Jista' il-Prim Ministru jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tħallset is-somma ta’ Lm 91,003 bħala kera lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u Lm 342,542 kera lil sidien privati. Ammont ta’ Lm 15,690 għad irid jitħallas lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Nixtieq inżid li l-kera dovuta fuq proprjeta tal-Gvern titħallas bis-sena lura, għaldaqstant il-pagamenti li saru mid-Dipartimenti taħt id-Dekasteru tiegħi matul l-2005 ikopru s-sena 2004.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15443 u jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 15443 li qed tingħata f’din l-istess seduta.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-testijiet tal-livelli tar-residue fil-laħam frisk lokali mhux issir fil-laboratorju lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Laboratorju tar-Residwi fid-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, twettaq testijiet ta' 'screening' għal residwi 'antimicrobial' fuq laħam frisk lokali u prodotti ta' l-annimali. Testijiet oħra għal residwi isiru fil-laboratorji akkreditati fi Stati Membri oħra minħabba li ma hijiex ekonomikament vijabbli li dawn it-testijiet isiru lokalment meta tikkonsidra il-produzzjoni baxxa lokali, u li għalhekk ikun hawn relattivament numru zgħir ta' kampjuni biex jiġu analizzati.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadhom ma tħalsux il-flus tas-sussidju fuq il-ħaxix u frott li suppost il-bdiewa kellhom jirċievu f'Settembru li għadda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidji fuq il-ħaxix u frott għadhom ma tħallsux għax għadhom qegħdin isiru l-verifiki meħtieġa qabel ma joħroġ il-pagament.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ġiex appuntat assistent direttur ġdid għat-trobbija tal-bhejjem
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-kariga ta’ Kap tas-Sezzjoni, Animal Husbandry preżentament hi mimlija minn Scientific Officer. Inżid biss li l-Ministeru mhux se joqgħod lura milli jagħti opportunitajiet ta’ promozzjoni lil min jistħoqqlu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u tekniċi xjentifiċi u uffiċjali eċċ li telqu mid-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd sabiex marru jaħdmu f'dipartimenti oħra? Xi grad u responsabbilta' kellhom u min ġie sostitut flokhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul din is-sena marru jaħdmu f’Dipartimenti oħrai erbatax (14)-il uffiċċjal. F’ħafna mill-okkażjonijiet dan iċ-ċaqliq kien riżultat ta’ sejħa għall-promozzjonijiet f’dipartimenti oħra, jew f’entitajiet pubbliċi.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji ta’ dawn it-trasferimenti kif ġej :
Annex 1 (Trasferimenti għal Dipatimenti oħra tal-Gvern)
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, filwaqt li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-contract of servicetiegħu?
Jista' jgħid fejn wasal il-proċess biex jinħatar administration manager fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, x'wassal biex tali nomenklatura tiġi maħluqa fil-faxxa amministrattiva ta' l-istess kulleġġ u li jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt marbut ma' din il-ħatra?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-persuna msemmija jkopri l-kariga ta' Direttur Amministrattiv fl-MCAST. F'dawn l-aħħar xhur kien qed jaħdem ukoll fuq it-twaqqif tal-Kunsill Malti tal-Kwalifiki. Ma jidhirlix li għandi ndaħħal il-prattika li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kuntratti ta' servizz ta' persuni li jagħtu servizz lil MCAST.
Il-proċess biex jinħatar Manager Amministrattiv qiegħed fil-viċin biex jiġi konkluż.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-aħħar ċifra ta' applikazzjonijiet għall-agricultural holidings li ssottomettew il-bdiewa u r-raħħala din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saru total ta’ 248 applikazzjonijiet minn bdiewa u raħħala taħt it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet (2005) għall-Miżura 3.1 Investimenti fi Strutturi Agrikoli.
Tista' il-Ministru taġġornani dwar it-talba għall-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' tawtorizza li l-każ jiġi rimedjat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tad-dulliegħ u l-bettieħ imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-frawli u frott ieħor imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-frawli. Dwar frott ieħor, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’tip ta’ frott ieħor qed jirreferi għalih.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15443 u jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15442 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-bini mikri mill-MITTS matul din is-sena? Kemm huwa l-ammont dovut li jrid jitħallas biex il-kirja tkun "according ta' date"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tat-tadam u karrotti imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-kaboċċi, pastard, ġdur u qarabali mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ħass, spinaċi, indivja u brokkoli mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-patata u l-lumi mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14957.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15363 u jinformana liema huma l-faċilitajiet sportivi f'Malta u Għawdex li se jiġu upgraded?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn il-faċilitajiet sportivi imsemmija hawn taħt qed isir jew sejjer isir ‘upgrading’ fihom:
Basketball
Malta Basketball Association
Bocci
Sliema - V’iosa
Cycling
BMX
Karting
Island Karting Club
Sailing
Vikings Sailing Club - Young Sailors Club
Sports Club
Mellieha Sports Club
Tennis
Birkirkara
Waterpolo
Birzebbugia - Exiles - Sirens.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15020 u jgħid x'passi qed jieħu biex bidwi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru kkomunikajt mal-Ministru bit-telefon, ikun jista' jaħdem ir-raba' sabiex ilaħħaq bħal bdiewa oħra l-prodotti fis-suq lokali immedjatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġie investigat u jirriżulta li fuq ir-raba’ ta' dan il-bidwi, li jinsab f'post sensittiv magħruf bħala Ta' Għeriexem fil-limiti tar-Rabat, ħarġu żewġ avviżi ta' infurzar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Avviż numru 1123/01, li bidel ir-raba’ fi scrap-yard u avviż ieħor, Nru. 502/05, fuq tneħħija ta' ħamrija u depożitu ta' materjal (inert material). Wara dawn l-avviżi saret applikazzjoni għall-iżvilupp Nru. 4632/05 sabiex jinbnew ħitan tas-sejjieħ u tiżdied il-ħamrija li nġarret bil-maltemp. S'issa jirriżulta li l-art mhux irreġistrata fuq l-applikant, u li l-informazzjoni sottomessa ma’ l-applikazzjoni (PA 4632/05) m'hijiex kompleta u skond l-policies relevanti. Din l-applikazzjoni għada qed tiġi pproċessata.