Jista' il-Ministru jgħid għaliex ittieħdu l-imħażen fejn jinħażnu l-kaxxi nodfa (dugħ) sabiex jintużaw għal għanijiet oħra?
Meta ttieħdu u meta se jingħataw imħażen ġodda għall-ħażna tal-kaxxi nodfa li jaħslu l-Pitkali Crates Ltd.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mhux minnu li ttieħdu l-imħażen iżda ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu passi sabiex l-imħażen il-ġodda għall-ħażna tal-kaxxi nodfa li jinħaslu mill-Pitkali Crates Ltd jiġu mkabbra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16892 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17053, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa, sajjieda u raħħala żgħażagħ f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru ma jżommx statistika ta’ kemm hawn bdiewa, raħħala u sajjieda żgħażagħ u/jew m'humiex. Il-permessi u liċenzji jinħarġu fuq farms, dgħajjes u individwi. L-Empoyment and Training Corporation (ETC) u l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huma aktar f'pożizzjoni li jagħtu din l-informazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17065 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal b'ċittadinanza Maltija li marru barra minn Malta għal kura medika, eċċ?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tfal li ntbagħtu barra minn Malta għal kura f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:
Sena
Numru ta' tfal
2001
112
2002
97
2003
96
2004
106
2005
100
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa s-sussidju dovut lill-bdiewa fuq l-għeneb li pproduċew f'Awissu 2005 għall-industrija lokali? Jista' jara li jitħallsu s-sussidji peress li għaddew aktar minn sitt xhur u l-bdiewa għadhom ma tħallsux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidju fuq id-dwieli jingħata bir-rata ta' Lm35 kull tomna, u mhux fuq il-produzzjoni, hekk kif ikun applika l-bidwi ma’ l-uffiċċju ta’ l-Integrated Administration and Control System (IACS) u vverifikat fir-Reġistru ta' l-Għelieqi tad-Dwieli mit-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enoloġija. Il-pagamenti jiġu maħdumin wara li l-bidwi jibgħat id-dikjarazzjoni tal-ħsad ta' l-għeneb hekk kif mitlub mill-Att Dwar l-Inbid (2001). Id-data ta' l-għeluq skond il-liġi hija l-31 ta' Ottubru iżda f'ittra li intbagħtet lill-bdiewa din id-data ġiet estiża sas-16 ta' Diċembru għas-sena 2005. Id-dikjarazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati u vverifikati biex is-sussidju jinħadem mill-aktar fis possibbli.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mir-rapport ta' l-espert ta' l-FAO dwar il-poultry industry? X'passi ttieħdu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li wara s-seminarli kien organizzat mill-proġett tal-Food and Agriculture Organization (FAO) fit-28 ta' Ottubru 2005, fuq is-suġġerimenti li saru mill-esperti mqabbdin mill-Food and Agriculture Organization (FAO) stess, saru diversi laqgħat ma’ persuni li għandhom x’jaqsmu mas-settur tat-tjur. Ittieħdu wkoll xi azzjonijiet.
Nhar it-18 ta' Novembru 2005 kienet organizzata laqgħa bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, u xi uffiċjali oħra tal-Ministeru biex jiffurmaw il-Poultry Forum kif kien issuġġerit mill-esperti tal-Food and Agriculture Organization (FAO). F'din il-laqgħa kienu approvati l-membri ta' dan il-Forum, u l-għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu. Wara saru diversi laqgħat ma’ uffiċjali nkarigati mill-Koperattivi tat-Tjur u l-proċessuri tat-tiġieġ biex tkun analizzata s-sitwazzjoni tas-settur.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 17154 u tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha matul l-2005?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa għall-fuel tal-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqghu taħtu għas-sena 2005 kienet ta' Lm39,867.72.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li minkejja sussidji li qed jingħataw lill-produtturi tat-tjur tas-simna, il-produzzjoni naqset daqstant matul l-2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-produzzjoni tiddependi mill-konsum tan-nies. Għalhekk, jekk bħal ma kien hawn, ikun hawn il-biża', il-konsum jonqos. Minbarra hekk, l-importazzjoni ta' prodotti tat-tjur minn barra kibret u għalhekk il-produttur inaqqas mill-produzzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16860, tista' il-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet li ma nżammitx statistika f'Għawdex qabel is-snin in kwestjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qabel l-2004 ma nżammitx statistika minħabba li f’dawk is-snin ma kienx obligatorju li l-bdiewa jagħmlu dikjarazzjoni tal-produzzjoni tal-għeneb għall-għasir.
Jista' il-Prim Ministru jinformana għaliex meta l-basket tal-muniti kien ivarja bejn 60% fil-euro, 20% fl-isterling u 10% $US u 70% euro, 22% sterling u 8% $US, il-valur tal-lira Maltija kien medja ta' 242 u 238 euro għall-valur ta' Lm100, illum li l-basket tal-munita huwa 100% fl-euro, il-valur għal kull Lm100 jvarja bejn 222 u 228 euro, cioe' valur anqas meta ssaħħet il-munita b'effett tal-100% tal-basket fil-munita euro?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-ispjegazzjoni tinsab fil-fatt li l-valur tal-lira Maltija kien, u għadu sal-lum jiġi influwenzat miċ-ċaqlieq fis-swieq internazzjonali tal-kambju. Dan peress li l-lira Maltija minn dejjem kienet marbuta ma’ basket ta’ minuti li, b’differenża minn dik Maltija, jiġu nnegozajti fis-swieq internazzjonali.
Sa l-aħħar ta’ April 2005 il-valur tal-lira Maltija kontra l-euro kien jiġi ddeterminat miċ-ċaqlieq fuq is-swieq ta’ l-istess euro (70%), tad-dollaru Amerikan (10%) u tal-lira Ingliza (20%). Mill-bidu ta’ Mejju 2005 ‘l hawn il-lira Maltija hija marbuta għal kollox ma’ l-euro (100%) u għalhekk il-valur tagħha jibqa’ l-istess kontra l-euro iżda jiċċaqlaq kontra il-muniti internazzjonali l-oħra skond kif jiċċaqlaq il-valur ta’ l-euro.
Issa l-fatt li llum il-lira maltija ġġib inqas euro milli kienet iġġib bejn l-2002 u l-2004 huwa dovut għall-fatt li, waqt li sa l-2004 l-euro kien qed jiddgħajjef kontra il-lira Maltija, minn Jannar 2005 sad-dħul tal-lira Maltija fl-ERM II f’Mejju l-euro reġa’ beda jissaħħaħ.
Nixtieq nippreċiża li illum Lm100 iġibu €233 skond ir-rata ta’ parita’ ċentrali li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Mejju 2005, li kienet ir-rata ta’ l-egħluq fis-suq fit-30 ta’ April. Ir-rati ta €222 – 228 li kkwota l-onorevoli interpellant jistgħu jkunu rati li jikkwotaw il-ħwienet u li jinkudu spejjez bankarji u oħrajn.
Ta’ min ifakkar iżda li rati bħal dawn huma biss indikattivi. Il-munita legali ta’ pajjiżna hija l-lira Maltija u ħadd ma jista’ jiġi mitlub iħallas għal xi prodott jew servizz bl-euro jew b’xi munita barranija oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali taż-żjut matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 17168.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16888 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali ta' safar matul is-sena 2005 kienet ta' Lm510,428.63. Din iċ-ċifra tinkludi is-somma ta' Lm408,540.32 li ntefaq fuq il-pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta.
Din is-somma tinkludi wkoll nefqa kif ġej:
Diviżjoni tas-Saħħa Lm78,706.39
Sptar Monte Carmeli Lm 1,873
Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Kommunita' Lm 761.71
CEO, MDH Lm11,517.15
Medicines Authority Lm 8,359
Sptar Zammit Clapp Lm 671.06
Din is-somma tħallset kollha.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16886 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tad-diesel matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2001,2002, 2003 u 2004 tinsab fir-Rapporti Annwali tal-Korporazzjoni Enemalta. L-informazzjoni għas-sena 2005 għadha ma ġietx ippublikata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-petrol matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.17168.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali ta' l-unleaded petrol matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-jet fuel matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru:17168.
Fid-dawl tat-telf ta' impjiegi u ta' telf ta' bejgħ li qed jissokta fl-industrija lokali tat-tjur tas-simna, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern sabiex din l-industrija terġa' tilħaq lura l-produzzjoni ta' 10 miljun kilo (life weight)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17058.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-gass matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali għall-fuel tal-Ministeru u enti, li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi matul l-2005 kien ta' Lm 45,553.64 maqsumin bejn Lm 30,539.17 fi fuel għall-karozzi u Lm 15,014.47 fi fuel ieħor għall-heating u ieħor simili. Dawn l-ammonti jinkludu l-ispiża kollha għall-Ambaxxati, l-MIC, Forum Malta fl-Ewropa u l-ispiża taċ-CHOGM.