Tista' il-Ministru tgħid għaliex ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-tromba tat-taraġ ta' Blk D, Door 4, flat no. 8, Għajn Qajjed, Rabat għadhom ma sarux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar jagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni, inkluż ix-xogħol ta’ tibjid ta’ trombi tat-taraġ fi blokki tal-Gvern, fid-dawl tal-prijoritajiet u r-riżorsi disponibbli.
Ninsab infurmata li skond il-programm ta’ xogħlijiet mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar, ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant mistenni jsir is-sena d-dieħla.
Tista' il-Ministru tara x'ġara mill-manutenzjoni fil-gallerija ta' Flat 8, Blk D, Door 4, Housing Estate Għajn Qajjed, Rabat? Meta se jsiru x-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant hu responsabbilta’ ta’ l-inkwilin. Fil-fatt l-inkwilin ġie nfurmat b’dan mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ftit xhur ilu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imtarfa matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi42855
Minn residenzi12404
Minn stabbilimenti kummerċjali11111
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fir-Rabat matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi103119103107167
Minn residenzi1422241828
Minn stabbilimenti kummerċjali817482
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imġarr matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi6156917
Minn residenzi33614
Minn stabbilimenti kummerċjali55113
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'Ħaż-Żebbuġ matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi2930453349
Minn residenzi1313141423
Minn stabbilimenti kummerċjali8111035
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fil-Mellieħa matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi7459496493
Minn residenzi3236223179
Minn stabbilimenti kummerċjali26732
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fil-Qawra matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi7360634563
Minn residenzi3413231325
Minn stabbilimenti kummerċjali871353
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' stabilimenti ta' l-ikel u/jew proċessuri ta' l-ikel, eċċ. li ġew spezzjonati? Kemm kienu f'Malta u kemm kienu f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul is-sena 2005 saru 9,809 l-ispezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel u/jew produtturi ta' l-ikel f'Malta u f'Għawdex, jiġifieri 8,689 spezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u 1,120 l-ispezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel f'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' trakkijiet li jintużaw biex titnaddaf l-alka tal-baħar minn fuq ix-xtut? Fejn qed tintrema l-alka li tittella' mill-baħar fuq ix-xtut? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni dwar Għawdex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-taqsima tat-tindif tax-xtut li taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura fil-preżent qed taħdem b'erba' trakkijiet impressed ma' l-istess Ministeru. Il-kwantita' tat-trakkijiet tiżdied skond il-ħtiġijiet tax-xogħol.
Bħalissa l-alka qed tintrema l-Magħtab ġo barriera f'Little Armier, dan bi ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
F'Għawdex, ix-xogħol tat-tindif tax-xtut, jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għal Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' beach cleaners responsabbli mill-bajjiet u xtut ta' Malta u Għawdex? Xi pjan għandhom għax-xogħlijiet fix-xhur li ġejjien u x'apparat inxtara sabiex il-ħidma tkun aktar intensiva? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal Għawdex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta' nies li huma nkarigati jnaddfu x-xtut ta' Malta huwa ta' 103. Minn dawn 85 huma mpjegati tal-Gvern u 18 huma ġejjin mill-IPSL.
Sabiex il-ħidma għax-xogħolijiet fuq il-bajjiet tkun aktar intensiva, inxtraw xkupi, pali u għodda oħra relatati mat-tindif kif ukoll ilbies addattat għal-ħarsien tas-sigurta' tal-beach cleaners fuq il-post tax-xogħol bħal ma huma ngwanti u boots. Inxtraw ukoll żebgħat, pniezel u għodda oħra li jservu biex jinħadmu laned taż-żibel, slielem u oġġetti oħra simili relatati max-xtut.
Fix-xhur li ġejjin is-sezzjoni biħsiebha tkompli tnaddaf ix-xtut kollha ta' Malta kuljum inkluż s-Sibtijiet u l-Ħdud.
Sptar San Luqa — Persuni li ngħataw kura minħabba xorb eċċessiv
Question
Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu għall-kura kawża ta' xorb eċċessiv? X'etajiet kellhom? Kemm kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) jirriżulta li fis-sena 2005 ġew ammessi 77 -il każ minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.2)
Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
L-etajiet għal pazjenti f'kull kategorija kif ġej:
Numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa
Eta
Karegorija A
Kategorija B
Kategorija C
10-19
1
10
-
20-29
2
5
-
30-39
2
4
1
40-49
6
4
7
50-59
3
8
8
60-69
4
1
7
70-79
1
-
-
80+
1
-
1
Mhux speċifikat
-
1
-
Total
20
33
24
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17807 u jgħid kemm kien il-konsum tal-fuel f'Għawdex matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma' tistax tingħata speċjalment issa li dalwaqt jiġi liberaliżżat is-suq tal-fuel.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'Ħad-Dingli matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi1995198
Minn residenzi06310
Minn stabbilimenti kummerċjali11000
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fil-casualty ta' St Luke's matul Jannar u Frar 2006? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta pazjenti li daħlu fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa matul Jannar u Frar 2006 huwa kif ġej:
Jannar 8,842
Frar 8,786
In-numru totali ta' pazjenti li daħlu fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa għal dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:
2001 110,141
2002 109,189
2003 111,034
2004 110,328
2005 111,236
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' ikel velenuż li sofrew ċittadini Maltin u turisti matul l-2005 u dan wara li jew iddaħħlu l-isptar jew inkella għax kellhom jirrikorru għal xi xorta ta' kura? Kemm kien hemm każi f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każi reġistrati ta' food poisoning li soffrew ċittadini Maltin u turisti matul l-2005 li jew iddaħħlu jew inkella kellhom jirrikorru għal xi xorta ta' kura fl-Isptar San Luqa kien ta' 240.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jireferi il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu matul Jannar u Frar 2006? X'kienet l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2003, 2004 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-trabi li twieldu f’Malta u f’Għawdex li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku Malta/Għawdex matul ix-xhur u s-snin mitluba huwa kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:
MaltaGħawdex
SenaJannar / FrarJannar / Frar
200363149
200460559
200560955
200657751
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fil-Holiday Inn illum? X'inhu l-futur ta' dawn il-ħaddiema kemm-il darba l-lukanda tagħlaq għal xi perijodu partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onoroveli membru li l-kumpanija Tigne' Development Co. Ltd, li tagħha hi l-lukanda Holiday Inn Crowne Plaza Malta, għandha (13) tlettax-il ħaddiem fuq kuntratt definit li jagħlaq fil-31 ta' Marzu 2006, u (118) mija u tmintax-il ħaddiem ieħor fuq kuntratt indefinit.
Rigward għat-tieni parti tad-domanda, nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti li tajt lilu fuq diversi domandi supplementari li għamilli riċentament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex, minkejja l-wegħdiet li saru f'dan il-Parlament dwar l-għalqa ta' Kola, Rabat, ix-xogħlijiet baqgħu ma sarux? Meta fil-fatt mistennija li jsiru din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Peress li la l-Ministeru għall-Ġustizzja u Intern u l-anqas id-dipartimenti li jaqgħu taħtu m'huma responsabbli biex isiru xogħlijiet fuq l-art in kwistjoni, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.