Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trobbija tal-fniek

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20181, jista' il-Ministru jindaga kemm ġie importat għalf/ġwież għat-trobbija tal-fniek biex b'hekk wieħed ikun jista' jkollu xi kalkolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni dwar l-ammont ta' għalf kompost biex jiġi mitmugħ lill-fniek li ġie impuratat f’dawn l-aħħar ħames snin ma jistax tingħata għax il-Customs Tariff Codes ma jiddistingwux bejn għalf għall-fniek, għalf iddestinat għal speċi oħrajn u materjali li jintużaw biex jinħadem l-għalf kompost. Madankollu, il-figuri ta' l-ammont ta' għalf lest u materjali li minnhom jinħadem l-għalf kompost li ġie impurtat f' Malta u li jinkludi wkoll għalf/ġwież lest għall-fniek matul is-sena 2003 sa issa huma kif ġej: Sena Kwantità f'Tunnellati Metriċi 2003 - 9,250 2004 - 8,878 2005 - 2,599 2006 - 4,072

Belt Valleta — Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20178 u jgħid kemm fil-fatt hi kkalkulata l-ispiża biex jiġi mmodernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta skond id-dipartiment/awtorita' konċernata? Jista' ipoġġi dettalji/pjan/tagħrif li għandu d-dipartiment/awtorita' jew ente responsabbli mill-immodernizzar tal-bus terminus tal-Belt Valletta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/sidien li joperaw fil-Crafts Village ta' Ta' Qali li ma ffirmawx il-kuntratt propost mill-gvern? X'inhuma r-raġunijiet u x'qed isir biex il-problemi jiġu rimedjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jara r-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20014.
Leg 10 PQ #20279 Sitting 423 2006-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri ta' Għawdex

Question

Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm-il darba l-vapuri ta' Għawdex ma żammewx il-ħin tar-rotta skond kif programmat għall-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Makni tal-Petrol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra fi flus li nġabret abbażi ta' l-agreement li kien sar bejn l-Enemalta u l-pompi tal-petrol sabiex titnaqqas xi forma ta' "fee" għall-maintenance and repair tal-makni tal-pompi tal-petrol/diesel, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ċ-ċifra fi flus li nġabret abbażi ta' l-agreement hija Lm817,557.53 bejn il-perjodu 01 t'April 2003 sa 31 ta' Diċembru 2005, u Lm144,253.23 minn Jannar 2006 sa 31 ta' Mejju 2006.

Wied ta' Burmarrad

Question

Għaliex il-gvern se jċaqlaq ir-rotta oriġinali tal-wied ta' Burmarrad? Min kienu l-esperti lokali u/jew barranin li taw dan il-parir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li r-rotta tal-kanal li hi proposta minħabba l-problema ta’ l-għargħar fil-pjanura ta’ Burmarrad ġiet imfassla minn periti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet b’konsultazzjoni m’uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. Meta ntgħażżlet din ir-rotta ttieħdu nkonsiderazzjoni t-topografija eżistenti, il-qlib neċessarju kif ukoll il-fragmentazzjoni ta’ l-egħlieqi.

Wied ta' Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma kkonsultax mal-bdiewa kollha ta' Burmarrad u għarrafhom li se jċaqlaq u jbiddel ir-rotta oriġinali tal-wied ta' Burmarrad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li uffiċjali mill-Works Division regolarment ikkonsultaw m'uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fuq kull żvilupp fuq ir-rotta tal-kanal. L-uffiċjali ta' l-Agrikoltura min-naħa tagħhom infurmaw lill-bdiewa konċernati, wara li kienet ħarġet in-notifika fil-Gazzetta tal-Gvern, madwar sena ilu, rigward it-terminu tal-qbiela fuq l-art li se jsir il-proġett.

Mtarfa bypass

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jinformani għaliex it-tarmac tal-bypass ta' l-Imtarfa li ftit xhur ilu ġie rranġat, reġa' inqasam bir-riżultat li reġgħet sfrondat parti mill-bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru investigazzjonijiet fuq it-triq imsemmija madwar sena ilu, meta kienu ffurmaw l-ewwel qsim fuq il-parti ta’ ġewwa tat-triq. Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li peress li l-parti ta’ ġewwa nbniet qabel ma kien inbeda x-xogħol tal-ħajt, waqt l-iskavar tal-parti ta’ barra tat-triq fejn kien hemm masses ta’ tafal ċediet u b’hekk inħolqu dawn il-qsim. Parti minn dawn il-qsim ġew irranġati bix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’din il-parti. Bħalissa l-ADT qed timmoniterja din l- area biex wieħed ikun jista’ jevalwa kif u kemm qed jiżdiedu dawn il-qsim biex isir intervent ta’ tiswija fuq partijiet tal-karreġjata ta’ ġewwa.

Produzzjoni tat-Tjur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20172, jista' il-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għal Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Valletta Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20176 u mmedjatament jagħmel shelters temporanji sabiex iċ-ċittadini li jużaw il-bus terminus tal-Belt Valletta ikollhom kenn mill-elementi tan-natura waqt li jkunu qed jistennew il-mezz tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tħejji pjanijiet dwar kif jista' jitjieb l-ambjent fiżiku tal-Bus Terminus tal-Belt Valletta.

Direttur tas-sajd

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 20175, jista' il-Ministru jinformani x'ġara mill-pożizzjoni li kien jokkupa l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Għaliex tneħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Wara konsultazzjonijiet u ftehim mas-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-istruttura ta’ tmexxija fil-qasam tas-sajd u s-servizzi veterinarji inbidlet sabiex toħroġ ċara d-distinzjoni bejn il-parti operattiva u dik regolatorja. Għal dan il-għan ġew stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali, Affarijiet Veterinarji u Sajd, u dawk ta’ Chief Fisheries Officer u Chief Veterinary Officer, it-tnejn fuq skala 3 minħabba l-importanza tal-pożizzjonijiet. Il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali, Affarijiet Veterinarji u Sajd, ġiet mimlija wara sejħa għall-applikazzjonijiet skond proċeduri stabbiliti. Eventwalment ikun hemm sejħa għall-pożizzjonijiet l-oħrajn.

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20177, jista' il-Ministru jgħid għaliex imbagħad fil-każ ta' l-industrija tat-tjur - nirriferi għal mistoqsija parlamentari 20172 - ipprovda informazzjoni meta hija industrija kummerċjali wkoll? Għaldaqstant, jista' jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 20177?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-industrija tat-tjur hija regolata direttament b'dokumentazzjoni mill-biċċerija stess. B'hekk tista’ tkun ikkalkulata u tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari 20177 hija strettament ta’ natura kummerċjali u għalhekk mhijiex etika li tingħata f’dan l-istadju.

Pitkalija — Impjant tal-grading

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena kemm kienet il-kwantita' f'tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk li ġie gradjat fl-impjant il-ġdid tal-grading fil-pitkalija? Kemm fil-fatt kienet l-ispiża s'issa biex tħaddem dan l-impjant u kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li qed jagħmlu x-xogħol fil-grading station?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 19528.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-toilets il-ġodda li nbnew fil-Crafts Village f'Ta' Qali baqgħu magħluqa? Kemm fil-fatt ilhom magħluqin u meta se jinfetħu sabiex il-pubbliku u t-turisti jkollhom post aktar diċenti minn dak eżistenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Produzzjoni ta' ħxejjex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħxejjex f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni ta' ħxejjex f'Malta u f'Għawdex ma tinkludix biss dak li jidħol fil-Pitkalija. L-informazzjoni li qed tingħata għalhekk tirreferi biss għal dak li jidħol fil-Pitkalija f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Din l-informazzjoni tidher hawn taħt: Jannar-Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 14,021,690 98,507 785,810 3,220,380 2002 13,859,440 63,401 864,679 3,519,018 2003 12,857,593 33,173 880,264 2,933,551 2004 12,814,697 52,522 910,675 3,407,795 2005 13,384,257 54,550 817,957 3,242,323 2006 15,530,406 29,012 824,589 3,288,464

Produzzjoni ta' frott

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' frott f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni ta' frott f'Malta u f'Għawdex ma tinkludix biss dak li jidħol fil-Pitkalija. L-informazzjoni li qed tingħata għalhekk tirreferi biss għal dak li jidħol fil-Pitkalija f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Din l-informazzjoni tidher hawn taħt: Jannar -Ġunju Pitkali Malta Pitkali Għawdex Co-Op Għawdex Co-Op Malta (Kili) (Kili) (Kili) (Kili) 2001 1,973,505 12,764 82,458 493,453 2002 2,445,725 13,795 112,387 230,072 2003 2,103,668 3,915 91,322 460,055 2004 2,131,082 8,876 80,435 507,795 2005 2,188,091 8,085 75,941 555,331 2006 2,414,628 13,791 99,959 611,127

Belt Valletta — Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi kkalkulata l-ispiża biex jiġi mmodernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta skond id-dipartiment/awtorita' konċernata? Jista' ipoġġi dettalji/pjan/tagħrif li għandu d-dipartiment/awtorita' jew ente responsabbli mill-immodernizzar tal-bus terminus tal-Belt Valletta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta — Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi kkalkulata l-ispiża biex jiġi mmodernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta skond id-dipartiment/awtorita' konċernata? Jista' ipoġġi dettalji/pjan/tagħrif li għandu d-dipartiment/awtorita' jew ente responsabbli mill-immodernizzar tal-bus terminus tal-Belt Valletta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20313.

Produzzjoni ta' laħam taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' laħam taċ-ċanga f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni ta’ laħam taċ-ċanga tul il-perjodi li talab kienet kif jidher hawn taħt: Sena Malta (irjus) Għawdex (irjus) 2001 5315 221 2002 5651 309 2003 4820 356 2004 4669 153 2005 5258 26 2006 ( s’issa) 2608 -