Legislature:
Category:
Reset
Active:

Art f'Ta' Qali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15301, jista' il-Prim Ministru jinformani jekk huwiex l-uffiċċju tiegħu responsabbli mid-deċiżjonijiet ta' l-esproprjazzjoni ta' l-artijiet u dan għall-fatt li l-Vot ta' l-uffiċċju tal-President huwa taħt il-Vot ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor Membru li l-proċess ta’ l-akkwist ta’ art mill-Gvern għal skopijiet pubbliċi huwa amministrat mill-Ministeru responsabbli għall-artijiet. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor Interpellant li, kif jider ċar mill-Estimi Finanzjarji 2006, il-Voti ta’ l-Uffiċċju tal-President u dak ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma żewġ Voti separati u distinti.

MEPA — Ta' Qali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15302, jista' il-Ministru jgħid kif jiġġustifika l-qerda ta' raba' produttiv, bħalma huwa l-każ imsemmi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-policy NWTQ 21 fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ta' Qali approvat mill-Gvern fl-2000 tindika li l-area koperta mill-Pjan hija addattata għall-bini ta' Santwarji ta’ l-Annimali, basta l-bini ma jħassarx il-karattru miftuħ (mux mibni) taż-żona, u jkun jinkludi landscaping scheme biex inaqqas mill-impatt viżwali, fost kundizzjonijiet oħra. Il-policy NWTQ 16 tindika żona mdaqqsa f'Ta Qali fejn għandu jsir żvilupp rekrejattiv, u anke santwarji ta’ l-annimali.

Ħaddiema tas-Sea Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15370 u jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Football grounds

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15361 u jinformani liema huma l-grounds tal-football f'Malta u Għawdex li se jiġu upgraded?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-football grounds imsemmija hawn taħt qed isir jew sejjer isir ‘upgrading’ fihom: AS Hibernians - Attard Floriana - Gozo Ghaxaq - Hamrun Spartans Kalkara - Marsaxlokk Mqabba - Pembroke Sirens - St. Andrews Tarxien Rainbows - Verdala Junior Lyceum (St. George’s FC).

Industrija tas-sajd — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tas-sajd sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Bdiewa li jipproduċu mill-uċuh tar-raba' — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-bdiewa li jipproduċu mill-uċuh tar-raba' sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Prezzijiet tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15016 billi jagħti breakdown ta' meta u b'kemm għola l-fuel minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-istqarrijiet maħruġa mill-Ministeru tiegħi fit-3/01/05, 01/04/05, 01/07/05, 03/10/05 u 26/10/05.

Air Malta — Bdoti/crew

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15014 u jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien in-numru ta' bdoti u membri tal-crew ta' l-Airmalta li rriżenjaw mix-xogħol mal-kumpannija nazzjonali? Jista' jagħti tagħrif dwar ir-reklutaġġ li sar fl-istess perijodu għall-istess karigi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdoti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15013 u jgħid kemm huwa n-numru ta' bdoti ta' l-ajru Maltin u Għawdxin li ġew reklutati ma' l-Airmalta matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? F'liema grad, livell, kategorija, eċċ.?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Rabat — Għar Barka

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15373 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta Soċjali u li l-aħħar parti tagħha issa ġiet riferuta lilu u cioe: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15206, tista' tinformana x'titolu kellha l-awtorita' biex għamlet il-konvenju u għaliex it-titolu in kwestjom ħa u qed jieħu aktar minn 20/25 sena? Tista' tara li tabilħaqq ir-residenti jiġu rispetti u għaldaqstant tikkordina l-ħidma sabiex eventwalment l-awtorita' tad-djar ikollha titolu biex tirrimedja dan il-bżonn tar-residenti li ilu pendenti għal aktar minn 23 sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 995 u Nru 4779.

Korrimenti u mwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 15283 u tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li weġġgħu jew mietu fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub separata għall-Malta u Għawdex. Ebda dipartiment jew entita taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommx informazzjoni dwar in-numru ta’ mwiet fuq ix-xogħol.

Riabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjjieħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15279, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji rriżulta li numru ta' talbiet ma ġewx milqugħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li għall-iskema tar-restawr ta' Ħitan tas-Sejjieħ ta' Qabel is-Sħubija, ir-raġunijiet għalfejn ċerti applikanti ma ngħatawx l-għajnuna kienu jew għaliex ma ġabux id-dokumenti kollha meħtieġa ma’ l-applikazzjoni jew għaliex ma kellhomx minimu ta' 25 metru kwardu ta' ħitan imwaqqgħin. Fil-każ ta’ l-iskema għal għajnuna fuq restawr ta' ħitan tas-sejjieħ ta' wara s-Sħubija, il-kriterji kollha li bihom jiġu magħżula l-applikanti ġew stabbiliti fil-Linji Gwida għall-Applikanti. Dawn il-Linji Gwida ngħataw lil kull min applika għal din l-iskema. Ma ħax l-għajnuna min ma kienx eliġibli skond dawk il-linji gwida.

Industrija tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem lokali sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Press Release No. 1554 tal-11 ta’ Novembru 2005 li tiġbor fiha t-test ta’ Stqarrija Ministerjali li għamel il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni l-Onor. Austin Gatt fil-Parlament.

Agro-industrija — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-agro industrija sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Industrija ta' l-ipproċessar — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija ta' l-ipproċessar sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Industrija tal-produzzjoni mis-serer — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tal-produzzjoni mis-serer sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Proprjeta' mikrija mill-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Djar — Sussidju fuq il-kera

Question

Tista' il-Minsitru tgħid kemm hu n-numru ta' familji li llum jirċievu ħlas għall-kera li jħallsu minħabba li għandhom kera għolja meta paragunati mad-dħul tagħhom? Kemm-il talba saret u ġiet rifjutata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentament l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħti sussidju fuq il-kera lil 843 familja. Ninsab infurmata wkoll li minn meta bdiet l-iskema dwar is-sussidju fuq il-kera, l-Awtorita' irċeviet 1,454 talba li minnhom ma ġewx milqugħa 147 għax ma kienux jissodisfaw il-kondizzjonijiet relattivi.

Dipartiment tal-VAT — Multi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' multi li nħarġu mid-dipartiment tal-VAT matul din is-sena? Kemm minnhom tħallsu u kemm hija ċ-ċifra fi flus li d-dipartiment daħħal minn dawn il-multi? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.