankini u asfaltar se jitkomplew mill-ġimgħa d-dieħla.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda każ fejn impjegati f’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li tkeċċew, jew li ġew sospiżi, jew immultati xi penali.
Jista' il-Ministru jgħid skond il-kalkoli tal-ministeru, kemm huwa n-numru ta' tiġieġ tas-simna li fil-ġimgħa qed jinqatlu f'Malta mill-proċessuri lokali konformi mar-regoli kollha ta' l-Unjoni Ewropea?
Kemm hija l-qatla li qed issir mill-proċessuri li għadhom mhux konformi 100% mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12632 u jgħid kemm qed tħallas il-MITTS f'kera għall-bini li tokkupa għall-ħidmiet tagħha kull sena? Liema huwa dan il-bini u x'kobor jinvolvi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq kera tal-uffiċini li tokkupa l-MITTS Ltd. għall-ħidmiet tagħha huwa ta' Lm148,662.54 VAT eskluż, fis-sena. Dan huwa għall-parti kbira mill-bini ta' Gattard House, fi Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda. Dan ikopri medda ta' 4,471 metri kwadri.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12631 u jikkonferma li l-MITTS se tiċċaqlaq mill-bini preżenti u se tmur f'Villa Portelli, il-Kalkara?
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' siġar li tħawlu f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Kemm minnhom kienu dekorattivi, eċċ.? F'liema lokalita' ta' Malta tħawlu siġar matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Kemm minn dawn is-siġar tħawlu f'areas taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12730, jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tiegħi, peress li l-Ministru indikat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 12730 kien qalli li fil-fatt dan l-impjegat huwa taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m'għadiex taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, għaliex din ġiet trasferita għal mal-kumpanija WasteServ Malta Ltd taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent b'effett mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12364, jista' il-Ministru jinformana kemm huwa n-numru ta' proċessuri suġġetti ta' l-azzjoni li huwa semma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jinformana fuq liema raġunijiet il-Ministeru tas-Saħħa qed jieħu azzjoni kontra l-proċessuri tat-tjur lokali? Kemm fil-fatt huwa n-numru tal-proċessuri involuti u minn liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex ġejjien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed jieħu l-azzjonijiet neċessarji kontra xi proċessuri tat-tjur lokali b'kollaborazzjoni mal-Food and Veteriary Regulatory Division tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura peress li dawn ma jikkonformawx mal-Liġijiet ta' Malta.
Hemm sbatax (17)-il proċessur involut minn tlettax (13) -il lokalita' f'Malta u Għawdex.
Tista' il-Ministru taġġornana bil-progress ta' mistoqsija parlamentari 12369?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fis-6 ta' Ġunju 2005, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali reġa kiteb lill-persuna konċernata biex jiġbdilha l-attenzjoni li kien għad trid tipproduċi dokumenti biex tiġi proċessata t-talba tagħha.
Tista' il-Ministru taġġornana bil-progress ta' mistoqsija parlamentari 12275?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif kelli l-opportunita' li ngħid bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12275 li tajt f'Seduta 268, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali permezz ta' ittra. Din l-ittra kienet iġġib id-data tal-5 ta' Mejju 2005.