Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema/uffiċjali
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13169 u jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entili jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, ma kien hemm l-ebda każ li fil-preżent tressaq quddiem il-Public Service Commission.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa saret għall-fire engines matul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena? F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex kienu? Kemm minn dawn is-sejħiet kienu għal raġunijiet domestiċi?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-monthly incident reports li jkopri l-istazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa, u cioe' fil-parti l-oħra tal-bypass? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel fażi tat-tieni parti tal-bypass ta’ l-Imtarfa beda nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju, 2005. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu l-bini ta’ retaining wall bhal ma sar fl-ewwel parti. Fit-tieni fażi ser jgħaddu s-servizzi minn taħt it-triq u wara tiġi asfaltata.
Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' appartamenti tal-gvern li jinsabu vakanti/vojta fil-mument? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-appartamenti vakanti/vojta u/jew li mhumiex mikrija u/jew mibjugħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-preżent l-Awtorita' tad-Djar għandha 19-l appartament vojta li jinsabu f'Buġibba, Hal-Lija, Marsaxlokk, Msida, Pembroke, Qala, Qawra, Qrendi, Xewkija u Zurrieq.
Għal dak li jirrigwarda d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7122 f'Seduta 181.
B'riferenza għall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' il-Ministru tara li jibdel l-appartament imsemmi ma' appartament ieħor f'Ħaż-Żebbuġ jew ir-Rabart u l-Imtarfa? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13160, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema responsabbli mit-tindif tal-country roads li jintużaw u jiġu reklamati bħala country walk fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infurmat li ma hemmx xi sezzjoni jew ħaddiema assenjati ad hoc għal dan ix-xogħol. Pero' inżid ngħid li l-Works Division għandha programm dwar tindif ta' diversi lokalitajiet u widien bħala parti mill-proġett ta' prevenzjoni ta' l-għargħar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani x'ġara mit-talba tal-MTA tas-17 u t-28 ta' Mejju lill-pulizija li għandha referenza PAPP/S/100/GE/0332? Meta se tiġi approvata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' referenza indikat mhux dak tal-Pulizija. Għaldaqstant jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji, inkun nista' nikseb it-tagħrif mitlub.
Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ u l-bżonn tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex din terġa' tingħata l-benefiċċju tar-relief ħalli tkun tista' tgħix u cioe' ikollha l-benefiċċji meħtieġa ta' flus sabiex tgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża l-ħruq fil-miżbla tal-Magħtab nhar il-Ħadd 26 ta' Ġunju, 2005? X'periklu ġie kkawżat għar-residenti fil-qrib ta' l-inħawi tal-Magħtab?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li appropożitu għal kawża tal-ħruq fil-miżbla tal-Magħtab nhar il-Ħadd 26 ta' Ġunju, hemm is-suspett li sar att vandalu u għaldaqstant sar rapport meħtieġ lill-pulizija.
Il-ħsara lir-residenti hija minima minħabba li r-riħ kien lejn il-baħar, n-nar ġie kkontrollat f'ħin qasir u l-kontaminazzjoni ma nxterditx lejn l-abitat.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-numru ta' ħaddiema u uffiċjali li weġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel xhur tas-sena jammonta għal tnax. Ħdax minnhom jaħdmu mad-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li l-ieħor jaħdem mad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm tmintax il-każ ta’ mpjegati fid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li korrew fuq ix-xogħol.
Żvilupp Urban u t-Toroq — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, kellna tlett ħaddiema li weġgħu fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena.
Riżorsi u Infrastruttura — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi mill-bidu tas-sena sal-lum, fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ġew irrappurtati 18-il każ ta’ ħaddiema/uffiċjali li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol u li ssottomettew Injury Report.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm għoxrin (20) ħaddiem li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Dawn kienu uffiċjal u dsatax-il suldat mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Fil-Ministeru tal-Finanzi, kien hemm uffiċjal wieħed biss li korra fuq il-post tax-xogħol.
Jista' il-Ministru jinformana meta l-produzzjoni lokali tal-biedja, skond il-politika ta' dan il-gvern, se tilħaq mill-ġdid il-livelli ta' produzzjoni li pajjiżna kellu qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u cioe' skond dak li l-gvern stess kien innegozja ma' l-Unjoni qabel is-sħubija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara b’eżattezza għal liema policy qed jirreferi fil-Mistoqsija li qed jagħmel.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta taż-żewġ persuni li ndarbu u wara mietu f'Buġibba wara li ġġarraf il-bini f'San Pawl il-Baħar li kienu residenti fih f'Settembru tas-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Naħseb illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi dwar l-inċident li kien seħħ fi Triq Ramon Perellos, San Pawl il-Baħar, nhar it-3 ta' Ġunju 2004.
Ninsab infurmat illi l-inkjesta dwar dan il-każ ingħalqet fil-21 ta' Ġunju 2005, u l-proċess verbal relattiv intbagħat lill-Avukat Ġenerali fit-22 ta' Ġunju 2005.
Turiżmu u Kultura — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 6 persuni li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel xhur tas-sena f'dipartimenti/dekasteri/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.