Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Saħħa, Anzjani Kura fil-Komunita' — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm b'kollox 79 każ ta' korriment ta' ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tiegħi.

Korp tal-pulizija — vetturi/muturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani bin-numru ta' vetturi/muturi, eċċ. li għandu fil-preżent il-korp tal-pulizija sabiex iwettqu dmirhom mill-għases u distretti? Jista' jipprovdi l-istess dettall għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat tul dawn l-aħħar ħames snin, sal-lum, kien hemm 40 vettura u 27 mutur assenjati espressament fil-ħdax-il Distrett tal-Pulizija. Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll il-vetturi tal-Mobile Squad, li x-xogħol tagħhom huwa wkoll fid-Distretti, il-vetturi tat-Taqsima ta' l-A.L.E., li x-xogħol tagħhom huwa wkoll l-infurzar tal-liġi fid-Distretti, kif ukoll dawk ta' l-S.A.G. li wkoll jassistu kif u fejn ikun meħtieġ. Infurmat ukoll illi fil-weekend u btajjel pubbliċi tul is-sena kollha, ikun hemm ukoll is-servizz ta' Mobile Police Station ġewwa Paċeville, filwaqt li ikun hemm oħra f'Marsascala matul ix-xhur tas-sajf.

PSC

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li ilha pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li b’effett mill-1 ta’ Frar 2000, il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti taħt Regolamenti ġodda, u għalhekk dawn il-każijiet, għajr każijiet kriminali, każijiet ta’ dixxiplina li jwasslu għal tkeċċija u appelli, m’għandhomx iżjed jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi. Għar-rigward tad-Dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tal-Prim Ministru u fil-Ministeru tal-Finanzi, ninsab infurmat li m’hemm l-ebda uffiċjal pubbliku li bħalissa għandu l-każ tiegħu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi.

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-grading u l-packing station tal-pitkalija ċentrali ma bediex jopera fl-1 ta' April kif kien ippjanat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li diġa saru diskussjonijiet sabiex l-immaniġġjar tal-grading u l-packaging station jgħaddi f'idejn għaqdiet tal-bdiewa. Fil-ġimgħat li ġejjin għandu jiġi ffirmat ftehim bil-miktub biex it-tmexxija ta' parti mill-grading station tgħaddi f'idejn l-Għaqda tal-Produtturi tal-bdiewa (Producers' Organisation)

Pitkalija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti ntlaħqu bejn il-pitkala, bdiewa u d-dipartiment dwar it-tħaddim tal-grading/packing station tal-pitkalija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Inrterpllant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 13213.

Pitkalija ċentrali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu f'termini ta' flus Maltin f'konsulenzi għall-grading u l-packing station fil-pitkalijia ċentrali f'Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-konsulenza ta' l-"Istituto Agronomico Mediterraneao" ta' Bari tammonta għal 522,264 Euros, ekwivalenti għal ċirka Lm224,208. Din il-konsulenza tinkludi pariri u tekniċi biex jinbena il-grading / packing station u jiġi ordnat u jinxtara l-apparat meħtieġ kemm għal grading station tal-Pitkalija Malta kif ukoll għal dik ta' Għawdex. Barra minn hekk jinkludi wkoll assistenza teknika biex: · jitwaqqfu l-għaqdiet tal-produtturi · Korsijiet ta' taħriġ fuq Hazard Analysis and Critical Control Point (HACCP) u quality control kemm hawn Malta kif ukoll fl-Italja li ħadu sehem fihom ħaddiema tal-gvern, għaqdiet tal-bdiewa u pitkala. · tiġi mfassla liġi nazzjonali għat tmexxija tal-pitkalija. Niġbed l-attenzjoni li din is-somma hija parti mill-ftehim tal-Ħames Protokol Taljan għall-Pitkalija li t-total jammonta għal 1,432,275 Euros ekwivalenti għal ċirka Lm614,876 liema ħlas se jkun sar kollu mill-gvern Taljan.

Tjur tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jinformana x'wassal biex matul dawn l-aħħar 14-il xahar il-produzzjoni tat-tjur tas-simna naqset b'53%?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta wieħed iqabbel il-produzzjoni tat-tjur fl-aħħar 14-il xahar ma’ l-14-il xahar ta’ qabel, wieħed isib li l-produzzjoni naqset b’20% biss u mhux bi 53% kif semma l-Onor. Membru.

Imtarfa bypass

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-Imtarfa bypass tiddawwal kollha, inkluż il-parti ta' fejn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-parti ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta kienet kostruwita l-by pass tal-Imtarfa kienet ġiet installata l-infrastruttura meħtieġa taħt il-livell tat-triq il-ġdida biex ikunu jistgħu jitwaħħlu l-arbli tad-dawl mingħajr ma ssir ħsara permezz ta’ skavar. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mall-korporazzjoni Enemalta biex jibda l-proċess tat-twaħħil ta’ dawn l-arbli. F’dak li jirrigwarda il-parti ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Ingliżi, l-Awtorita' tghat struzzjoni lill-kuntrattur li qed jopera f’dawk l-inħawi biex d-dawl tat-triq ikun installat bħalha parti mill-pjan ta’ maniġġjar tat-traffiku.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel xhur tas-sena, l-ebda ħaddiem jew uffiċjal fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ġie ddixxiplinat bil-mod kif imsemmi fil-Mistoqsija.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul din is-sena ġiet sospiża persuna waħda mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u oħra mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali. Din ta' l-aħħar sussegwentement irreżenjat minn rajha.
Leg 10 PQ #13173 Sitting 283 2005-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif mogħtija hawn taħt:- Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li tkeċċew Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li ġew sospiżi mix-xogħol Numru ta’ każi ta' ħaddiema/uffiċjali li ġew immultati xi penali Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 0 1 1 Dipartiment tal- Customer Services 0 3 66 Dipartiment għal-Proġetti Żvilupp 0 2 101 Dipartiment ta’ l-EU Affairs, Pol. Dev. & Prog. Implementation 0 0 0 Total 0 6 168

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda ħaddiem jew uffiċjal li tkeċċa jew ġie sospiż mix-xogħol. Jien infurmat ukoll li ħaddiem wieħed tnaqsulu Lm2.21 li huma ekwivalenti għal siegħa xogħol mis-salarju skond sezzjoni 3.1.2.5 tal-Public Service Management code.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-ewwel xhur tas-sena ma kien hemm ħadt li tkeċċa fil-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq u f'entitajiet li jaqgħu taħtu. Mill-Awtorita' dwar it-Trasport kien hemm wieħed li ġie u għadu sospiż b'nofs paga, ieħor li ġie sospiż b'nofs paga għal xhar u impjegat ieħor li tnaqqsitlu ġurnata paga.
Leg 10 PQ #13176 Sitting 283 2005-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ħadd ma tkeċċa, ġie sospiz jew immultat xi penali.
Leg 10 PQ #13165 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 7 ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu ma' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li ġew sospiżi jew immultati.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ħaddiem jew uffiċjal kemm fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif ukoll fil-kumpanija Wasteserv Malta Limited li tkeċċew jew ġew sospiżi mix-xogħol, jew ġew immultati xi penali matul l-ewwel xhur tas-sena 2005.

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi mill-ewwel tas-sena s'issa, impjegat wieħed ġie sospiż 5 t'ijiem mix-xogħol u ieħor ġie sospiż 3 t'ijiem wara li ġew misjuba ħatja minn Bordijiet tad-Dixxiplina. Impjegat ieħor ġie nterdett u ieħor ġie mkeċċi mis-Servizz fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li nbdew proċeduri kriminali kontrihom.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment, Industrija, u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.