Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ġbejniet friski li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi tal-ġbejniet ma jaqgħu taħt ebda skema ta’ sussidji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi ta' l-għeneb li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant igħid għal liema sussidji qed jirreferi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19535 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jinvestiga jekk huwiex qiegħed jiġi rrapportat mushrooms frisk li x-shelf life tiegħu teċċedi l-ħamest ijiem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mushrooms friski bħal kull frott u ħaxix ieħor mhux meħtieġ li jkollu ndikazzjoni tad-data ta' durabilita' (shelf life), dan skond ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar Twaħħil ta' Tikketti, Preżentazzjoni u Reklamar ta' Oġġetti ta' l-Ikel (Avviż legali 483 ta' l-2004.)
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid għal liema sussidji jew għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid għal liema sussidji qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' raħħala li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji/għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi ta' l-għasel li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment l-ebda produttur ta’ l-għasel mhu qiegħed jistenna sussidju jew għajnuna finanzjarja taħt ir-regolament 1221/1997 u kif ġie emendat fil-797/2004, la f'Malta u lanqas f'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji/għajnuna qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tal-majjal li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi tal-laħam tal-majjal jirċievu l-pagament tas-sussidju taħt l-SMPPMA kull ġimgħa u l-aħħar pagament li sar kien għal ġimgha li spiċċat fis-16 ta' Ġunju. In-numru ta' dawn il-produtturi huwa 72 (65 f'Malta u 7 f'Għawdex).
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19376, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata bla aktar telf ta' żmien u dan għall-fatt li l-uċuh tar-raba' iridu jinħadmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bdiewa konċernati ser jiġu rikonoxxuti fl-art li ma ntużatx għat-triq, hekk kif id-Dipartiment ta' l-Artijiet jiġi mogħti pjanti eżatti tal-kobor tal-art li fadal. Fil-frattemp il-bdiewa jistgħu jkomplu jaħdmu dawk il-partijiet li fadalhom mir-raba li kellhom.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19371, nagħmel referenza li l-art murija fis-site plan hija l-Ħemsija bypass.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratturi li għamlu x-xogħlijiet ta’ toroq iffinanzjati mill-Ħames Protokol Taljan, għadhom qed jissottomettu l-pjanti dettaljati as built tax-xogħolijiet kollha (sistema ta’ dorog ta’ l-ilma tax-xita, servizzi, ħitan eċċ) li saru tul dan il-proġett lill-ADT.
Hekk kif dawn il-pjanti jaslu u jiġu approvati mill-ADT dawn jiġu sottomessi lit-Taqsima Propjeta’ tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li żaru l-farm esperimentali tal-gvern matul l-2005 u l-2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Studenti ta' l-Iskejjel Primarji li attendew għall-Programm dwar l-Agrikoltura:
Sena 2005 - 1280 student
Sena 2006 (sa l-aħħar ta' Mejju) - 873 student
Bijologija Prattika fl-Agrikultura - Skejjel Sekondarji - 4 u 5 Sena
Sena 2005 - 355 student
Sena 2006 (sa l-aħħar ta' Mejju) - 448 student
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-overtime tal-ħaddiema fid-dipartiment tas-sajd u l-akwakultura ma tħallasx la fl-2005 u lanqas fl-2006 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista' l-Onororevoli Interpellant jindika għal liema kategorija ta' uffiċjali qiegħed jalludi?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' visas li nħarġu mill-pulizija matul l-2006 u x'pajjiżi jikkonċernaw? Kemm fil-fatt kien in-numru ta' talbiet rifjutati u minn liema pajjiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinformana u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti ta' l-esperti li ddikjaraw li s-sistema tal-gabione (li ntużat f'Wied il-Qlejgħa) mhux tajba biex tintuża fuq il-proġett tal-Wied ta' Burmarrad?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformana u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-esperti li ddikjaraw li s-sistema tal-gabione (li ntużat fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa) mhux tajba għall-infrastruttura tal-bypass ta' l-Imtarfa u tal-Ħemsija li bis-sistema li ntużat dawn it-toroq xorta sfrundaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19189 u 19464 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19254 u jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u tad-Dipartimenti u l-Enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet dik ta' Lm15,116 fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena. Fl-istess perjodu tas-sena 2005 l-ispiża kienet dik ta' Lm12,345 filwaqt li fl-istess perjodu ta-sena 2004 kienet dik ta' Lm10,550.
Jien infurmat ukoll li matul is-sena 2004 il-fondi tas-Segretarju Parlamentari kienu jittieħdu mill-vot tal-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi.