Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni ta' laħam tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant qed tidher f’dawn it-tabelli: QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2006 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR8,161651,42111038,162651,524 FRAR8,221662,451008,221662,451 MARZU9,404753,56411219,405753,685 APRIL8,143648,363008,143648,363 MEJJU9,061729,258009,061729,258 ĠUNJU7,355579,289007,355579,289 50,3454,024,346222450,3474,024,570 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2005 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR7,970675,52433197,973675,843 FRAR7,844649,25133647,847649,615 MARZU9,109763,11022119,111763,321 APRIL8,184696,110008,184696,110 MEJJU8,397712,080008,397712,080 ĠUNJU8,440699,5551388,441699,593 49,9444,195,630993249,9534,196,562 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2004 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR8,660710,15642634,9119,086745,067 FRAR7,985646,47748740,1078,472686,584 MARZU8,646698,12760850,1819,254748,308 APRIL9,178745,82640031,8409,578777,666 MEJJU7,925639,33544427,929639,777 ĠUNJU8,431676,47443928,435676,866 50,8254,116,3951,929157,87352,7544,274,268 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2003 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR11,413948,36652943,49511,942991,861 FRAR9,359767,02151742,6559,876809,676 MARZU10,242840,19853544,54510,777884,743 APRIL10,453857,86665155,16111,104913,027 MEJJU9,584777,47952143,38010,105820,859 ĠUNJU8,280665,63565954,0068,939719,641 59,3314,856,5653,412283,24262,7435,139,807 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2002 MALTAGĦAWDEXTOTALI Numru ta’ RjusPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR11,041915,38154445,61111,585960,992 FRAR9,595793,03344937,75510,044830,788 MARZU9,135754,20139633,3879,531787,588 APRIL10,027828,38265254,94410,679883,326 MEJJU10,271851,25151943,29110,790894,542 ĠUNJU8,508695,53652342,6149,031738,150 58,5774,837,7843,083257,60261,6605,095,386 QATLA TAL-MAJJAL GĦAS-SENA 2001 MALTAGĦAWDEXBiċċeriji PrivatiTOTALI NumruPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-KgNumruPiż-Kg JANNAR7,911632,43761650,0681,654139,22610,181821,731 FRAR7,564611,84348039,5751,275109,2559,319760,673 MARZU9,258744,80952443,8111,615135,98311,397924,603 APRIL7,475601,74459048,7771,751145,1769,816795,697 MEJJU9,709771,82344035,59763153,04510,780860,465 ĠUNJU8,328652,94141533,422008,743686,363 50,2454,015,5973,065251,2506,926582,68560,2364,849,532

Produzzjoni ta' laħam tal-fenek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-produzzjoni u l-proċess tal-qatla jsir kollu minn operaturi privati, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Produzzjoni ta' mushrooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' mushrooms f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-produzzjoni tal-faqqiegħ hi f’idejn azjendi kummerċjali, din l-informazzjoni ma tistax tingħata. Madankollu qed tingħata l-informazzjoni ta’ faqqiegħ li ġiet reġistrata fil-Pitkalija f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Jannar-Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 50,473 NIL NIL NIL 2002 114,019 NIL 3,549 2,234 2003 39,168 NIL 5,474 1,880 2004 36,084 NIL 5,693 8,788 2005 43,608 NIL 4,413 11,290 2006 42,513 NIL 4,878 18,200

Produzzjoni ta' patata

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' patata f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni tal-patata f'Malta u f'Għawdex ma tinkludix biss dak li jidħol fil-Pitkalija. Ma’ din wieħed irid iżid il-volum ta’ esportazzjoni u produzzjoni li ma tgħaddix mill-Pitkalija. Jannar-Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 2,004,579 10,617 123,357 557,076 2002 1,825,348 5,911 120,062 455,404 2003 2,317,162 6,451 150,253 526,375 2004 2,201,006 7,221 133,973 533,886 2005 2,171,923 8,801 88,932 442,032 2006 2,659,567 7,418 93,162 474,421

Produzzjoni tat-Tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-ewwel sitt xhur tas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni (irjus) fl-ewwel sitt xhur ta’ dawn is-snin kienet hekk: 2003 2,696,372 2004 2,128,021 2005 1,401,914 2006 988,147 (sa Mejju peress li l-informazzjoni ta’ Ġunju għadha qed tasal mill-biċċeriji) L-informazzjoni għas-snin ta’ qabel ma tistax tingħata għax ma kenitx tinżamm.

Każ dwar Sajjied

Question

Jista' il-Prim Ministru jaġġornana dwar il-passi li ttieħdu a bażi tad-dikjarazzjoni ġuramentata tas-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jien stess għaddejt lill-uffiċjali tal-Prim Ministru permezz ta' interpellanza parlamentari xi ġimgħat ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jinformani x'ġara mill-pjani tal-gvern li jiġi modernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta? Jista' jinformani għaliex tul dawn l-aħħar 20 sena il-gvern qatt ma mmodernizza l-bus terminus tal-Belt Valletta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fit-2003 kien sar tisbieħ f’parti mill-venda li jinkludi asfaltar u tranġar tal-bankini. Rigward il-pjanijiet ta’ mmodernizzar tal-venda tal-Belt saru diversi diżinji li jinkludu ukoll id-dħul tal-Belt. Pjan komprensiv għall-immodernizzar tal- bus terminus tal-Belt Valletta jkun jista' jitfassal hekk kif ikunu iffinalizzati t-taħdidiet dwar ir-riforma ta-trasport pubbliku.

Valletta bus terminus

Question

Jista' il-Ministru mmedjatament jagħmel shelters temporanji sabiex iċ-ċittadini li jużaw il-bus terminus tal-Belt Valletta ikollhom kenn mill-elementi tan-natura waqt li jkunu qed jistennew il-mezz tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-Mistoqsija qed tirreferi għal informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhijiex etika li tingħata f’dan l-istadju.

Produtturi ta' l-għeneb — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19803, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lill-produtturi ta' l-għeneb.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej eżerċizzju intensive ta’ kontrolli fuq l-applikazzjonijiet. Dan jinkludi site inspections, kif rikjest mill-Unjoni Ewropea. Mingħajr dawn il-kontrolli ma jistgħux isiru il-ħlasijiet.

Produtturi tal-Ġbejniet Friski — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19801, jista' il-Ministru jikkonsidra li jibda jagħti sussidji lill-produtturi in kwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex jingħataw sussidji dawn jingħataw dment li hemm riferenza għalihom fit-Trattat ta’ Sħubija jew jekk issir talba lill-Kummissjoni Ewropea wara li jiġi eżaminat il-każ mill-iState Aid Monitoring Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Talba ta’ din ix-xorta trid tkun konformi mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea. Peress li l-produtturi tal-ġbejniet friski qed jingħataw fondi direttament mill-Unjoni Ewropea taħt l-iskema ewe premium, mhux possibbli skond ir-regoli ta’ l-unjoni Ewropea li jingħataw sussidji jew għajnuna oħra mill-istat.

Produtturi tal-laħam tat-tjur — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19799, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għadhom ma tħallsux sa l-aħħar ta' April u għaliex ma tħallsux is-sussidji dovuti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 66 produttur tal-laħam tat-tjur f'Malta u 6 produttur f'Għawdex tħallsu s-sussidju taħt l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) dovut lilhom sa l-aħħar ta' April. Is-sussidju dovut għax-xahar ta' Mejju għadu qiegħed jinħadem.

Bdiewa — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19793, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lill-bdiewa.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Taħt l-iskema ta’ l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA), il-bdiewa għandhom jirċievu sussidji minn Jannar sa Ġunju 2006. Peress li Ġunju għalaq riċentement il-pagamenti ma jistgħux isiru qabel isiru l-verifiki u l-kontrolli neċessarji. Taħt l-iskema ta’ l-iIntegrated Administration and Control System (IACS), liema pagamenti jitħallsu mill-Paying Agency,dawn qegħdin jiġu pproċessati skond kif titlob l-Unjoni Ewropea. Preżentement hemm 439 applikant. Għajnuniet oħrajn li jistgħu jkunu pendenti minħabba verifiki huma pagamenti taħt l-iskema 3.1 (Investimenti fil-Biedja). Fir-rigward tal-miżura ad hoc għad hemm 40 bidwi li għadhom ma tħallsux minħabba verifiki li qed isiru kif titlob l-Unjoni Ewropea.

Raħħala — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19795, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lir-raħħala.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-każ tal-miżura ad hoc saru l-parti l-kbira ta' pagamenti lill-full-timers kollha, biss għad baqa’ 62 raħħal, li qed isiru l-kontrolli finali fuqhom minħabba l-fatt li uħud minnhom kellhom xi diskrepanzi waqt il-kontrolli li saru u għalhekk għadhom ma tħallsux. Fir-rigward ta’ pagamenti oħrajn maħruġin mill-Aġenzija tal-Pagamenti jirriżulta li sebgħa u tletin (37) raħħal ma tawx informazzjoni dwar kontijiet bankarji lill-Ministeru u għalhekk il-pagamenti tagħhom għadhom pendenti. Ma' dawn hemm raħħal ieħor li s-sussidju tiegħu għadu pendenti għaliex ma kienx konformi mar-regolamanti. Ta’ min iżid li l-pagamenti ma jistgħux isiru jekk ma jsirx kontroll strett fuq l-informazzjoni mgħoddija mill-applikant.

Produtturi tal-Ħalib Frisk — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19797, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lill-produtturi tal-ħalib frisk.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-raħħala qed jitħallsu regolarment iżda fir-rigward tal-miżura ad hoc għad baqa’ 40 produttur tal-ħalib li għadhom ma rċevewx il-pagament. Qed isiru l-kontrolli finali fuq dawn minħabba l-fatt li uħud mir-raħħala kellhom xi diskrepanzi waqt il-kontrolli li saru u għalhekk għadhom ma tħallsux. Fil-każ tal-miżura Meeting Standards l-applikazzjonijiet għadhom miftuħin. Fir-rigward ta’ trobbija ta’ nagħaġ u mogħoż hemm 154 produttur li l-pagament tagħhom qed jiġi pproċessat. Dawn huma pagamenti li jaqgħu taħt l-iskema ewe premium.

Produtturi tal-Laħam tal-Majjal — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19798, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux il-produtturi tal-laħam tal-majjal.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi tal-laħam tal-majjal jirċievu l-pagament tas-sussidju taħt l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) kull ġimgħa u l-aħħar pagament li sar kien għal ġimgha li spiċċat fis-16 ta' Ġunju. Fir-rigward tal-miżura ad hoc saru l-parti l-kbira tal-pagamenti lill- full-timers kollha, biss għad baqa’ 14-il produttur tal-laħam tal-majjal, 13 Malti u 1 Għawdxi, li qed isiru l-kontrolli finali fuqhom u għalhekk għadhom ma tħallsux. Fil-każ tal-miżura Meeting Standards l-applikazzjonijiet għadhom miftuħin.

Agro-Industrija — Sussidji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19800, ninforma lill-Ministru li qed issir riferenza għas-sussidji u għajnuna dovuta li l-ministeru, il-paying agency u l-gvern għadhom ma ħallsux lill-agro-industrija.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waħda mill-miżuri li bbenefikat minnha l-agro-industrija hija l-iskema għal Titjib fil-Promozzjoni u Pproċessar Ta' Prodotti Agrikoli li fis-sena 2004 ibbenifikaw minnha 10 intrapriżi. Il-pagament ta’ tnejn minn dawn qed jiġu pproċessat għax il-proġetti għadhom ma tlestewx.

Produtturi tal-Laħam tat-Tjur — Sussidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-laħam tat-tjur li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji/għajnuna qed jirreferi.

Agro-Industrija — Sussidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru fl-agro-industrija li għadhom qed jistennew xi forma ta' pagamenti ta' sussidji u/jew għajnuna finanzjarja f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sussidji qed jirreferi.