Legislature:
Category:
Reset
Active:

Importazzjoni ta' Vetturi — Ħlas ta' VAT u Registration Fees

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18647 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista' il-Prim Ministru jinformani biċ-ċifra globali ta' VAT u registration fees li tħallsu mill-operaturi li jimportaw vetturi, inġenji, eċċ. għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul globali rappurtat fid-denunzji tal-VAT fuq spare parts (tal-karozzi, vetturi, inġenji eċċ) kien parti minn ammont sħiħ dikjarat fid-denunzji li jinkludi wkoll bejgħ ta’ karozzi, vetturi eċċ u anke tiswijiet u servizzi. L-ammont ta’ output VAT dikjarat fid-denunzja għall-aħħar ħames (5) snin kien kif ġej : 2001 Lm11,343,985 2002 Lm10,765,067 2003 Lm10,269,602 2004 Lm12,376,143 2005 Lm13,777,186 L-ammont globali ta’ registration tax imħallsa fuq vetturi impurtati dawn l-aħħar ħames (5) snin kien kif ġej: 2001Lm21,454,260 2002 Lm21,022,351 2003 Lm22,800,518 2004 Lm19,180,650 2005 Lm20,702,019

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #19186 Sitting 388 2006-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien id-dħul tad-dipartiment tal-VAT minn multi li ħarġu l-uffiċjali tiegħu kontra ksur ta' regoli, fosthom li ma jagħtux irċevuta tal-VAT, eċċ. sena b'sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-multi mħallsa fuq ksur ta’ regoli tal-VAT għax jew ma ngħatax riċevuta jew għax ir-riċevuta ma kienetx skond il-liġi fis-snin mitluba kienu kif qed jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied ta' Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet ta' tħammil fuq il-wied ta' Burmarrad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bir-rotta relattiva għat-tħammil tal-Wied ta’ Burmarrad.

Wied ta' Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi wżata s-sistema li ntużat f'Wied il-Qlejgħa sabiex isir lanqas impatt fuq l-ambjent meta jsiru x-xogħlijiet fuq il-Wied ta' Burmarrad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-ħitan tas-sostenn għall-kanal ġew imfassla biex jiffaċilitaw tindif u manutenzjoni mingħajr ma jkun hemm ħsara. L-użu tas-sistema tal-gabions biex ġew iffurmati l-ħitan ta’ l-egħlieqi, kif ukoll il-ġnub ta’ Wied Qlejja ma tirrendix ruħha tajjeb għal fejn hu previst tindif u manutenzjoni ta' sikwiet.

Wied ta' Burmarrad

Question

Liema huma l-esperti tal-gvern li tqabbdu sabiex iħejju l-pjan tar-riabilitazzjoni tal-Wied ta' Burmarrad? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet ta' dawn l-esperti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-proġett tal-Wied ta’ Burmarrad ġie ddisinjat mill-periti u l-Inġiniera Ċivili tad-Diviżjoni tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, speċifikament minn dawk tal-Marine u Storm Water Unit. Għal skop ta' permess mill-MEPA, d-Dipartiment kien ħareġ tendergħall-esperti ambjentali. Dan il-kuntratt wasal biex jingħata fil-ġranet li ġejjin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinji u l-pjanti ddetaljati kif imħejjija mid-Diviżjoni. Infakkar lill-Onor. Interpellant li d-disinji jistgħu jiġu modifikati waqt ix-xogħlijiet.

Wied ta' Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fuq il-Wied ta' Burmarrad u meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li huwa stmat li x-xogħol fuq il-Wied ta' Burmarrad sejjer jiswa madwar disa' mitt elf liri Maltin (Lm900,000) u ser jitlesta' f'sena minn meta jinbeda x-xogħol. Dan il-perjodu huwa suġġett għall-ħruġ tal- permessi tal-MEPA u xi sejbiet arkeologici.

Rabat — Bio-diesel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, jista' il-Ministru jgħid għaliex l-unika pompa bio diesel li hemm fir-Rabat mhux tingħata bio diesel? Jista' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-bżonn għall-komunitajiet tar-Rabat, Dingli u Imtarfa jiġu milħuqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-liċenzja li għandha kull petrol station tippermetti li din taħżen u tiddistribwixxi petrol u diesel fuel biss. L-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, wara li jintemm il-proċess kurrenti ta’ liberaliżżazzjoni li bħalissa għaddej minn perjodu ta’ konsultazzjoni, tkun tista’ testendi l-liċenzja biex tkopri wkoll il-bejgħ tal-biofuels. Wara li jseħħ il-proċess ta’ liberaliżżazzjoni, ser jinħarġu liċenzji ġodda li jippermettu l-bejgħ ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ diesel taħt regolariżżazzjoni adegwata u cioe ta' diesel mhux imħallat u ta' biodiesel (diesel + biofuel)

Korrispondenza

Question

Jista' il-Ministru jaġġornana dwar l-investigazzjonijiet li saru dwar il-korrispondenza li qed nibgħat l-acknowledgement tagħha separatament? Jista' jikkonferma għaliex f'żewġ acknowledgements minnhom ma ngħatax riferenza għal din l-ittra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma kienx jirrikjedi nvestigazzjonijiet għaliex kien każ ċar. Fil-White list of Vessels ta’ l-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT), Malta sa mis-sena 2004 irreġistrat 2 Purse Seiners bħala bastimenti li jistgħu jistadu bix-xibka. Dan sar fuq bażi ta' 'pilot fishery'. Fis-sena 2004 stadet waħda minnhom tul l-istaġun kollu, u biex din ħarġet tistad numru ta' bastimenti tal-konz ma ħarġux jistadu. Fl-istaġun ta' l-2005 dan il-bastiment ma ramax bix-xibka iżda rama l-bastiment l-ieħor, li huwa s-suġġett in kwestjoni. Kien lest u għabba x-xibka fl-aħħar parti ta' l-istaġun ta' l-2005 u seta’ joħroġ jistad għaliex l-maġġoranza tal-bastimenti tal-konz il-kbar waqfu jistadu u marru jiġbdu l-gaġeġ, u l-kwota kienet għada mhix maqbuda. Din is-sena, dan l-istess bastiment sejjer jistad l-istaġun kollu a bażi ta' kuntratt li s-sid irrnexxielu jiffirma ma kumpanija barranija. Din hija opportunità li m'għandiex tintilef. Il-bastiment l-ieħor, li ma kienx ħareġ jistad għat-tonn bix-xibka fl-2005 m’għamel l-ebda talba jew referenza li din is-sena ser jistad bix-xibka iżda żamm l-liċenzja tiegħu tas-sajd bil-konzijiet. Jidher li bi żvista ż-żewġ acknowledgements ma kellhomx in-numru ta’ referenza għall-ittra in kwestjoni.
Leg 10 PQ #18780 Sitting 386 2006-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta/Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tiltaqa' il-mixed commission bejn Malta u l-Libja din is-sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f`Jannar li għadda Malta u l-Libja qablu li għandha ssir l-24 laqgħa tal-Kummissjoni fil-Libja. Dati konvenjenti għaż-żewġ naħat għad iridu jiġu maqbula.

CCF

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid preżentement kemm hu n-numru ta' persuni fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma rġiel, kemm huma nisa, kemm huma żgħażagħ u kemm huma barranin? Ta' liema nazzjonalita' huma l-persuni barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-15 ta’ Mejju 2006 in-numru ta’ priġunieri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kien ta’ tlett mija u ħamsa u tletin (335); tlett mija u tlieta u għoxrin (323) irġiel u tnax (12) nisa, filwaqt li kien hemm zagħzugħ wieħed taħt it-tmintax il-sena. Barranin hemm tmienja u disgħin (98) u n-nazzjonalita’ tagħhom hija kif jidher hawn taħt: Alġerini 3 Belġjani 1 Bulgari 2 Renju Unit 6 Ċiniżi 1 Olandiżi 4 Eġizzjani 2 Griegi 1 Taljani 6 Costa Ivorju 2 Gordaniżi 1 Libjani 49 Palestinjani 1 Niġerjani 2 Somali 1 Spanjoli 1 Sudaniżi 2 Tunesini 6 Torok 6 Yugoslavi 1
Leg 10 PQ #18707 Sitting 385 2006-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' turisti li qattgħu btala f'Għawdex xahar b'xahar għall-perijodu ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2006? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-aktar statistika riċenti ta' turisti li qattgħu btala f'Għawdex tkopri l-perjodu bejn Jannar u Marzu 2006. It-total ta' turisti kien ta' 3,769. Fis-sena 2005, it-total ta' turisti li qattgħu btala f'Għawdex f'dan il-perjodu kien ta' 3,965. Statistika għas-snin preċedenti ma kinitx pubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. L-Istatistika dwar Għawdex ma tiġix ppublikata xahar b'xahar mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, iżda b'mod kummulattiv.

ETC — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex matul il-perijodu ta' Jannar, Frar, Marzu u April, 2006? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Jannar Frar Marzu April 2002 510 509 501 493 2003 565 558 558 546 2004 639 631 620 592 2005 737 706 702 701 2006 722 719 693 Informat ukoll li l-figuri għax-xahar ta' April 2006 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.

Birkirkara — Biċċa art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrimedja l-bżonn tal-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għadha qed tikkunsidra t-talba magħmula mill-applikant li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant. L-art mitluba hija ta' daqs konsiderevoli u jrid jiġi studjat sew l-aħjar użu li jista' jsir minnha. Bħal ma jsir f'każijiet simili, meta tittieħed deċiżjoni l-applikant jiġi infurmat formalment.