Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-bdiewa u raħħala li applikaw għal titolu tar-raba' jew razzett ġew rikonoxxuti s'issa? Kemm hu n-numru ta' każi li qed jiġu pproċessati u kemm hu n-numru tal-każi li għadhom ma bdewx jiġu pproċessati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sa issa mill-bdiewa li applikaw taħt l-Iskema tal-Qbiela 570 ġew rikonoxxuti filwaqt li l-applikazzjonijiet ta' 230 ġew rifjutati u 200 qed jiġu pproċessati. Hemm ukoll 8,700 applikazzjoni li għad iridu jibdew jiġu ipproċessati għalkemm ħafna mix-xogħol intern tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern tlesta wkoll, bħal per eżempju r-reġistrazzjoni tal-art fir-Reġistru tal-Artijiet.
Jista' il-Ministru jinformana bl-investigazzjonijiet li saru fuq il-karakjaturi tat-tarmac fil-bypass ta' l-Imtarfa, inti u niżel, inkluż fil-parti li diġa' saret manutenzjoni fuqha u reġgħet sfrondat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti update tal-ħlasijiet dovuti tal-bolla ta' l-NI mill-kumpanniji privati, minn kumpanniji li għandhom investimenti mill-gvern, lukandi, persuni self-employed eċċ.? Jista' jagħtina l-informazzjoni b'mod separat? Kemm minn dawn il-pagamenti dovuti lid-dipartiment huma abbażi ta' ħlas kontra agreements, eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq petroleum products (diesel, fuel, żjut, eċċ.)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ ta’ petroleum products (diesel, fuel, żjut eċċ) ma jsirx biss mill-Korporazzjoni Enemalta imma hemm distributuri oħrajn li f’attivita ekonomika tagħhom għandhom ukoll il-bejgħ ta’ petroleum products.
Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta, il-VAT titħallas mill-Enemalta fuq il-prodotti mibjugħa u mhux meta importati.
Il-gross VAT dikjarata mill-Korporazzjoni Enemalta bejn 2001 – 2005 kien kif ġej :-
2001 - Lm 6,939,364
2002 - Lm 7,153,158
2003 - Lm 8,026,957
2004 - Lm 10,462,933
2005 - Lm 11,735,737
Minn dawn l-ammonti jridu jitnaqqsu l-ammonti ta’ input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-Korporazzjoni Enemalta.
Fil-każ tad-distributuri l-oħra tal-petroleum products id-Dipartiment tal-VAT mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni tal-VAT mħallsa għax din l-attivita tifforma parti min-negozju tal-persuna reġistrata. Il-persuni reġistrati għal VAT mhumiex mitluba li jissottomettu fid-denunzja tat-taxxa dettalji dwar kull ġeneru tal-prodott li huma qed ibiegħu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq spare parts (tal-karozzi, vetturi, inġenji, eċċ.)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni reġistrati għal VAT mhumiex mitluba li jissottomettu fid-denunzji tat-taxxa dettalji dwar kull ġeneru tal-prodott li huma qed ibiegħu, imma t-total tal-VAT mill-attivita ekonomika. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ma jistax jingħata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq karozzi, vetturi, inġenji ġodda, eċċ.? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Mejju 2004, id-Dipartiment tal-VAT għamel arranġament ma’ l-Awtorita dwar it-Trasport sabiex il-VAT dovuta fuq il-prezz totali tal-karozzi, vetturi u inġenji ġodda li jiġu reġistrati, titħallas mill-ewwel fl-uffiċċju ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport.
L-ammont ta’ VAT (gross) miġbur f’dak l-uffiċċju mill-1 ta’ Mejju 2004 kien kif ġej:
01/05/2004 sa 31/12/2004 - Lm1,269,922
01/01/2005 sa 31/12/2005 - Lm4,293,902
01/01/2006 sa 31/03/2006 - Lm 919,560
Minn dawn l-ammonti jridu jitnaqqsu l-ammonti ta’ input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-persuni reġistrati.
It-tagħrif mitlub dwar is-snin ta’ qabel ma jistax jingħata għax mhux disponibbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq tyres tal-vetturi u aċċessorji relatati? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18276 f’din l-istess seduta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq aċċessorji ġodda ta' l-automobiles (karozzi/trakkijiet)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18276 f’din l-istess seduta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17896, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' bumper-to-bumper rapportati lill-gwardjani lokali, sena b'sena mill-15 ta' Jannar 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każijiet ta' kolliżjonijiet li għalihom jiġu msejħa l-Gwardjani Lokali jiġu irreġistrati globalment u mhux skond in-natura tal-kolliżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u dak Libjan dwar il-problemi li żviluppaw għas-sajjieda lokali wara li l-Libja estendiet l-ibħra tas-sajd tagħha?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-materja ser tiġi diskussa wkoll fiż-żjara li l-Ministru responsabbli mis-sajd George Pullicino fil-Libja fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-mediċini out of stock li hemm fuq il-karta s-safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 18091. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda distinzjoni bejn il-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża. Ninforma ukoll li l-pazjenti eleġibli għal kartuna s-safra huma dawk li ibgħatu minn kundizzjoni kronika u l-kartuna r-roża tinħareġ b'means test.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji u persuni self-employed li għandhom pendenti ħlasijiet tal-bolla ta' l-NI, abbażi tas-sena 2005 u wara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 1,319 kumpaniji u 5.274 persuni self-employed li għandhom xi ħlasijiet pendenti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali għas-sena 2005.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji li tressqu l-qorti minħabba li ma ħallsux lid-dipartiment konċernat il-ħlasijiet tal-bolla ta' l-NI? Kermm hi ċ-ċifra globali in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi disa’ kumpaniji tressqu il-Qorti talli ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali li jammontaw Lm574,151.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'San Pawl il-Baħar matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi103119103107167
Minn residenzi1422241828
Minn stabbilimenti kummerċjali817482
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'Buġibba matul l-2005?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
Serq20012002200320042005
Minn vetturi3550444834
Minn residenzi17147616
Minn stabbilimenti kummerċjali96624
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas f'refunds ta' l-income tax fil-mument?
Meta se titħallas u kemm hu kkalkolat li se jitħallas minn din iċ-ċifra matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ammont dovut f’refunds ta’ l-income tax fil-mument hu ta’ Lm16,774,550.
Il-ħlas isir regolament matul is-sena, iżda l-ammont li hu mistenni li jitħallas sa l-aħħar tas-sena hu ta’ Lm3,000,000 flimkien ma’ refunds oħra li jirriżultaw taħt is-sistema tas-Self Assessment. Taħt is-sistema tas-Self Assessment, sa l-aħħar ta’ April iridu jitħallsu Lm611,000.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas f'refunds tat-taxxa tal-VATfil-mument?
Meta se titħallas u kemm hu kkalkolat li se jitħallas minn din iċ-ċifra matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-23 ta’ Marzu 2006, l-ammont ta’ kreditu eċċessiv tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas matul ix-xhur li ġejjin huwa ta’ Lm16,297,022.
Din is-somma tinkludi rifużjonijiet lill-persuni eżentati bi kreditu (bħall-Freeport), u operaturi tan-negozju. Hemm ukoll ammont ta’ talbiet mingħand manifatturi, prodotturi u operaturi oħra li jammontaw għal Lm9,322,354.64 li għad iridu jiġu ċċekkjati mid-Dipartiment.
Dawn il-figuri jistgħu jinbidlu jekk kemm-il darba persuni reġistrati jnaqqsu l-ammonti dovuti lilhom minn denunzji tat-taxxa li għad iridu jibgħatu sakemm il-kreditu jiġi biex jitħallas.