Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna ta' l-SKA

Question

Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex separatament li qed jieħdu l-għajnuna ta' l-SKA minħabba li jbatu bil-mard tad-diabete?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-aħħar ta' Ġunju 2005 kien hemm 3222 persuna f'Malta u 242 f'Għawdex li kienu qed jirċievu Għajnuna tal-Mard minħabba li jsofru minn Diabete.

Dipartiment ta' l-artijiet — Esproprjazzjoni ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li l-gvern fil-preżent irid iħallas għall-proprjeta' li jesproprja? Kemm-il sena jmorru lura dawn il-pagamenti mid-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bilanċ ta' flus li l-gvern għandu jħallas fuq proprjeta' li xtara mingħand sidien privati huwa ta' Lm22,094,911.81. Dan l-ammont jista' jiżdied minħabba kawżi pendenti quddiem il-Bord ta' l-Arbitraġġ u minħabba ħlas ta' danni kif ukoll reviżjoni fl-istimi. Dan l-ammont imur lura għas-snin ħamsinijiet sal-lum.

Pulizija — Persuni li tressqu quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex li l-pulizija ressqet il-qorti fuq każi ġodda matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2005? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-Pulizija ressqet 1,009 persuna quddiem il-Qorti dwar reati kriminali li għandhom piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li t-tagħrif disponibbli huwa dak mogħti fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13190.

Persuni bid-diabete

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li skond id-dipartiment tas-saħħa jsofru permanentement mill-mard tad-diabete? X'eta' għandhom dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #13466 Sitting 291 2005-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi m'għandux każi pendenti quddiem il-Public Service Commission.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — PSC

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm każ kriminali li ġie sottomess lill-Kummissjoni a termini tar-Regolament 14 tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina), liema każ tressaq quddiem il-Qorti f'Mejju 2005.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeru flimkien mad-Dipartiment u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu kollha rraportaw illi m'għandhomx każi li tressqu quddiem il-Public Service Commission.

Affarijiet Rurali u Ambjent — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent ma kien hemm l-ebda każ mressaq quddiem il-public service commission.

Ġustizzja u Intern — PSC

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal każi ta’ dixxiplina li fil-preżent tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li għadhom mhux konklużi. It-tagħrif dwar il-każi li jirrigwardjaw id-Dekasteru tal-Ġustizzja u ta’ l-Intern huwa s-segwenti:- Dipartiment Numru ta’ każi L-aktar talba li ilha pendenti Servizzi Korrettivi 1 Ġunju 2005 Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern 1 Ġunju 2005 Pulizija 3 Marzu 2005 Qrati Ċivili 2* Diċembru 2002 *Qed jistennew l-eżitu ta' kawża kriminali quddiem il-Qrati Kriminali.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent ma hemmx każi ta' dixxiplina li jinvolvu impjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li huma pendenti quddiem il-Public Service Commission.

Dipartiment ta' l-ambjent — Art għammiela

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-dipartiment ta' l-ambjent biex jassigura li tiġi salvagwardata art għammiela għall-biedja f'każ ta' raba' saqwi jew ta' wiċċ wieħed (bagħli)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha numru ta' policies indirizzati sabiex jissalvagwardjaw art agrikola. Dawn huma msejsa fuq il-qafas strateġiku tal-Pjan ta' Struttura permezz ta' numru tal-policies f'Taqsima 11 tal-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin (Agriculture, Horticulture and Fisheries). Hemm policies oħrajn fit-Taqsima 15 (Conservation) li wkoll jisħqu fuq il-ħtieġa ta' ħarsien ta' art agrikola ta' kwalità tajba. Numru ta' pjanijiet lokali, jew l-abbozzi tagħhom, jenfasiżżaw fuq il-ħtieġa li tiġi mħarsa l-art għammiela, u fejn hu relevanti, din hija wkoll indikata fuq mapep li magħhom ikun hemm policies partikolari. F'każ ta' proġetti ta' ċertu daqs, dawn jiġu soġġetti wkoll għal Studji ta' Impatt Ambjentali (Environmental Impact Assessments) u ħafna drabi l-art agrikola tikkostitwixxi wieħed mill-fatturi li jiġi mgħarbel bir-reqqa.
Leg 10 PQ #13460 Sitting 290 2005-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm tlett każi li tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Wieħed minnhom għadu pendenti quddiem il-Kummissjoni minn Frar 2005, waqt li ieħor ġie konkluż. Hemm ukoll każ kriminali li ġie sottomess lill-Kummissjoni in termini tar-regolament 14 tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) u l-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti minn Lulju ta’ l-2004.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet li fil-preżent għadhom quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) huwa ta' tmienja (8). L-aktar każ li ilu pendenti jmur lura għas-sena 1993.
Leg 10 PQ #13464 Sitting 290 2005-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — PSC

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent m'hemm l-ebda talba li tresqet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li għadha pendenti.

Riżorsi u Infrastruttura — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm ħames (5) każi mressqa quddiem il-Public Service Commission. It-talba l-aktar pendenti ilha mill-1 ta’ April, 2005.

Manikata — Triq fuq raba' saqwi

Question

Id-dipartiment ta' l-affarijiet rurali u ta' l-ambjent huwa favur jew kontra li tinfetaħ u tiġi żviluppata triq fil-Manikata fuq raba' saqwi, liema pjanta tat-triq in kwestjoni qed tintbagħat separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jiena nfurmat li t-triq in-kwistjoni tirrigwarda bypass għat-triq eżistenti li tgħaddi mix-Xemxija. Għalkemm saru diversi diskussjonijiet bejn l-Awtorità tat-Trasport u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq din it-triq, għad m'hemmx applikazzjoni għall-iżvilupp għal din it-triq. Għalhekk, pożizzjoni u deċiżjoni finali fuq it-triq għad m'hemmx. In-ġenerali, il-Ministeru jirrikonoxxi l-bżonn ta' bypass li tgħaqqad it-tramuntana ta' Malta maż-żona ta' San Pawl il-Baħar mingħajr ma' tgħaddi miż-żona konġestjonata tax-Xemxija. Dan għandu jsir b'mod sensittiv għall-ambjent u l-attivitajiet agrikoli tal-madwar. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura għadu ma rċieva l-ebda korrispondenza dwar dan il-proġett ta’ twessiegħ ta’ toroq eżistenti u kif jidher mill-pjanti annessi l-formazzjoni ta’ mina taħt il-Manikata. Meta jkun il-mument id-Dipartiment jikkummenta.

Manikata — Triq fuq raba' saqwi

Question

Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-Ministeru dwar il-proposta li fil-Manikata tinfetaħ u tiġi żviluppata triq fuq raba' saqwi? Il-Ministeru huwa favur jew kontra dan l-iżvilupp fuq raba' saqwi? Pjanti ta' l-area imsemmija qed jintbagħtu separatament.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Manikata — Triq fuq raba' saqwi

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-bypass tax-Xemxija li qed tiġi proposta hija maħsuba biex tkun triq alternattiva biex tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fit-telgħa tax-Xemxija u ukoll biex ittejjeb l-ambjent f'din iż-żona. Din il-proposta tagħmel parti mill-proġett li hu ppjanat biex tittejjeb t-triq arterjali no.1 (Ċirkewwa - Marsaxlokk) li din tagħmel ukoll parti mit-"Trans European Transport Road Network". Din il-bypass proposta tikkonsisti fit-twessiegħ u titjieb ta' toroq eżistenti (Xemxija, Għajn Tuffieħa, id-daħla għall-Manikata u t-triq bejn il-Manikata għal ta' Pennelu, il-Mellieħa) kif ukoll il-bini ta' mina ta' 499m taħt il-Manikata. It-tul totali ta' din it-triq huwa ta' 6km. Ħafna alternattivi oħra ġew studjati minn kumpanija ta' konsulenti Franċiżi, BECOM flimkien ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport u mall-MEPA u ġie ukoll valutat l-impatt ambjentali u ekonomiku ta' kull proposta. Din ir-rotta kienet meqjusa bħala l-inqas waħda li għandha impatt ambjentali negattiv. Bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet mall-Pubbliku fuq dan il-proġett, kif ukoll fuq il-proġetti l-oħra proposti għat-titjib tat-TEN-T Network. Il-Ministeru m'għandu l-ebda policy jew preferenza għal policy li jibni toroq uq raba saqwi. Is-soluzzzjoni proposta ġiet mgħarbla sew, anke ma' uffiċjali mis-sezzjoni tal-ambjent tal-MEPA. L-impatt tat-triq proposta fuq raba saqwi għandu jkun minimu. F'rigward ta' titjib u ppjanar ta' toroq ġodda l-ADT dejjem tipprova tibqa' mal-linja ta' triq eżistenti, fejn tista', iżda xi kultant ċertu titjib ta' toroq u junctions ikunu neċessarji sabiex tittejjeb is-sigurta' tas-sewwieqa u pedestrians. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta għadha proposta, jiġifieri għadha trid tgħaddi minn proċes ta' studju tal-impatt ambjentali.

Dipartiment ta' l-artijiet — Triq ġdida fil-Manikata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex id-dipartiment ta' l-artijiet ħareġ il-permessi sabiex tintuża art ta' raba' saqwi għall-iżvilupp ta' triq li l-pjanti tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana meta d-dipartiment ta' l-artijiet iltaqa' jew kellem lill-bdiewa li jaħdmu r-raba' in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

It-toroq jikkonċernaw lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u d-Dipartiment tal-Artijiet jittermina l-kirja ta' art tal-gvern jew jesproprja art privata li tiġi indikata mill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku bħala meħtieġa għat-triq. Ninsab infurmat illi f'dan il-każ, l-art indikata fuq il-pjanti hija art privata u sa issa d-Dipartiment tal-Artijiet ma rċeviet l-ebda talba għall-esproprju.