Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lands — Ċnus, qbiela u kirjiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern miċ-ċnus, qbiela, kirjiet, eċċ imħallsa lid-dipartiment ta' l-artijiet matul l-2005? Kemm kienu l-miri uffiċjali ta' dħul li l-gvern kellu jdaħħal f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul/miri tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern minn bejgħ, ċnus, qbiela u kirjiet għas-sena 2005 huwa kif ġej:- Miri Uffiċjali - Lm11,771,000 Dħul Uffiċjali - Lm14,609,300

Żvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiza globali ta' safar li saret matul l-2005 hija kif jidher hawn taht:- -Ministeru/Dipartiment - Lm18,086.80 (Lm1,475.89 to be reimbursed) -L-Awtorita' dwar it-Trasport - Lm16,857 . L-ispejjez, kemm min-naha tal-Ministeru/Dipartiment kif ukoll min-naha ta' l-Awtorita' thallsu kollha

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16893 Sitting 353 2006-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul l-2005 l-ispiża globali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fuq safar kienet ta` Lm413,112.47. Din l-ispiża hija kollha mħallsa.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tagħha ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispiża globali f’safar fl-2005 mill-Ministeru u d-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kienet ta’ Lm73,324.43, li minnhom Lm17,000 huma rifondibbli mill-Unjoni Ewropeja. Ninsab infurmata wkoll li ma hemm ebda ħlas pendenti fuq din l-ispiża.

Pensjoni ta' l-Invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' familji/persuni li fil-preżent jieħdu l-pensjoni ta' l-invalidita' f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru totali tal-persuni li preżentement qed jirċievu pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali hu ta' 8,777, li minnhom 6918 jgħixu Malta, 1289 jgħixu Għawdex u 570 jgħixu barra minn Malta.

Tjur tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet il-produzzjoni globali tat-tjur tas-simna f'pajjiżna matul l-2005 u kemm kienet f'ċifra globali ta' piż f'kilos ta' l-ipproċessar ta' dawn l-istess tjur? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni globali tat-tjur tas-simna fl-2005 kienet ta': Liveweight 6,247,562 kg fl-2004 " " " 8,280,293 fl-2003 " " " 10,045,606 In-numru ta' broilers kien hekk: fl-2005 2,879,500 fl-2004 3,771,290 fl-2003 4,555,272 Ta’ min igħid li llum in-numru ta’ impjanti approvati hu ferm anqas minn dak li kien qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan kien mistenni u jixhed il-konsolidament li sar f’dan is-settur.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża globali tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għas-sena 2005 kienet ta’ Lm 200,820.537, u din iċ-ċifra tħallset kollha. Minn din l-ispiża ġie rifondut l-ammont ta’ Lm 71,046.80 mill-Unjoni Ewropea. Dan jirrappreżenta persentaġġ ta’ 35.38% fuq l-ispiża totali ta’ safar konnessa ma’ xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea. Ta’ min igħid li l-ammont li jiġi rifondut mill-Unjoni Ewropea huwa fuq il-biljetti tas-safar biss, u l-ammont ta’ Lm 12,387.70 għad irrid jiġi rifondut. L-ispiża li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlet fuq safar matul l-2005 kienet tammonta għal Lm 68,401.89 li minnhom l-Unjoni Ewropea rrifondiet l-ammont ta’ Lm 12,953.34. Din iċ-ċifra tirrappreżenta persentaġġ ta’ 18.9% tas-somma totali. Is-somma ta’ Lm 55,448.55 tħallset kollha, u minnha mistenni li jiġi rifondut l-ammont ta’ Lm 6,494. L-ispiża globali fuq safar li sar matul l-2005 mill-kumpanija Wasteserv Malta Limited kienet ta’ Lm 18,639.26, li minnha tħallas l-ammont ta' Lm 17,227.00. Iċ-ċifra li tħallset mill-Unjoni Ewropea hija ta’ Lm2,549.44. Il-persentaġġ mill-ispiża totali hija ta’ 13.67%.
Leg 10 PQ #16883 Sitting 352 2006-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tagħha ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiza globali tal-Ministeru għal Għawdex ta' safar matul l-2005 kienet ta' Lm25436. Din ic-cifra tħallset kollha matul l-2005.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża globali li ntefqet matul l-2005 fuq safar mill-Ministeru, dipartimenti, kumpaniji, eċċ li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, kienet kif tidher hawn taħt:- Spiża Globali Ammont Rifondut Ammont li attwalment ntefaq u tħallas Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Lm 20,380.40 Lm9,566.59 Lm10,813.81 Taqsima tax-Xogħlijiet Lm 20,375.00 Lm4,839.00 Lm15,536.00 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi Lm 16,927.00 Lm 444.00 Lm16,483.00 TOTAL Lm57,682.40 Lm14,849.59 Lm42,832.81

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GATT, AUSTIN)

Xi informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #16860 Sitting 351 2006-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produzzjoni ta' l-għeneb għat-tagħsir

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-għeneb għat-tagħsir reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Kemm kienet il-produzzjoni in kwestjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-għeneb għall-għasir f’Għawdex fl-2005 qiegħda tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun lesta. Dwar produzzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, jiena nfurmata li fl-2004 din kienet tammonta għal madwar 350,000 kilogram, u li qabel din is-sena ma’ kienitx tinżamm statistika tal-produzzjoni.

Riabilitazzjoni tal-widien

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex qed jintuża l-konkos fix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-widien u mhux metodi sostenibbli u li jħallu anqas impatt fuq l-ambjent u l-ekoloġija tal-widien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li l-użu tal-konkos fix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni tal-widien qed ikun ristrett għal dawk il-partijiet fejn ikun meħtieg għal raġunijiet strutturali, għal dawk il-partijiet fejn hu meħtieg li l-ilma jgħaddi bla xkiel u wkoll biex ikun faċli li jsir tindif u manutenzjoni bl-inġenji. Ovjament, il-ġebla Maltija, inkluż ħitan tas-sejjiegħ, jiddaħlu kull fejn ikun teknikament possibbli.
Leg 10 PQ #16874 Sitting 351 2006-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Beach cleaners

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' beach cleaners li d-dipartiment għandu u liema huma l-bajjiet u x-xtut li dawn huma responsabbli li jnaddfu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta' nies li huma nkarigati jnaddfu ix-xtut huwa ta' 103. Minn dawn 85 persuna huma mpjegati tal-Gvern u 18 ġejjin mill-IPSL. 10 persuni mill-grupp totali jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u manifattura fuq slielem e dustbins fil-workshop. Il-bajjiet u xtut li jiġu mnaddfa mis-sezzjoni huma kif ġej: Ċirkewwa , Torri l-Abjad, Little Armier, Armier, Ta' Kejli, Għadira, Gerbulin, Imġiebaħ, Mistra, Golden Sands, Riviera Bay, Xemxija, Ġnejna, Taħt il-Veċċa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Salini, Baħar iċ-Cagħaq, Pembroke, Bajja tal-Magħtab, San Ġiljan, Bajja ta' San Ġorġ, Sliema, Valletta, L-Isla, Birgu, Kalkara, Rinella, Xagħjra, Wied il-Għajn kollu, Delimara, Kalkara, St Peter's Pool, Xorb il-Għaġin, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Buni u Għar Lapsi.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #16880 Sitting 351 2006-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-2005 l-ispiża globali fuq safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet, dipartiment u kumpanniji fid-dekasteru tiegħu kienet ta' Lm 154,091.29, liema ċifra tħallset kollha.

Prezz tal-Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16302, jista' il-Ministru jaġġornana għas-sena 2005 globali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-prezz globali għall-laħam tal-fenek għas-sena 2005 huwa ta' Lm3.66.