Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija/wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija u l-wardens fuq moħqrija lill-annimali matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti disa' persuni fuq reati relatati ma' moħqrija ta' annimali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontravvenzjonijiet relatati mal-moħqrija ta' l-annimali ma ġewx delegati lill-Kunsilli Lokali u għalhekk m'hemmx infurzar mill-Gwardjani Lokali.

Taxxi Interni — VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ċittadini li fil-preżent qed joġġezzjonaw iċ-ċitazzjonijiet li rċevew mid-dipartiment tat-taxxa tal-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li meta persuna tirċievi ċitazzjoni biex tidher il-Qorti fil-ġurnata tas-smiegħ tista’ tagħżel li tammetti l-akkuża jew li tikkontesta l-akkuża. Għaldaqstant, id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jkun jaf bil-quddiem kif persuna ser twieġeb fil-ġurnata tas-smiegħ quddiem il-Qorti.

Mġarr, Malta HE — Fire exit stairs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15224, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.

Ħaż-Żebbuġ HE — Fire exit stairs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15225, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.

Mellieħa HE — Fire exit stairs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15226, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.

St. Paul's Bay HE — Fire exit stairs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15227, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.

GMO

Question

Jista' il-Ministru jaġġornana dwar il-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward il-GMO, issa li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kkomunkat id-deċiżjoni tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema GMO qed jirreferi.

Esportazzjoni tal-patata

Question

Jista'il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-prezz għall-kull qantar tal-patata esportat din is-sena naqas, paragunat ma' dak ta' snin preċedenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-attività ta’ l-esportazzjoni hi llum liberalizzata, it-tweġiba għall-Mistoqsija ta’ l-Onor. Interpellant tista’ tingħata biss minn min jimporta l-patata minn Malta. Ta’ min iżid però li l-prezz din is-sena kien ferm għola meta pparagunat mal-prezz li nbiegħet il-patata għall-esportazzjoni fiż-żmien meta l-Onor. Interpellant kien Ministru ta’ l-Agrikoltura.

Riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma ġewx ivvotati fondi fl-estimi sabiex jitkompla l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa bħala pjan għall-iżvilupp rurali ta' dan il-wied żdingat, mitluq u f'qagħda li jiġġarfu l-iskontri tiegħu f'każ ta' xi maltempata qalila?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qegħdin isiru diskussjonijiet ma’ l-Awtorità ta' l-Ambjent u Ippjanar ta' Malta (MEPA) u mad-dipartment tal-gvern relattiv għal tindif tal-widien sabiex Wied il-Qlejjgħa jkun inkluż fil-lista tal-proġett tat-tindif tal-widien, kif ukoll sabiex il-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-widien ikunu aktar sensittivi lejn il-ħarsien ta' l-ambjent. Fost oħrajn, hemm qbil dwar il-ħtieġa li ssir distinzjoni aħjar bejn xogħlijiet ta' manutenzjoni u xogħlijiet oħrajn aktar drastiċi li jista' jkollhom impatt ħażin fuq l-ambjent, kif ukoll dwar il-ħtieġa li l-inġenji u l-metodi li jintużaw ikunu addattati għall-post u ma jwasslux biex jintilef il-karattru naturali tal-wied.

Rabat — Għar Barka

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15206, tista' il-Ministru tinformana x'titolu kellha l-awtorita' biex għamlet il-konvenju u għaliex it-titolu in kwestjom ħa u qed jieħu aktar minn 20/25 sena? Tista' il-Ministru tara li tabilħaqq dawn ir-residenti jiġu rispetti u għaldaqstant tikkordina l-ħidma sabiex eventwalment l-awtorita' tad-djar ikollha titolu biex tirrimedja dan il-bżonn tar-residenti li ilu pendenti għal aktar minn 23 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-akkwist ta' l-artijiet li tqassmu bħala plots taħt Home Ownership Schemes isir mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Biex l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tiffinalizza l-kuntratti mal-benefiċjarji tagħha jrid ikollha t-titolu legali ta' l-art wara li dan it-titolu jiġi trasferit lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Ninsab infurmata li, fil-każ ta' l-art li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, dan it-trasferiment għadu ma sarx. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Importazzjoni ta' laħam aħmar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15154 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam aħmar tal-baqra mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-importazzjoni tal-laħam aħmar tal-baqra mill-Unjoni Ewropea kienet hekk kif jidher fit-tabella annessa hawn taħt : Sena Ammont Kg 2000 5,593,848 2001 2,252,527 2002 4,608,059 2003 4,634,144 2004 3,401,134 2005 * 3,144,620 * Jannar - Settembru

Importazzjoni ta' laħam ta' l-għoġol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15155 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam ta' l-għoġol mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma ssirx distinzjoni bejn laħam ta’ l-għoġol u laħam aħmar tal-baqra. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15374.

Importazzjoni ta' laħam tal-ħaruf

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15156 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ħames snin, sena b’sena kienet hekk kif jidher fit-tabella annessa hawn taħt : Sena Ammont Kg 2000 140 2001 3,540 2002 734 2003 127 2004 2,270 2005 * --- * Jannar - Settembru

Rabat, Malta HE — Fire exit stairs

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15223, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-raġuni prinċipali għaliex m'hemmx ħsieb li jsiru fire exit stairs f'oqsma ta' bini tal-Gvern hi li meta tfassal dan il-bini ma kien hemm ebda pjan għall-istallar ta' dawn l-istrutturi. Ninsab infurmata li hu fiżikament diffiċli jekk mhux impossibli, li dawn isiru issa. Barra minn hekk, diversi appartamenti nxtraw mill-inkwilini u dan iqajjem ukoll kumplikazzjonijiet mill-aspett legali.

Biċċerija — Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex fil-biċċerija hemm kuntratturi jaħdmu fuq proġetti li mhumiex koperti mill-permessi tal-MEPA? Jista' jinformana għaliex qed tinkiser il-liġi f'dan ir-rigward?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista l-Onor. Interpellant jispeċifika l-proġett, jew proġetti li qiegħed jirreferi għalihom?

Korp tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pulizija fil-korp illum? Kemm kien l-istess numru sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija fil-31 ta’ Ottubru 2005, kien jammonta għal 1,798. Filwaqt li fl-erba’ snin ta’ qabel kien kif ġej:- 31 t’Ottubru, 20011,730 31 t’Ottubru, 20021,804 31 t’Ottubru, 20031,855 31 t’Ottubru, 20041,784 31 t’Ottubru, 20051,798

Ħaddiema tas-Sea Malta

Question

Jista' il-Ministru jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.