Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu f'Malta u Għawdex matul l-2005 minn ommijiet xebbiet u ommijiet separati? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jistax jingħata t-tagħrif eżatt kif ġie mitlub minħabba li l-informazzjoni li jirċievi l-NSO mhux dejjem tiddistingwi bejn ommijiet, xebbiet u ommijiet separati. It-tagħrif li qed jingħata hawn jinkludi ulied ta’ ommijiet single, separati, divorzjati, romol u dawk li kellhom iż-żwieg annullat.
Sena
Numru
2000
470
2001
521
2002
554
2003
658
2004
727
2005*
783
*Tagħrif Provizzorju
B'riferenza għas-sussidji ta' flus lill-bdiewa, jista' il-Ministru jinformana kemm żdiedet il-produzzjoni lokali tat-tadam għall-ipproċessar matul l-2005 sabiex din tilħaq il-livell tas-27,000 tunnellata? X'effett kellhom dawn is-sussidji biex jivvantaġġjaw iż-żieda fil-produzzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru 15914 u 15915.
L-effett li kellhom is-sussidji huwa li l-prezz li ħallsu l-proċessuri għall-materja prima ippermettielhom li jkollhom prodotti li jikkompetu ma' dawk impurtati. Għalhekk setgħu ikomplu l-operat tagħhom, u jiffirmaw kuntratti ma' bdiewa u għaqdiet tal-produtturi għall-provvista ta' tadam għall-ipproċessar mingħajr ma jirrikorru għall-importazzjoni tal-materja prima.
B'riferenza għas-sussidji ta' flus lill-bdiewa, jista' il-Ministru jinformana kemm żdiedet il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna matul l-2005 sabiex din tilħaq il-livell ta' 10,000 tunnellata live weight? X'effett kellhom dawn is-sussidji biex jivvantaġġjaw iż-żieda fil-produzzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sussidju li ngħata lill-industrija tat-tjur tas-simna kien intenzjonat sabiex jitraħħsu l-prezzijiet tal-prodott lokali u b'hekk ikun aktar kompetittiv. Il-livell ta’ produzzjoni jiddependi minn fatturi oħrajn importanti fosthom id-domanda fis-suq, il-marketing li jsir minn proċessuri approvati.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-ġbejniet friski reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma tinzammx statistika tal-produzzjoni ta' gbejniet friski.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex għadu ma ġiex riabilitat u restawrat ir-razzett tal-Bagħal fil-ġonna tal-Buskett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-restawr tar-razzett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hija waħda mill-affarijiet li qed jiġi diskuss mill-Kumitat Konsultattiv Dwar il-Buskett. Dan il-Kumitat, magħmul minn membri ta’ diversi Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (Non-Governmental Organisations – NGOs) u mill-Gvern, qed jiddiskuti ħafna interventi varji fuq il-Ġonna tal-Buskett.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiswa r-reklamar għas-settur lokali tat-turiżmu li se jsir fuq CNN u l-BBC matul din is-sena? X'qed jistenna bħala riżultat f'dak li huwa numru ta' turisti frott ta' dawn ir-reklami fuq perjodu ta' tlett snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mistenni li jkunu minfuqa madwar Lm 360,000 (US$ 1,000,000) f'pubbliċita' favur Malta fuq l-istazzjon tas-CNN. Dan ikopri l-Ewropa kollha, in-Nord ta' l-Afrika u l-Lvant Nofsani.
Huwa mistenni li b'dawn ir-reklami jintlaħqu żewġ oġġettivi:
tiżdied sostanzjalment id-dehra ta' Malta fi swieq internazzjonali, u b'hekk tiżdied il-possibilta' li nies f'dawn il-pajjiżi jitħajjru jżuru Malta;
tkun ukoll l-ewwel possibilta' li jkollna biex nesponu lill-Malta fid-dawl tar-riżultati miksuba bħala parti mill-
branding exercise
b'enfasi fuq il-
core values
(
Hospitality, Heritage and Diversity
).
Ma jirriżultax illi se jsiru xi reklami fuq il BBC.
Kemm kien in-numru ta' persuni u kumpanniji li weħlu multi mid-dipartiment tal-VAT matul l-2005 separatament?
Kemm hu l-ammont ta' flus globali tagħhom? Kemm tħallsu minn dawn il-multi u kemm minnhom qed jiġu kkontestati? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skond il-liġi tal-VAT 1998 (Kap.406), id-dipartiment għandu setgħa sabiex japplika l-multi kontemplati mill-liġi.
Dawn jikkonsistu f’penali f’każ ta’ kompromess meta persuna li tagħmel il-bejgħ tkun għamlet reat kontra xi provediment tal-liġi tal-VAT bħal meta ma tkunx tat irċevuta fiskali jew għax l-irċevuta ma tkunx korretta. F’dawn il-każijiet wieħed jista’ jħallas il-multa ta’ kompromess (compromise fine) flok jilta’ l-Qorti. Dettalji jinsabu f’dokument ‘A’.
Hemm ukoll multi oħra li wieħed jista’ jeħel meta per eżempju, jew għax ikun irreġistra tard (wara 30 jum mid-data li jkun beda l-attivita’ ekonomika), jew għax ikun bagħat id-denunzja wara d-data ta’ l-għeluq, jew għax ikun bagħat id-denunzja mingħajr il-pagament jew inkella b’pagament inqas minn dak indikat. Barra dawn il-multi, hemm multi oħra imposti meta persuna irreġistrata tkun għamlet dikjarazzjoni ħażina, jew meta tkun għamlet talba għal rifużżjoni ta’ taxxa (input tax) meta din ma tkunx dovuta lilha. Għal aktar dettalji ara dokument ‘B’.
Is-sistema tal-VAT tipprovdi għall-approprijazzjoni ta’ kull ammont imħallas sabiex jiġi allokat kontra penali u mgħax dovuti fuq perjodi qodma li jkunu għadhom m’humiex magħluqa. Għaldaqstant, mhux possibli li wieħed jiddetermina kemm mill-multi diġa tħallsu.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' żgħażagħ, studenti u tfal taħt is-16-il sena li daħlu fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa lokali għall-kura kawża ta' overdose, swat domestiku, problemi ta' alkaħol u kawża ta' tqala?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Sena
Overdose
Swat Domestiku
Problemi ta' alkoħol
Kawża ta' Tqala
2001
41
172
6
19
2002
31
145
3
12
2003
30
208
0
18
2004
29
258
0
19
2005*
24
393
4
16
*Ċifri għas-sena 2005 huma proviżorji.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni tat-tjur tas-simna reġistrata f’Għawdex matul is-sena 2005 kienet ta 499,304 ras filwaqt li fis-snin ta’ qabel min meta bdiet tinżamm l-istatistika, il-produzzjoni kienet kif ġej :
Sena 2002
(Lulju sa Diċembru)
492,445 ras
Sena 2003
(Jannar sa Diċembru)
1,251,699 ras
Sena 2004
(Jannar sa Diċembru)
828,036 ras
Sena 2005
(Jannar sa Diċembru)
499,304 ras
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-ħalib frisk reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni lokali ta’ ħalib frisk reġistrat f’Għawdex matul is-sena 2005 kienet ta’ 2,511,801 gallun filwaqt li fil-ħames snin ta’ qabel kienet kif ġej :
Sena
2000
2,460,024 gallun
Sena
2001
2,506,938 gallun
Sena
2002
2,404,712 gallun
Sena
2003
2,370,928 gallun
Sena
2004
2,496,599 gallun
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta’ bajd frisk reġistrat f’Għawdex matul is-sena 2005 kienet ta 9,646,170 bajda filwaqt li meta bdiet tinżamm statistika, tal-produzzjoni din kienet kif ġej :
Sena 2002
(Lulju sa Diċembru)
3,292,620 bajda
Sena 2003
(Jannar sa Diċembru)
11,525,040 bajda
Sena 2004
(Jannar sa Diċembru)
10,503,270 bajda
Sena 2005
(Jannar sa Diċembru)
9,646,170 bajda
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta’ laħam taċ-ċanga f’Għawdex matul is-sena 2005 hija stmata li kienet ta 233 tunnellati filwaqt li għas-snin 2000 - 2004 il-produzzjoni hija stmata li kienet kif ġej :
Sena 2000
260 tunnellati
Sena 2001
283 tunnellati
Sena 2002
245 tunnellati
Sena 2003
240 tunnellati
Sena 2004
256 tunnellati
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni tal-laħam tal-Majjal f’Għawdex matul l-2005 kienet tammonta għal 515 tunnellati u li l-produzzjoni matul l-aħħar ħames snin kienet kif ġej:
Sena
2000
450 tunnellati
Sena
2001
515 tunnellati
Sena
2002
554 tunnellati
Sena
2003
520 tunnellati
Sena
2004
436 tunnellati
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-fniek reġistrat f'Għawdex matul l-2005? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma tinżammx statistika tal-produzzjoni tal-laħam tal-fenek.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija matul l-2005 u f'liema grad kienu? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Jista' il-Ministru jinformani min kienu l-esperti fil-qasam ta' l-agrituriżmu li żaru l-gżejjer tagħna sabiex jipproponu pjan lill-gvern għall-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli fil-gżejjer tagħna? Jista' ipoġġi kopja ta' dawn il-pjani fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li la l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u lanqas l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ma ġabu ebda espert fil-qasam ta' l-agrituriżmu f'Malta.