Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaxix u frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk li ġie gradjat fil-grading station f'Ta' Qali matul l-2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà ta’ l-operat tal-grading station f'Ta’ Qali mhijiex tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.

Ħaxix u frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk li ġie gradjat fil-grading station f'Ta' Qali matul l-2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19528.

Mushrooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-produzzjoni attwali tal-mushrooms f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-ammont ta' mushrooms li ġie reġistrat li nbiegħ fil-Pitkaliji jidher fit-tabella hawn taħt. Barra minn hekk, jinbiegħ ħafna mushrooms direttament fis-suq lokali. 2006 Malta (kġ) Għawdex (kġ) Jannar 9,172 738 Frar 9,850 683 Marzu 10,280 739 April 9,204 939 Mejju 8,847 898 Total 47,353 3,997

Importazzjoni ta' prodotti friski

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li jeżerċita l-ministeru fuq kontroll ta' importazzjoni ta' shelf life ta' prodotti friski importati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi hija rregolata mill-Awtoritajiet tad-Dwana u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Mushrooms

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk huwiex qiegħed jiġi rrapportat mushrooms frisk li x-shelf life tiegħu teċċedi l-ħamest ijiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #19366 Sitting 396 2006-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19186 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża tas-safar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet kif ġej: Dipartiment/Enti Ammont (Lm) Ministeru u Dipartiment 14,975.81 * Awtorita' tat-Turiżmu 52,462.21 Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti 23,341.00 Ċentru għall-Kreativita' ta' San Ġakbu 331.00 Dar il-Mediterran għall-Konferenzi 1,472.00 Teatru Manoel 300.00 Orkestra Nazzjonali 0.00 Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali 0.00 Heritage Malta 4,371.00 ** Total 97,253.02 * minn din iċ-ċifra irid jitnaqqas l-ammont ta' Lm 2, 401.25 li jirrapreżenta flus li jingħataw lura mill-Unjoni Ewropeja fuq il-prezz tal-biljett ta' l-ajru tas-safar relatat mal-Kummissjoni jew Kunsill Ewropej. ** Lm 1,309 mħallsa mill-fondi tal- Unjoni Ewropeja.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19185 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19185.

ADT — Survey dwar art agrikola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19069 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li r-risposta għaliha kienet tgħid: "Ninsab informat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qegħda tistenna survey mingħand l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħalli tkun tista' tagħmel pjanti ġodda u tirrikonoxxi lill-bdiewa fil-qbiela tal-art agrikola li fadal mill-għalqa oriġinali". jista' il-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun tista' tħallas iċ-ċens dovut lid-dipartiment ta' l-artijiet tar-raba' in kwestjoni u dan fid-dawl li l-iżviluppi li kellhom isiru fil-madwar u cioe' fix-Xemxija Bypass issa lesti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikkjarifika l-mistoqsija tieghu peress illi s-site plan turi art f'Attard u mhux fix-Xemxija.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornani dwar il-progress ta' mistoqsija parlamentari 19069 u cioe' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun tista' tħallas iċ-ċens dovut lid-dipartiment ta' l-artijiet tar-raba' in kwestjoni u dan fid-dawl li l-iżviluppi li kellhom isiru fil-madwar u cioe' fix-Xemxija Bypass issa lesti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

It-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19069 għadha tgħodd.

OPM — Fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19244 u jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament? Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm intnefqu f'konsulenzi meta l-Gvern Laburista kien bigħ 40% ta' l-ishma fil-Maltacom? Possibbli l-Ministru jqabbel ukoll l-infiq f'konsulenzi f'dawn iż-żewġ proċessi mad-dħul li għamel il-gvern fiż-żewġ każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19244. Għar-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, ma nara l-ebda rilvenza bejnhom u l-ewwel parti?

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19189 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma nġabarx kollu u jrid jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ wieħed mid-dipartimenti ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll tabella ‘B’ li turi l-istess informazzjoni għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi. Għar-rigward ta’ safar tiegħi kif wkoll ta’ diversi dipartimenti li jaqaw taħti, ma tistax tingħata figura għalissa peress li l-kontijiet għadhom mhux konkluzi.

OPM — Fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-ispiża għall-kiri ta’ karozzi matul l-ewwel erba’ xhur tas-snin 2004, 2005 u 2006 mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kienet kif tidher hawn taħt:- 2004 Spiża (Lm) Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura 2,152.78 Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 12,087.96 Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 352.54 Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 2,412.00 Total 17,005.28 2005 Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura 3,726.48 Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 8,987.18 Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 458.00 Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 2,453.00 Total 15,624.66 2006 Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura 3,462.70 Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 9,470.62 Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 460.00 Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 2,409.00 Total 15,802.32

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #19266 Sitting 395 2006-06-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispiża għall-kiri ta' karozzi mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoniu mid-Dipartimenti u Enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kienet dik ta' Lm7,774 fl-ewwel erba' xhur ta'din is-sena. Fl-istess perjodu tas-sena 2005 l-ispiża kienet dik ta' Lm7,292 filwaqt li fl-istess perjodi tas-sena 2004 kienet dik ta' Lm5,216.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2006, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nefaq is-somma ta’ Lm20,124.27 għall-kiri ta’ karozzi ‘self-drive’. Fis-sentejn preċedenti u matul l-istess perjodu, jiġifieri bejn Jannar u April, in-nefqa għall-kiri ta’ karozzi ‘self-drive’ kienet kif imsemmi hawn taħt: 2004 – Lm 17,673.94 2005 – Lm 22,115.36 L-ispiża għall-kiri ta' karozzi mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta’ Lm38,235. Fis-sentejn preċedenti u matul l-istess perjodu, jiġifieri bejn Jannar u April, in-nefqa kienet kif imsemmi hawn taħt: 2004 – Lm 36,847 2005 – Lm 35,725 L-ispiża għall-kiri ta’ karozzi mill-kumpanja WasteServ Malta Ltd fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta’ Lm355.80. Fis-sentejn preċedenti u matul l-istess perjodu, jiġifieri bejn Jannar u April, in-nefqa kienet kif imsemmi hawn taħt: 2004 – Lm 4,015.10 2005 – Lm 1,178.33
Leg 10 PQ #19269 Sitting 395 2006-06-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur hija kif ġej: 2004 - Lm 5,687.73 2005 - Lm 5,733.40 2006 - Lm 7,673.04

Ġustizzja u Intern — Karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.