B'riferenza għal 250 persuna ta' ċittadinanza barranija jirreġistraw għax-xogħol f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' impjieg dawn qed jirreġistraw għalih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li rigward il-205 persuna ta’ ċittadinanza barranija li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa’ l-aħħar ta’ Lulju 2006 fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru, hawn taħt issib x’tip ta’ impjieg dawn kienu qed jirregistraw għalih:
ISCO-88 MAJOR GROUPS
Total
Legislators, Senior Officials and Managers
9
Professionals
9
Technicians and Associate Professionals
32
Clerks
30
Service Workers and shop and market sales workers
31
Skilled agriculture and fishery workers
3
Crafts and related trade workers
38
Plant and machinery operators and assemblers
28
Elementary Occupations
25
Total
205
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21260 u jgħid kemm kienu l-pagamenti fl-2004 u l-2005 separatament tad-dairy premium? Meta saru dawn il-pagamenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jinformani kemm kienet in-nefqa globali għax-xogħlijiet li saru f'Howard gardens?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li nefqa totali għax-xogħol ta' tisbieħ f'Howard Gardens hi stmata li kienet madwar Lm 350,000. Ta' Min igħid li dan il-proġett twettaq bl-għajnuna tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21344 u immedjatament jawtorizza xogħlijiet sabiex l-ispazju ta' taħt il-bus shelter fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat, Malta qrib ir-residenza 12 Vjal il-Ħaddiem jirċievi iktar ilma tax-xita ħalli l-ilma tax-xita ma jkomplix jeqred l-uċuħ tar-raba' li hemm biswiet? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant sabiex tkun tista' tinstab soluzzjoni għall-problema ta' l-ilma tax-xita.
Tista' il-Ministru tara li tinvestiga kif tirrimedja każ urġenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba l-problemi tal-familja u l-konsegwenzi diffiċli li qed jgħixu l-membri tal-familja in kwestjoni? Tista' il-Ministru tapprova akkomodazzjoni soċjali immedjatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ninsab infurmata wkoll li f’Ġunju ta’ din is-sena, din l-persuna ġiet offruta post alternattiv li rrifjutat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxi kollha marbuta mal-biljetti ta' l-ajru matul din is-sena?
Jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant .
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali mis-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub ser jingħata mill-Ministru għall-Investment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika fi tweġiba għall-mistoqsija simili magħmula lilu bin-numru 21413.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-assigurazzjoni li kellha tingħata lill-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex tissostitwixxi l-ħlas ta' nofs il-bolla tan-NI?
Kemm fil-fatt tilfu fi ħlas il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda kawża li l-gvern neħħa din l-għajnuna lil dawn in-nies tax-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol konness mat-tfassil tal-assikurazzjoni konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea issa ġiet konkluża u l-iskema ġiet notifikata lill-Kumissjoni Ewropea.Għat-tieni parti tal-mistoqsija peress li l-iskema tan-nofs bolla kellha titneħħa abbażi tar-regoli tal-Unjoni Ewropea, kull tweġiba li tistà tingħata hi spekkulativa.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' għalliema fl-iskejjel sekondarji/primarji u oħrajn ta' l-Istat, separatament? X'suġġetti jkopru dawn l-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Skejjel Numru ta' għalliema (approx.) fl-iskejjel ta' l-Istat
Primarji 862
Sekondarji 2,197
Skejjel Speċjali
u Servizzi Peripatetiċi 90
Total 3,149.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma kienx ikkonsidrat li jsiru shelter u ħawt għaż-żwiemel li hemm fejn Howard Gardens, Rabat meta sar il-proġett? Jista' jinformana għaliex il-ministeru ppermetta li ssir din il-moħqrija u nuqqas ta' rispett lejn dawn iż-żwiemel? Fil-fatt kien hemem talba mill-kunsilli ta' l-Imdina u tar-Rabat biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Kif jispjega l-fatt il-Ministru li fil-ħarġa tat-12 ta' Ottubru, 2006 tal-Malta Independent ġie rappurtat li l-industrija tat-tjur ingħatat f'għajnuna u sussidju Lm3,125,980 u fil-ħarġa tat-13 ta' Ottubru ta' l-istess ġurnal ġie rappurtat li s-somma kienet ta' Lm1,255,830?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jipprovdi kopji tà l-artiklu li qed jirreferi għalihom.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-nefqa għal għajnuna finanzjarja kif rappurtata fil-ħarġa tat-12 ta' Ottubru fil-Malta Indipendent għall-qasam ta' l-industrija lokali tat-tjur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21352.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tan-nefqa għal għajnuna finanzjarja kif rappurtata fil-ħarġa tat-13 ta' Ottubru fil-Malta Indipendent għall-qasam ta' l-industrija lokali tat-tjur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema għajnuna qiegħed jirreferi.
Tista' il-Ministru tgħid x'ġara mill-pjani tal-gvern f'Għawdex għall-biċċerija l-ġdida u l-biċċerija ta' l-emerġenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-pjani tal-gvern għall-biċċerija f'Għawdex għadhom li din tiġi upgraded. Dalwaqt ser terġa toħroġ offerta għall-provista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija peress li l-ebda tenderer fl-offerta oriġinali ma' kien compliant mat-tender.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornana dwar il-pożizzjoni ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art magħrufa bħala l-Għalqa ta’ Kola ġewwa r-Rabat ġiet dikjarata bżonnjuża għal skop pubbliku permezz tal-Gażżetta tal-Gvern datata 7 ta’ Ottubru 1977. L-Avviż għall-Ftehim kif ukoll in-Notifika ta’ Dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta fuq dina l-art kienet ġiet ippreżentata fil-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet fid-19 ta’ Lulju 2001. Il-kumpens offrut mill-Gvern għall-art kollha kien jammonta għas-somma komplessiva ta’ ħames mija, wieħed u ħamsin elf, sebgħa mija u ħamsin Liri Maltin (Lm551,750). Mhux il-persuni kollha illi ġew notifikati bl-Avviż għall-Ftehim u bin-notifika tal-President ta’ Malta fuq imsemmija kienu kkontestaw il-kumpens fil-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet. Il-Gvern permezz ta’ kuntratt li ġie ppubblikat fil-konfront ta’ waħda mill-persuni li kienet aċċettat il-kumpens, kien akkwista s-sehem indiviż ta’ biċċtejn art ta’ l-Għalqa ta’ Kola bil-prezz ta’ mija u ħames t’elef, ħames mija u wieħed u disgħin Lira Maltin (Lm105,591). Il-proċeduri fil-konfront ta’ dawk il-persuni li kienu kkontestaw il-kumpens bdew jinstemgħu fl-10 ta’ Ottubru 2003 quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet. Ir-rikors illum qiegħed fi stadju ta’ provi u jinsab differit għad-9 ta’ Novembru 2006.
Tista' il-Ministru tara li armla mir-Rabat li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-għajnuna sabiex tieħu l-pensjoni lokali u estera (Kanadiża) bħala armla mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.