Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxa fuq l-ivvjaġġar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' l-ivvjaġġar matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eco contribution

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-Eco contribution matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-Eko Kontribuzzjoni kien kif jidher fit-tabella : 2005 2006 Jannar Lm 26,741 Lm 148,896 Frar Lm 171, 442 Lm 253,138 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li din il-kontibuzzjoni ġiet introdotta f’Settembru 2004 u għalhekk ma nistax nipprovdi l-informazzjoni li qed tintalab.

Pulizija — Kolliżjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku reġistrati mal-pulizija matul l-2005? Kemm kienu l-każi ta' bumper to bumper fl-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 il-Pulizija kellha 4,181 rapport dwar inċidenti tat-traffiku. Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, mill-15 ta' Jannar 1998, l-inċidenti bumper to bumper ma baqgħux ikunu irrapurtati lill-Pulizija, filwaqt li mill-1 ta' Marzu 2004, inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa' jew ħsara fi proprjeta' pubblika, bdew jiġu rrapurtati lill-Gwardjani Lokali.

Produtturi tat-tjur

Question

Skond l-informazzjoni ta' l-ETC, jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna fil-preżent f"Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' produtturi tat-tjur tas-smina, (farming poultry), skond il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, f'Malta u Għawdex għall-aħħar ħames snin, sena b'sena kienu hekk: Diċ-01 Diċ-02 Diċ-03 Diċ-04 Diċ-05 Malta 58 59 60 60 56 Għawdex 11 12 10 11 12 Total 69 71 70 71 68

Dipartiment tas-sanita' — Importazzjoni ta' tiġieġ difrostjati

Question

Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kumpanniji li nqabdu mid-dipartiment tas-sanita' jiddifrostjaw tiġieġ impurtati skond kif ġew rappurtati f'rapport ta' l-esperti ta' l-FAO lill-Gvern Malti? X'miżuri ttieħdu kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005, waqt spezzjonijiet li saru minn Spetturi tas-Saħħa, instabu sebat iħwienet tal-laħam f'Malta, fejn kien qiegħed isir iddifrostjar ta' tiġieġ. It-tiġieġ in kwistjoni ġew issiġillati u wara ingħataw volontarjament u distrutti mill-istess Spetturi. F'każ minnhom, is-sid tal-ħanut ittella' l-qorti għaliex instab li kien sar tbagħbis mas-siġilli li kienu għamlu l-Ispetturi tas-Saħħa. F'Għawdex ma nstab l-ebda każ simili.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq inżid li din m’hix is-somma finali minħabba li għad hemm numru ta’ Advances li għad iridu jiġu finalizzati. Apparti hekk, jien infurmat li l-Kummissjoni Elettorali qed tirrifjuta li tgħaddi l-informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16877 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16877 f’din l-istess seduta.

Valur tal-Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17703 u jgħid kif jispjega l-fatt il-Prim Ministru li filwaqt li l-imprenditur għal kull valur ta' 242 euro kien jissarraf Lm100 f'Ottubru ta' l-2003, illum fl-2006 iħallas Lm109 sabiex jakkwista l-valur ta' 242 euro u dan meta llum il-basket tal-muniti huwa 100% fl-euro u mhux 60% kif kien fl-2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid ma dak li ġa irrispondejt f’Mistoqsija Parlamentari numru 17305 u 16766.

VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub jiġi ppubblikat regolarment kull xahar fil-Gazzetta tal-Gvern fl-aħħar Ġimgħa tax-xahar.

Taxxa ta' l-Income

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' l-income matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub jiġi ppublikat regolarment kull xahar fil-Gazzetta tal-Gvern fl-aħħar Ġimgħa tax-xahar.

Dħul mill-NI

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien id-dħul mill-NI, bolla tas-sigurta' soċjali, matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxa tas-Sisa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tas-Sisa matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Dwana

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tad-Dwana matul Jannar u Frar 2006 separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema tas-Sea Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15370 u jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ħadd mill-ħaddiema tas-Sea Malta ma kien miżmum milli japplika għal xi xogħol alternattiv mas-Settur Pubbliku.

Valur tal-euro

Question

Kif jispjega l-fatt il-Prim Ministru li filwaqt li l-imprenditur għal kull valur ta' 242 euro kien jissarraf Lm100 f'Ottubru ta' l-2003, illum fl-2006 iħallas Lm109 sabiex jakkwista l-valur ta' 242 euro u dan meta llum il-basket tal-muniti huwa 100% fl-euro u mhux 60% kif kien fl-2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17179 f’seduta 362.

Imħażen fejn jinżammu l-kaxxi nodfa (dugħ)

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17702, jista' il-Ministru jinformana f'liema imħażen ġie stallat l-impjant tal-grading station tal-ħaxix u frott frisk jekk mhux fl-imħażen in kwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-grading station tpoġġiet f'maħżen ġdid mibni appoġġ fejn hemm l-apparat tal-ħasil tal-kaxxi. Qed jiġi kkunsidrat li jitkabbar il-faċilità ta’ fejn jinħaslu l-kaxex sabiex jikber l-istorage space.

Biċċerija — Inċineratur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17642, jista' il-Ministru jinformana għaliex meta għadhom ma tteħdux deċiżjonijiet finali, il-gvern kien ħabbar li l-inċineratur kellu jibda jitħaddem f'Ottubru ta' l-2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni dwar kif ser jitħaddem l-inċineratur m'għandu x'jaqsam xejn mad-data ta' meta ser jibda jaħdem l-impjant. Kif weġibt diġa f’Mistoqsija Parlamentari Numru 17642, il-Gvern qed jeżamina kif l-aħjar jopera l-inċineratur biex filwaqt li jwieġeb għall-ħtiġijiet nazzjonali, dan ix-xogħol isir ukoll bl-inqas spiża possibbli.

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li talbu servizz tat-tabib taċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba tmur lura sa tmien snin biss. It-totali ta' pazjenti li talbu servizz tat-tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat huma kif ġej: Sena Pazjenti 2005 30723 2004 31208 2003 29782 2002 28391 2001 28517 2000 34744 1999 43336 1998 40977 Dawn it-totali jinkludu pazjenti li marru għand it-tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa kif ukoll żjarat tat-tabib fid-djar.