Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapporti li saru mill-esperti dwar il-problemi li nħolqu fuq it-tarmac il-ġdid tal-bypass tal-Ħemsija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentarti numru 17922.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-isptarijiet kawża ta' overdose u/jew veleni oħra f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa fl-2005 hu kif ġej:
Nota: It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kateġorji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi
(ICD-9 codes E850 - E858; ICD- 10 codes X40 -X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi
(ICD-9 codes E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew primeditat
(ICD-9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10-Y14)
It-totali għal kull Kategorija għas-sena 2005 huma mniżżlin fit-tabella ta' hawn taħt:
Sena 2005
Total
Kategorija A
18
Kategorija B
0
Kategorija C
125
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-fuel f'Għawdex matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, separatament, kemm kien in-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija, separatament mill-qatla regolari tal-majjal u ċanga?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija, separatament mill-qatla regolari tal-majjal u ċanga kien hekk kif jidher hawn taħt :
2001 2002 2003 2004 2005
Ovini 138 118 80 101 89
Ħrief 199 117 91 68 21
Kaprini 10 13 6 9 5
Gidien 14 2 11 22 12
Żwiemel/
Ekwini 365 326 284 296 340
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna f'Għawdex u Malta separatament f'Jannar u Frar 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni (qatla) f’Malta għal Jannar 2006 kienet ta’ 202,721 rjus (470,737 Kg). F’Għawdex ma kienx hemm biċċerija liċenzjata f'Jannar 2006. Il-bdiewa Ġħawdxin niżżlu 15,308 rjus (40,017.5 Kg) għall-qatla f'Malta.
Iċ-ċifri għal Frar għandhom sa l-aħħar ta' Marzu biex jidħlu kollha, għalhekk ma nistax ngħati ċifra ghal Frar 2006 għalissa.
Peress li l-FAO hija taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17581?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta hi membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija ta’ l-Ikel u Biedja (FAO) u għalhekk il-FAO ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tat-tadam għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament? Kemm kien is-sussidju dovut fuq din il-produzzjoni u meta se jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-qarabali u karrotti għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament? Kemm kien is-sussidju dovut fuq din il-produzzjoni u meta se jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' l-ispinaċi, lumi, basal u tewm għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament? Kemm kien is-sussidju dovut fuq din il-produzzjoni u meta se jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-ħxejjex friski prodott prodott għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament? Kemm kien is-sussidju dovut fuq din il-produzzjoni u meta se jitħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’Seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17156 u 17573 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li nefqa globali kienet ta' Lm126,531,645.
Kif jispjega l-fatt il-Prim Ministru li filwaqt li l-imprenditur għal kull valur ta' 242 euro kien jissarraf Lm100 f'Ottubru ta' l-2003, illum fl-2006 iħallas Lm109 sabiex jakkwista l-valur ta' 242 euro u dan meta llum il-basket tal-muniti huwa 100% fl-euro u mhux 60% kif kien fl-2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — fuel
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17156 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji li matul l-2005 inqabdu mid-dipartiment tas-saħħa jipproċessaw tjur importati kif ukoll irriżulta f'rapport ta' espert tal-FAO li kien hawn Malta fl-istess sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiswa l-ispiża biex jitħaddem l-inċineratur tal-biċċerija? Min se jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li qegħdin isiru diversi studji biex tiġi ddeterminata l-aħjar sistema biex jitħaddem l-inċineratur. F'dan l-istadju għadha ma tteħditx deċiżjoni finali.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-substation li kellha tintuża biex tħaddem is-saħħa tad-dawl li jeħtieġu l-inċineratur tal-biċċerija u d-deboning section baqgħet ma saritx matul l-2005? Meta se tiġi stallata u kemm se tiswa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta' "upgrading" tas-substation fil-biċċerija beda fl-2005 u qiegħed isir bil-għan li jilqa’ għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-impjanti kollha fil-kumpless tal-biċċerija. Dan kollu qiegħed isir fi proġett konġunt ma' l-Enemalta biex jassigura li l-istallazzjoni issir fin-normi tas-sigurtà u saħħa, u li s-sistema ta' distribuzzjoni kollha tiġi mmodernizzata.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur tal-biċċerija ma tħaddimx f'Ottubru 2005, kif kien dikjarat mill-gvern? Meta se jibda jaħdem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur il-ġdid huwa ntiż li jibda jaħdem aktar tard din is-sena wara li jiġi kkomissjonat skond ir-regoli stabbiliti għal impjanti ta’ dan il-ġeneru.