Jista' id-dipartiment jara li t-talba għall-pensjoni ta' armla li isimha qed jintbagħat separatament titħaffef sabiex l-armla in kwestjoni jkollha l-pensjoni bla telf ta' żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment tas-Siġurta’ Soċjali fil-25 ta’ Ottubru 2005 u diġa ġiet proċessata.
Il-persuna ndikata ġiet infurmata bil-mitkub dwar dan mill-imsemmi Dipartiment.
Maritim Selmun Palace Hotel/Crowne Plaza Hotel — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-lukanda Maritim Selmun Palace Hotel ta' Selmun u Hotel Crowne Plaza f'Tigne'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Impjegati tal-Kumpanija Grand Hotel Mercure Selmun Palace għandhom relazzjoni kontrattwali mal-kumpanija liema relazzjoni tirregola l-impjieg tagħhom. Rigward dawk tal-kumpanija Crown Plaza Hotel, l-Onorevoli Membru għandu jirreferi għat-tweġiba li diġa ingħatat għad-domanda numru 15115.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi s-somma ta' flus ivvutata għall-iżvilupp tal-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali fl-estimi għall-2006?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li tlesta l-proċess ta' konsultazzjoni mas-sidien tal-huts ġewwa Ta' Qali u wara li ġew iffirmati l-konvenji mas-sidien tal-huts il-Gvern issa għandu quddiemu diversi possibiltajiet ta' finanzjament u għalhekk issa il-Kumitat tal-Kabinet għall-Proġetti Nazzjonali sa jiddeċiedi fuq l-aħjar metodu ta' finanzjament.
B'dan il-mod inkunu qed nassiguraw li l-PPP ikun l-iktar effettiv possibli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' suldati fl-armata fil-preżent? Kemm kien sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta’ suldati, inklużi uffiċjali, fil-Forzi Armati ta’ Malta fil-31 ta’ Ottubru 2005 kien 1592.
In-numru f’dawn l-aħħar ħames snin kien hekk:
Sena Nr ta’ Suldati, inklużi uffiċjali
2000 1654
2001 1601
2002 1594
2003 1684
2004 1620
Tajjeb wieħed isemmi li bħalissa għaddejin żewġ eżerċizzji għal reklutaġġ ta’:
1. Uffiċjali kadetti (fizzjali)
2. Gunners (rekluti ġodda)
Jista' il-Prim Ministru jinformani meta hu maħsub li jkun hemm ingaġġ ieħor fl-armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li wara sejħiet għall-applikazzjonijiet li ħarġu f’Awissu u f’Settembru li għadda, l-Armata mistennija li fix-xhur li ġejjin tingaġġa numru ta’ Uffiċjali Kadetti kif ukoll numru ta’ “Gunners”.
Jista' il-Prim Ministru jirtira d-deċiżjoni tal-gvern li art għammiela u produttiva għall-biedja f'Ta' Qali ma tinqeridx biex issir xi forma ta' żvilupp ta' ċentru tal-klieb?
Billi r-raba' tipprovdi provvista ta' ikel u xorb għall-bniedem u għat-tjur u l-bhejjem, jista' il-Prim Ministru jirrispetta l-fatt li d-deċiżjoni hija waħda ħażina u għaldaqstant jintuża bini ieħor flok tinqered ir-raba' in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li jirtira t-talba tal-gvern quddiem il-MEPA sabiex fuq raba' għammiel u produttiv f'Ta' Qali jiġi żviluppat ċentru għall-klieb? Billi r-raba' hija sors ukoll ta' ikel għall-bniedem u għat-tjur u l-istess annimali, jista' il-Ministru jara li jinstab sit ieħor għall-iżvilupp ta' ċentru tal-klieb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-outline application PA 7356/04 minn l-SPCA (Society for Protection and Care of Animals) fuq art tal-Gvern ġiet ikkunsidrata favorevolment mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp nhar it-tnejn 31 ta' Ottubru 2005 wara li ġiet diskussa fil-laqgħa preċedenti tal-11 ta' Ottubru 2005. Il-proposta hija konformi mal-Pjan t’Azzjoni għal Ta' Qali, li kien approvat fi Frar 2000.
Nittama li l-Onor. Membru jifhem li mhux faċli li ssib art adegwata għal Ċentru għall-Annimali li jkun ‘l bogħod mill-abitat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15152 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-Unjoni Ewropea (Third Countries) kienet kif jidher hawn taħt :
Sena
Ammont
ta’
Metric Tons
2001
897
2002
577
2003
413
2004 **
645
2005 *
390
* Jannar - Settembru
** Jannar - Frar 69 MT
Marzu - Diċembru 576 MT
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15151 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam ta' l-għoġol mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-database ma jisseparax il-cuts imma jiġi rreġistrat biss it-tip ta' laħam. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15328.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15150 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam aħmar tal-baqra mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea kienet hekk kif jidher fit-tabella hawn taħt :
Sena
Laħam taċ-Ċanga
Metric Tons
2001
1152
2002
1211
2003
1484
2004**
2238
2005*
433
* 2005 - Jannar - Settembru
** 2004 - Jannar - Frar = 13
metric tons
Marzu - Diċembru = 2,225
metric tons
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirtira t-talba tad-dipartiment ta' l-artijiet sabiex raba' (mezza saqwi) produttiv f'Ta' Qali ma jinqeridx biex jiġi żviluppat ċentru tal-klieb kif qed jitlob il-gvern?
Billi r-raba' in kwestjoni jipproduċi provvista ta' l-ikel għall-bdiewa, tjur u bhejjem, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jinstab sit aħjar biex ma jinqeridx ir-raba' in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma għamel l-ebda talba biex jiġi żviluppat ċentru tal-klieb. Talba ta' Soċjeta' mhux governattiva biex jiġi żviluppat ċentru għall-annimali, saret għall-art f'Ta'Qali li qegħda tiġi okkupata mingħajr titolu. Fil-pjan ta' żvilupp ta' Ta'Qali, din l-art hija markata għall-faċilitajiet simili għat-talba ta' din is-soċjeta' u mhix intiża għall-skopijiet agrikoli.
Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus tat-taxxa ta' 3% fuq il-valur tal-prodotti li l-bdiewa ddikjaraw fil-pitkalija ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’Seduta Numru 301 fl-10 ta’ Ottubru 2005 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14617.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li applikaw għall-għajnuna sabiex jirċievu fondi għar-riabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 1,270 persuna li bbenefikat. Dawn kienu maqsumin kif ġej : tmenin (80) benefiċjarji li ħadu għajnuna dwar riabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ mill-iskema li saret qaqbel is-sħubija mal-Unjoni Ewropea. Kien hemm seba’ mija u disgħa u ħamsin (759) benefiċjarji oħra għas-sejħa għall-applikazzjoni għas-skema għar-restawr ta' ħitan tas-sejjieħ ta' lqugħ li saret fis-sena 2004, u erba’ mija u wieħed u tletin (431) applikanti oħra għas-sejħa li saret fis-sena 2005.
B'riferenza għas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma, jista' il-Prim Ministru jinformana minn liema vot il-gvern se jassorbi d-differenza tal-persentaġġi li tkopri 'l fuq minn 55% ta' surcharge? Din l-għajnuna se tingħata mill-Unjoni Ewropea jew se titħallas mill-istess taxxi li l-gvern jiġbor mingħand it-taxpayers lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-differenza ser tiġi assorbita kemm dirett mill-Korporazzjoni Enemalta u kemm indirett mill-Fond Konsolidat f’isem il-konsumatur. It tieni parti qiegħda riflessa fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern għall-2006.
Jista' il-Prim Ministru jinformana għaliex il-proġett tal-crafts village f'Ta' Qali ilu jkaxkar fl-agenda tal-gvern Nazzjonalista sa mill-1992 u se jibqa' ikaxkar sa l-2010? Jista' jinformana x'kienu r-raġunijiet għal dan il-falliment fit-twettiq tal-politika tal-gvernijiet Nazzjonalisti fir-rigward tal-proġett tal-crafts village?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li nagħtat l-attenzjoni kollha bil-konsultazzjoni kollha meħtieġa mas-sidien u l-awtoritajiet ikkonċernati ġiet konkluża l-fażi tal-ippjanar. Tlestew il-konvenji mas-sidien u ġie maħruġ il-permess għal bini tal-villaġġ.
Tlestiet ukoll id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għad-dokument tal-ħruġ tal-offerti. Jonqos issa li tkun finaliżżata l-għażla tal-metodu li bih ser jiġi ffinanzjat dan il-proġett u hekk il-Gvern ikun jista’ jagħżel l-aħjar finanzjament.
Sadattant mal-MEPA qegħdin jitlestew l-aħħar emendi minuri tal-permess oriġinali għal kull binja individwali.
Irrid ngħid li dan huwa l-ewwel proġett tal-għamla tiegħu fejn il-Gvern qiegħed ifassal Villaġġ ġdid mill-bidu sal-aħħar waqt li hemm diġa’ is-sidien eżistenti fil-huts tagħhom. Allura l-Gvern irid joqgħod ferm attent li filwaqt li jippjana l-Villaġġ jassigura li s-sidien tal-huts eżistenti jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin b’xogħolhom bl-inqas inkonvenjent possibbli.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li weġġgħu jew mietu fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur mill-impjanti tal-proċessuri lokali tat-tjur li għadhom ma ġewx konformi mar-regoli mposti u rakkomandati mid-dipartiment tas-servizzi veterinarji lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-qatla ta' broilers minn Jannar sa’ l-aħħar t'Awissu kienet ta' 294,161kg, filwaqt li l-produzzjoni mill-cutting plant tat-tjur kienet ta’ 1500kg fil-ġimgħa.
Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate ta' Għajn Qajjed u ta' Għeriexem, Rabat, Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blokki ndikati mhumiex proprjeta’ ta’ Awtorita’ tad-Djar, iżda huma amministrati mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, ninfurmah ukoll li m’hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs fi proġetti ta’ oqsma ta’ bini tal-Gvern.