Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: Health Division Lm87,000 (petrol & diesel) + Lm126,973 (boiler thin fuel oil) Mount Carmel Hospital Lm7,822 (petrol &diesel) + Lm81,645 (boiler thin fuel oil) Elderly & Community Care Lm17,059 (petrol & diesel) + Lm 174,493 (boiler & generator thin fuel oil) Zammit Clapp Hospital Lm6,272 (petrol &diesel) + Lm7,615 (boiler thin fuel oil) Medicines Authority Lm290 (petrol & diesel)

Riżorsi u Infrastruttura — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa globali għal fuel tal-Ministeru, enti, kumpaniji, eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi matul l-2005, kienet kif tidher hawn taħt:- Spiża Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Lm6,973.15 Taqsima tax-Xogħlijiet Lm224,077.00 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi Lm5,200.00 Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Industrija Lm1,845.59 Spiża Globali Lm238,095.74

Żvilupp Urban u t-Toroq — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2005 kienet tammonta għal :- Minsiteru/Dipartiment Lm 7,011.92 L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm 28,647.00

Ġustizzja u Intern — Fuel

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16877 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Fuel

Question

ista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa globali għall-fuel tal-Ministeru, enti, kumpaniji, eċċ li jaqgħu taħt il-Minsteru tiegħi, matul l-2005 kienet ta' Lm79,657.87.Barra minn dan is-somma ta' Lm82,979.04 tintefaq fi fuel biex titħaddem il-Pixxina Nazzjonali.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Fuel

Question

ista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-nefqa globali għal fuel tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni, inkluż id-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħtu, matul is-sena 2005 kienet dik ta' Lm40,625.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha matul l-2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-nefqa globali matul 2005 għal fuel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet ta’ Lm457,355.39, li minnhom Lm402,121, jirreferu għal Forzi Armati ta’ Malta. Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, in-nefqa globali matul 2005 kienet ta’ Lm51,890, li minnhom Lm15,254 jirreferu għad-dwana.

Kumpanniji kummerċjali mħarrka mill-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' kumpanniji kummerċjali li ġew imħarka mill-pulizija minħabba ksur ta' permessi maħruġa mill-pulizija u/jew enti tal-gvern bħad-dipartiment ta' l-artijiet, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli jidher li kien hemm kumpannija waħda li tressqet il-Qorti mill-Pulizija talli kienet qed topera mingħajr liċenzja mingħand l-awtorita' regolatorja.

Taħrik fuq ksur ta' kondizzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' persuni li ġew imħarrka mill-pulizija fuq irregolarita' u cioe' ksur tal-kondizzjonijiet, regoli u liġijiet marittimi ta' pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 135 persuna li ġew imħarrka mill-Pulizija dwar xi ksur ta' liġijiet jew regolamenti marittimi.

Tfal mibgħuta għal kura barra minn Malta

Question

Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal b'ċittadinanza Maltija li marru barra minn Malta għal kura medika, eċċ? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kaxxi tad-dugħ

Question

B'riferenza għar-rapporti li dehru fil-ġurnali lokali l-"Orizzont" dwar kaxxi (dugħ) maħmuġin u mimlija skart, jista' il-Ministru jifnormani x'irriżulta mill-investigazzjonijiet li għamilt dwar dak li ġie rrapportat u cioe' allegat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ħasil tal-kaxxi tad-dugħ huwa responsabbiltà tal-kumpanija Pitkali Crates Ltd. Id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura flimkien ma' Spettur tas-Saħħa qegħdin jagħmlu spotchecks regolari fuq l-operat tal-ħasil ta’ dawn il-kaxxi. Ir-riżultat ta’ dawn l-ispotchecks mifruxa fuq medda ta’ xahar huwa li minn kull 110 kaxxa spezzjonati nstabu biss medja ta’ 13-il kaxxa nadifa wara l-ħasil. Ta’ min igħid ukoll li ntbagħtet ittra li d-diriġenti tal-kumpanija sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni u jtejbu l-operat tagħhom mill-aktar fis.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, li jinkludi dawk id-direttorati kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż il-Biċċerija, l-Għammieri u ċ-Ċentru ta’ l-Akwakultura f’San Luċjan, ħallas l-ammont ta’ Lm202, 307.41 għax-xiri ta’ fuel. In-nefqa globali għal fuelli l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlet matul s-sena 2005 tammonta għal Lm 26,226.56. Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2005 mill-kumpanija Wasteserv Malta Co Ltd kienet ta’ Lm 36,527.59.
Leg 10 PQ #17152 Sitting 358 2006-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali matul l-2005 għal fuel tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet ta' Lm 35,734.12.

Bdiewa, raħħala u sajjieda

Question

Matul is-sena 2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda żgħażagħ reġistrati f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku dwar x’qed ifisser b’ “reġistrati”.

Ommijiet taħt is-16-il sena

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu minn ommijiet ta' taħt is-16-il sena matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej : Sena Eta’ ta’ l-Omm Taħt is-16-il sena 16-il sena 2000 19 22 2001 16 29 2002 11 26 2003 17 26 2004 21 28 2005 14 40

Speed cameras — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu b'riżultat ta' l-istallazzjoni ta' speed cameras matul l-2005? Kemm minnhom ġew kontestati u kemm tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2005 permezz ta’ l-ispeed cameras hu kif ġej: (a) Numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa: Lokalita’ Numru Qormi 2,175 San Pawl il-Baħar 4,191 San Ġiljan 20,313 (b) Kemm minn dawn tħallsu: Lokalita’ Numru Qormi 1,750 San Pawl il-Baħar 3,553 San Ġiljan 15,082 (c) Kemm ġew ikkontestati u s-sentenza tat-Tribunal: Guilty admits: 11 Time barred: 58 Withdrawn 106 Not Guilty 997 Guilty 1,047 Guilty – No show 4,157