Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel u bini pubbliku ieħor tal-gvern, inkluż dak li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru, li għandhom sistema sostenibbli ta' enerġija solari u/jew ta' xorta oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ġiet notifikata b’sistema fotovoltajka fuq il-bini tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u oħra fuq l-iskola ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop.

OPM — Fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ispiża tal-fuel kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, hija kif tidher hawn taħt :- 2004 2005 2006 Ministeru / Dipartiment Lm 2,262.76 Lm 2,111.45 Lm 2,558.18 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 6,955.00 Lm 8,313.00 Lm 7,430.00 TOTAL Lm 9,217.76 Lm 10,424.45 Lm 9,988.18

Enemalta — Input VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18275, jista' il-Prim Ministru jinformani kemm huma l-ammonti ta' input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-korporazzjoni Enemalta għas-snin rispettivi separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif ġej: VAT dikjarata mis-sezzjoni tal-‘Petroleum Division’ ta’ l-Enemalta. Sena Input VAT 2001 Lm147,121 2002 Lm346,995 2003 Lm117,848 2004 Lm272,422 2005 Lm256,442

VAT fuq karozzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18277, jista' il-Prim Ministru jinformani x'ġara mir-records ta' qabel l-1 ta' Mejju, 2004 u cioe' ikompli wkoll jirrispondi l-mistoqsija in kwestjoni għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-taxxa tal-VAT fuq bejgħ ta’ karozzi, vetturi u inġenji ġodda hija inkluza fid-denunzja tat-taxxa f’ammont wieħed li jinkludi wkoll attivitajiet oħra tan-negozji bħal bejgħ ta’ spare parts, servizzi fuq karozzi, tiswijiet eċċ. Għaldaqstant l-ammont sħiħ ta’ output VAT rappurtat fid-denunzji kien kif ġej: 2000 Lm13,027,703 2001 Lm11,343,985 2002 Lm10,765,067 2003 Lm10,269,602 2004 Lm12,376,143

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-ispiża għas-safar, għall-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet ta’ Lm62,138.36. Lm25,041.87 minn dawn huma rifużi mill-Unjoni Ewropea. L-ispiża għas-safar, għall-istess perjodu, tal-kumpanija Wasteserv Malta Ltd kienet tammonta għal Lm 8,423.58 u dik ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet tammonta għal Lm 19,060. Dawn iż-żewġ ammonti huma netti wara li ġie mnaqqas l-ammont rifuż mill-Unjoni Ewropea.

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża tas-safar tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu għall-ewwel erba’ xhur ta' l-2006 kienet kif jidher hawn taħt:- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Lm1,963.58 Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru Lm3,889.08 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi Lm5,794.00

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-possibbilta' li tiġi riveduta l-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed tirċievi Lm60 fix-xahar biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #19187 Sitting 389 2006-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-ispiża tas-safar fil-Ministeru għal Għawdex kienet tammonta għall-Lm7,906.91.0.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża totali tas-safar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm24,843.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża ta' safar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienu :- - Ministeru/Dipartiment Lm 2,597 (dan l-ammont ma jinkludiex l-ispejjeż li ser jiġu rimburżati) - L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm14,064
Leg 10 PQ #19192 Sitting 389 2006-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, l-ispiża tas-safar tal-Ministeru u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi laħqet is-somma ta` Lm 157,045.23. Parti minn din is-somma hija safar għar-rigward ta` xogħol ta` l-UE fi Brussels. L-ispejjeż ta` żjajjar f`każijiet bħal dawn huma rikoverabbli mill-UE.

Paying Agency

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pagamenti tal-paying agency? Meta se jsir il-ħlas dovut għall-bdiewa u meta sar l-aħħar pagament rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena l-Aġenzija tal-Pagamenti effettwat dawn il-pagamenti: Data Skema ta’Għajnuna LM 18/01/2006 Prodotti għall-persuni żvantaġġjati 45,583.47 25/01/2006 Qmuħ, ċerejali u mgħalef ieħor 49,405.53 25/01/2006 Żoni żvantaġġjati 855,692.44 25/01/2006 Żriegħ tal-patata 67,627.25 25/01/2006 Raba’ mistrieħ 8,569.89 28/01/2006 Taħwil tad-dwieli 22,077.43 28/01/2006 Tadam għall-Ipproċessar 542,563.07 Huwa ppjanat li fil-futur qarib jiġu ffinalizzati pagamenti lill-bdiewa rreġistrati full-time, għajnuna fuq restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ u ta’ lqugħ, għajnuna addizzjonali fuq id-dwieli, għajnuna fuq l-għoġġiela u fuq l-qatla taċ-ċanga, u għajnuna għall-produtturi tal-ħalib.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun tista' tħallas iċ-ċens dovut lid-dipartiment ta' l-artijiet tar-raba' in kwestjoni u dan fid-dawl li l-iżviluppi li kellhom isiru fil-madwar u cioe' fix-Xemxija Bypass issa lesti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qegħda tistenna survey mingħand l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħalli tkun tista' tagħmel pjanti ġodda u tirrikonoxxi lill-bdiewa fil-qbiela tal-art agrikola li fadal mill-għalqa oriġinali.

Produzzjoni tat-Tjur

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18664, jista' il-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma liIl-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni kienet kif jidher hawn taħt: Malta Għawdex 2003 931,504 rjus 2,206,769 kili 219, 909 rjus 512,910 kili 2004 902,866 ras 2,020,978 kili 256,079 ras 572,169 kili 2005 578,842 ras 1,261,274 kili 113,035 ras 276,180 kili Ma kenitx tinżamm statistika qabel dawn id-dati.