Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jinformana, skond il-pjan tal-gvern, meta pajjiżna se jilħaq il-produzzjoni ta' 27,000 tunnellata ta' tadam għall-ipproċessar matul l-2006, 2007, 2008, 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-27,000 tunnellata hija in-'national processing threshold' li ġie nnegozjat ma’ l-Unjoni Ewropea. Permezz tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, is-settur tat-tadam ta’ l-ipproċessar lokali jista' jibbenefika minn għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il-Common Market Organisation diment li l-produzzjoni ma teċċedix 27,000 tunnellata. L-ammont ta' tadam li jiġi pproċessat kull sena hu determinat minn diversi fatturi fosthom il-varjetà tat-tadam, il-kwalità u l-effiċjenza fi produzzjoni. Iżda fuq kollox, l-operat tal-proċessuri u jekk dawn iridux jużaw tadam lokali fil-produzzjoni kif ukoll id-domanda għall-prodotti magħmulin minn tadam lokali.

Export refund

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabbli mit-tħejjija ta' l-iskema ta' l-export refund fis-snin 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Aġenzija tal-Pagamenti kienet u għadha responsabbli mit-tħejjijiet ta’ l-iskemi ta’ l-export refund għas-snin 2004 u 2005.

WSC — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ħaddiema tal-water services corporation Għawdxin intgħażlu biex imorru jaħdmu mal-kunsilli lokali? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ngħataw dan it-transfer u ma' liema kunsilli marru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan iċ-ċaqliq ta' nies sar għax il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha mpjegati żejda li oriġinarjament kienu ħaddiema tal-Gvern u kienu ġew "detailed" mal-Korporazzjoni. Ir-revoka tad-"detailing" u t-trasferiment sussegwenti mhix responsabilita' tal-Korporazzjoni.

WSC — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jassigura lill-ħaddiema Għawdxin tal-water services corporation li ġew trasferiti mal-kunsilli lokali f'Għawdex li mhux ser jitilfu x-shift allowance u l-ħlas għal Ħdud, li s-soltu kienu jaħdmu skond l-esiġenzi tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju ta' l-għasel fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mill-istatistika ta’ xi sentejn ilu li ħarġet min-National Statistics Office (NSO) il-prezz medju tal-għasel kien jammonta għal Lm 4.72/kg, u il-prezz medju ta’ din is-sena kien ta’ Lm 5.50/kg. Fuq is-suq il-prezz tal-għasel idur bejn il-Lm5-Lm7 il-kilo, u dan il-prezz ilu hekk għal diversi snin. Ma ssirx distinzjoni bejn Malta u Għawdex f’dan ir-rigward, u dawn il-figuri huma għal għasel Malti/Għawdxi biss. Fil-fatt, fis-suq hemm ħafna għasel, "jew hekk imsejjaħ għasel" li jinbiegħ ħafna orħos.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju taċ-ċanga friska fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Importazzjoni ta' tiġieġ

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk ġietx investigata l-aħħar sitwazzjoni fejn tiġieġ ġew importati b'dump price b'riżultat li l-produzzjoni lokali ġiet affettwata? Jekk fin-negattiv, jista' jinvestiga?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Ministeru kontinwament, permezz tas-Servizzi Veterinarji jagħmel monitoraġġ tal-prezzijiet u kwantitajiet ta’ prodotti ta’ tiġieġ. Issir analiżi regolari ta’ prezzijiet ta’ prodotti jew ‘landed prices’. Mill-analiżi li saret riċentement, il-Ministeru ħa passi biex jinforma lill-Ministeru tal-Kompetizzjoni biex jinvestiga dawn il-prezzijiet. F’dan il-kuntest, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

File ta' tender

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-file tat-tender, għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli li ħareġ il-Ministeru, li rriferejt għaliha jien fid-diskors tal-budget, u dan in vista tal-fatt li mhux jien biss ikkummentajt fuq dan il-każ imma saħansitra ġurnali lokali taw prominenza kbira lil dan il-każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor. Interpellant jaf li mhux possibbli li files governattivi jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Madankollu, ma nsib l-ebda diffikultà li l-Onor. Interpellant jingħata aċċess sabiex imur id-Dipartiment ikkonċernat biex jara l-informazzjoni kollha li jixtieq.

Uffiċjali/diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kienx hemm uffiċjali, diretturi, eċċ. li ngħataw extension sabiex wara l-61 sena jkomplu jservu d-dipartiment? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi kwalifiki għandhom u x'kienu r-raġunijiet? Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 kien hemm uffiċjal wieħed biss li ngħata extension sabiex jibqa’ jservi d-dipartiment wara l-61 sena. Dan għandu l-Advanced National Certificate in Agriculture. Ir-raġuni hija sabiex dan ikompli jaqdi dmirijietu bħala l-Kap tas-Segretarjat. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tliet uffiċjali li ngħataw estensjoni wara l-61 sena. Sena Grad Kwalifiki Ragunijiet 2000 Officer in Grade 5 Not available Esperjenza u tagħrif dwar l-esportazzjoni tal-patata 2004 Senior Technical Officer Nil Esperjenza fil-manutenzjoni u fault finding fis-sistemi tar- refriġerazzjoni 2004 Senior Fisheries Officer Nil Esperjenza fil-qasam tal- Fisheries Protection
Leg 10 PQ #15912 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Negozjati mal-Gvern Libjan

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati tal-Gvern Malti mal-Gvern tal-poplu Libjan dwar il-problema tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li llum ma jistgħux jistadu fl-ibħra tal-kosta Libjana?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-Gvern Malti qed jistenna mingħand il-Gvern Libjan tweġiba għat-talba tiegħu sabiex isiru diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim mal-kooperaturi tas-Sajd. Il-Gvern Mlati ma jistax jikkonkludi bħala Gvern ftehim dwar il-fisheries mal-Libja jew ma' xi Gvern ta' xi pajjiż ieħor.

Prezz ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-bajd f risk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-majjal f risk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ħalib frisk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li la f'Malta u lanqas f'Għawdex ma jinbiegħ ħalib frisk mir-razzett. Il-ħalib li jinbiegħ frisk jinbiegħ mill-kumpanija Malta Dairy Products Ltd.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tal-fenek fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ġbejniet friski fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l–prezz medju tal-ġbejniet din is-sena kien ta’ 10ċ il-ġbejna. Ma ssirx distinzjoni f’dan il-prezz bejn Malta u Għawdex. Ma hemmx statistika għall-ħames snin li għaddew.

Proprjeta' mikrija mill-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15443 u 15660 u jinformana kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-kirjiet ta' proprjeta' mikrija mill-gvern stess matul din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra totali li għad trid titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15443 f’Seduta 330.

MITTS

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15442 u 15661 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-bini mikri mill-MITTS matul din is-sena? Kemm huwa l-ammont dovut li jrid jitħallas biex il-kirja tkun "according ta' date"?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd matul din is-sena hallset Lm151,363 (VAT eskluż) għal kiri ta' bini. Dan ikopri l-perjodu ta l-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005 għal bini prinċipali tal-uffiċini tagħha f'Gattard House (Lm148,663) u għad-Disaster Recovery Site (Lm2,700). Dawn iċ-ċifri huma kollha imħallsin bil-quddiem u mingħajr VAT għax il-MITTS Ltd. tirkupra l-VAT.

Prezz tal-basal

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-basal imdaħħal fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.