Jista' il-Ministru jinformana x'passi qed jieħu biex bidwi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru kkomunikajt mal-Ministru bit-telefon, ikun jista' jaħdem ir-raba' sabiex ilaħħaq bħal bdiewa oħra l-prodotti fis-suq lokali immedjatament?
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tat-tadam qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tat-tadam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-ħaxix frisk qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-ħaxix frisk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali ta' l-għasel qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni ta' l-għasel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex fl-iskola ta' l-Istat tal-Mellieħa xogħlijiet ta' infrastruttura eċċ. qed isiru issa u ma sarux meta l-iskola kienet magħluqa?
Ma jħossx il-Ministru li dan huwa inkonvenjent żejjed u bla sens fuq l-istudenti li jattendu f'din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijet ta' tiswijiet strutturali li għamlet l-FTS matul dan is-sajf fl-iskola primarja Marija Bambina, Mellieha, tlestew qabel il-bidu tas-sena skolastika, jiġifieri qabel is-26 ta' Settembru 2005.
Informat ukoll li xogħol ta' tibjid u żebgħa fil-kurriduri arjużi li qed iwettqu ħaddiema tat-Taqsima tal-Maintenance tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u mhux ta' l-FTS, bl-ebda mod m'huma qed ifixklu t-tagħlim ta' l-istudenti jew huma ta' xi inkonvenjent.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-istudenti ta' Year 5A fil-Mellieħa ġew imwissja minn għalliema partikolari biex ma jitħaltux ma' l-istudenti ta' Year 5B waqt il-ħin tal-break ta' l-iskola?
Jista' il-Ministru jinvestiga l-każ u jara li ssir attivita' bejn iż-żewġ klassijiet ħalli dak li nżera' f'moħħ dawn l-istudenti jintesa għall-ġid tagħhom stess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap ta' l-Iskola nediet skema biex waqt il-break tfal minn klassijiet differenti jipparteċipaw f'diversi attivitajiet bħal choir, green fingers, etċ. B'hekk it-tfal ikunu jistgħu jitħalltu.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pjan ta' kontinġenza li ħejja għall-industrija tat-tjur lokali f'każ ta' outbreak ta' l-avian flu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pjan ta’ kontinġenza li tħejja f’każ ta’ outbreak ta’ l-influwenza tat-tjur jinkludi dan li ġej :
1. Deskrizzjoni ta’ l-azzjoni li trid tittieħed meta jiġi rrapportat xi każ suspettat ta’ l-influwenza tat-tjur.
2. L-investigazzjoni li ssir mill-Veterinarju u restrizzjoni tal-moviment li jista’ jiġi mpost fuq il-proprjetarji tal-holdings.
3. Proċedura li tiġi addottata f’każ ta’ konferma tal-preżenza ta’ l-influwenza patoġenika għolja.
4. Proċess ta’ protezzjoni u t-twaqqif ta’ żoni ta’ sorveljanza biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus.
5. Il-metodu ta’ depopolazzjoni tal-holding infettati.
6. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus fil-Biċċerija.
7. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus waqt show tat-tjur.
8. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus waqt it-trasport tat-tjur minn post għall-ieħor.
9. Procedura ta’ vaċċinazzjoni tat-tjur kontra l-influwenza tat-tjur.
10. L-infurzar tal-proċeduri msemmija.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14745 u jgħid kemm hu kkalkolat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab informat li tagħrif dwar l-ETC għadu qed jinġabar u jingħata f'xi Seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14741 u jgħid kemm hu kkalkolat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-prezz tal-fuel b’4ċ huwa stmat li jiswa lid-dipartimenti / entitajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi l-ammonti kif jidhru fit-Tabelli ‘A’ u ‘B’ rispettivament, liema Tabelli qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tat-tjur qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tat-tjur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni tal-Gvern hi dik kif hemm indikat fit-Trattat tas-Sħubija, jiġifieri l-klawżola ta’ salvagwardja tapplika għall-proodotti msemmija fl-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) u tista’ tiġi applikata dejjem abbażi ta’ argumenti sodi u fatturi nnegabbli, għall-ewwel ħames snin mid-data ta’ sħubija.
Skond Avviż Legali 234/2004 importaturi qed jintalbu jipprovdu kopji ta’ formoli ta’ l-Intrastat u rċevuti (invoices) sabiex issir l-verifika neċessarja li l-informazzjoni relatata kollha qed tingħata lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO). Sussegwentament, bħala Ministeru, aħna noqgħodu fuq l-informazzjoni maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar il-prodotti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-majjal qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-majjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-ħalib frisk qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-ħalib frisk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali taċ-ċanga friska qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni taċ-ċanga friska?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Huwa mistenni li ż-żieda fl-ispiża medja tal-konsum tal-fuel għall-Ministeru tiegħi hija ta LM67.40 fix-xahar.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa kkalkulat li l-ispiza ta' 4c fuq l-gholi tal-prezz ta' fuel bejn it-Tnejn 3 ta' Ottubru sa' l-ahhar ta' din is-sena lid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex, hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-għoli tal-prezz tal-fuel b’seħħ mit-3 ta’ Ottubru 2005, hu kalkulat li jiġi jiswa lill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, madwar Lm433 fix-xahar.
Dan ma jfissirx li mhux ser jittieħdu passi biex ikun hemm ekonomija fil-konsum biex tiġi limitata kemm jista’ jkun din iż-żieda.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ispiża żejda għad-dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li jirriżulta wara li għola l-prezz tal-fuel b'4ċ b'effett minn nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru 2005 ma jistax jiġi kkalkulat minħabba li dan huwa relatat mal-konsum li jista' ivarja minn xahar għall-ieħor.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-prezz tal-fuel mistennija li tiswa lill-Ministeru żieda fin-nefqa ta' Lm1372 kull xahar.