Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar il-Mediterran — Trakkijiet tal-ħatt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-pulizija jinvestigaw kif jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivita' billi t-trakkijiet kbar u twal in kwestjoni qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; jimblukkaw l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjah ambulanza u skomdu kbir lir-residenti tal-madwar? Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-ilment ma jiġiex injorat?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16060.
Leg 10 PQ #16062 Sitting 340 2006-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran — Trakkijiet tal-Ħatt

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-pulizija jinvestigaw kif jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivit' billi t-trakkijiet kbar u twal in kwestjoni qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; jimblukkaw l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjah ambulanza u skomdu kbir lir-residenti tal-madwar? Jista' il-Ministru jara li l-ilment ma jiġiex injorat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u l-Pulizija ma jaqgħux taħt ir-responasabilta' tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Fl-istess ħin nirreferi lill-Onor interpellant għar-risposta mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16059.

Produzzjoni taċ-ċanga — Sussidju fuq dawl/ilma/fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15848, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni taċ-ċanga sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15495.

Produzzjoni ta' l-Uċuh tar-Raba' — Sussidju fuq Dawl/Ilma/Fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15846, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba' sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.

Produzzjoni tal-Bajd Frisk — Sussidju fuq Dawl/Ilma.Fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15845, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-bajd frisk sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.

Produzzjoni tat-Tjur — Sussidju fuq Dawl/Ilma/Fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15843, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tat-tjur sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16071.

Biċċerija tal-Marsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-meat and deboning section fil-biċċerija tal-Marsa hija magħluqa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li qed jitħejja dokument biex it-Taqsima ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tilqa' espressjonijiet ta' interess mingħand individwi jew organizzazzjonijiet sabiex imexxu fuq bażi kummerċjali id-Deboning Section fl-istess Diviżjoni.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li d-dipartiment tat-taxxi interni għandu jiġbor bħala ħlas dovuti tan-national insurance (bolla) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 separatament peress li għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: a) Kontribuzzjonijiet tal-Ewwel Klassi: 2000 Lm1,704,775 2001 Lm1,938,076 2002 Lm2,325,799 2003 Lm2,112,251 2004 Lm3,913,112 L-informazzjoni għas-sena 2005 tkun magħrufa meta jintbagħtu r-returns mill-employers fi Frar tas-sena d-dieħla. b) Kontribuzzjonijiet tat Tieni Klassi 2000 Lm1,138,661 2001 Lm1,076,276 2002 Lm1,239,358 2003 Lm1,164,725 2004 Lm1,439,648 2005 Lm 846,714 (Jannar – Awissu) Dawn L-ammonti jinkludu kontribuzzjonijiet ibbażati fuq stimi fejn ma tkunx intbagħtet il-formola tat-taxxa.

Sussidju fuq ħaxix u frott

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15831 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-verifiki meħtieġa waqgħu daqstant lura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-verifiki ħadu ż-żmien minħabba li numru ta’ bdiewa li kellhom jibbenefikaw mis-sussidju ta’ l-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) fuq frott u ħaxix ma kenux irreġistraw mas-sistema ta’ l- Integrated Administration and Control System (IACS) fis-sena 2005. Din kienet kundizzjoni marbuta ma’ l-ħlas ta’ dan is-sussidju. Il-ħlas tas-sussidji issa sar wara li ġiet indirizzata din il-problema billi f’dawn il-każi sar tnaqqis ta’ għaxra fil-mija bħala penali minflok li ntilef is-sussidju kollu. L-ammont totali li tħallas għall-perijodu Jannar-Ġunju kien ilaħħaq Lm 396,114. Nixtieq inżid li s-sussidju għall-perijodu Lulju-Diċembru 2005 se jsir bl-istess tnaqqis, iżda mis-sena 2006 ‘il quddiem dawk il-bdiewa li ma jkunux irreġistraw ma’ l-Integrated Administration and Control System (IACS) għall-“frott u ħaxix” u għall-“patata” mhux se jkunu eliġibbli għas-sussidju fuq dawn il-prodotti.
Leg 10 PQ #16059 Sitting 339 2006-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran — Trakkijiet tal-ħatt

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivita', għaliex qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; blukkar ta' l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi; u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjaħ ambulanza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li napprezza b’sodisfazzjon li l-Onor Interpellant innota anki d-dettalji ż-żgħar iżda importanti tar-restawr li qed isir fid-Dar il-Mediterran għal Konferenzi u l-madwar tiegħu, nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ġbidt l-attenzjoni tat-tmexxija ta’ Dar il-Mediterran dwar il-fatti li semma sabiex jiġi minimizzat sakemm possibbli l-inkonvenjent għar-residenti ta’ l-inħawi.

Dar il-Mediterran — Trakkijiet tal-Ħatt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivita', għaliex qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; blukkar ta' l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi; u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjaħ ambulanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda rapport kif indikat mill-Onorevoli Interpellant iżda l-Pulizija xorta għamlet spezzjoni fl-inħawi imsemmija u ma ġietx osservata xi ħsara fil-culverts u lanqas xi ostaklu fit-toroq. Għalkemm l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant ġie debitament innotat, ikun ferm apprezzat jekk fil-futur isir rapport lill-Pulizija immedjatament li tkun osservata xi irregolarita' kif imsemmija sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni fil-pront.

WSC — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jinformana xi grad kellhom il-ħaddiema Għawdxin tal-water services corporation li ġew trasferiti mal-kunsilli lokali f'Għawdex? Tista' tinformana wkoll, separatament, is-snin ta' esperjenza li dawn kellhom mal-water services corporation?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix infurmata bil-lista finali ta' dawn l-impjegati li sejjer jiġi revokat id-"detailing" tagħhom. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma' tistax tingħata għalissa.

Każ ta' relief

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex persuna bir-relief li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qatt ma qabdet pagament mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, minkejja t-talba li għamlet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex pensjonant li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma qabad pagament mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, minkejja t-talba li għamel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #16001 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija ta' Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-biċċerija ta' Għawdex għadha mhux tiffunzjona? Kemm kien in-numru ta' bhejjem li nżammu Malta minħabba li l-biċċerija f'Għawdex hija magħluqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-biċċerija ta’ Għawdex għadha ma hix tiffunzjona minħabba li għadu għaddej il-proċess ta’ upgrading tal-post. Jiena nfurmata wkoll li minn kemm ilha magħluqa l-biċċerija sal-aħħar ta’ Diċembru 2005 inqatlu 9,626 majjal u madwar 240 baqra u 250 barri f’Malta.

MIA — Boarder inspection point

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-boarder inspection point ta' l-MIA jinsab magħluq? Kemm sewa biex tlesta dan il-point u kemm huwa maħsub li l-gvern idaħħal flus mill-funzjoni tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej il-proċess ta' approvazzjoni tal-Border Inspection Post ta' l-MIA. Il-proġett sewa madwar Lm310,000. Id-dħul għall-Gvern minn dan il-Border Inspection Post jiddependi mill-kummerċ iġġenerat minn operaturi privati u mhux mill-operat tal-Border Inspection Post (BIP) fih innifsu.
Leg 10 PQ #15913 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kummissjoni bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi forma tal kummissjoni bejn Malta u l-Libja sabiex taħdem għal soluzzjoni dwar il-problema li qed jiffaċċjaw s-sajjieda Maltin u Għawdxin meta jistadu fl-ibħra tal-kosta Libjana? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri u kemm-il darba ltaqgħu? Jekk fin-negattiv, jista' il-gvern jikkunsidra l-proposta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nieħu nota tal-proposta ta` l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern Malti qajjem din il-materja dwar sajd minn sajjieda Maltin u Għawdxin ma` l-ogħla awtoritajiet tal- Gvern Libjan u din il-materja għadha suġġett ta` diskussjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm fil-fatt kienet il-produzzjoni lokali tat-tadam f'Malta u Għawdex separatament għall-industrija ta' l-ipproċessar lokali ta' l-istess sors? Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.