Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu jitħaddemn il-packing u l-grading station f'Ta' Qali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-packing u l-grading station f’Ta’Qali tlesta fis-sena 2005 u minn dik is-sena beda jitħaddem mill-Għaqda tal-Produtturi Gomriża.
Jista' il-Ministru jara l-każ ta' bidwi part-time mir-Rabat li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jixtieq idaħħal three phase ta' l-elettriku u qed jintalab iħallas Lm2,700 għal transformer ġdid? Is-somma mitluba hija minnha u tajba?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-istima hi korretta u ġiet maħduma skond l-Electricity Supply regulation.
Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' Maltin li jaħdmu l-Libja fil-preżent?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Huwa mpossibli li nagħti ċifra preċiża, tan-numru ta` persuni Maltin li jaħdmu fil-Libja.Ċittadini Maltin li jaħdmu fil-Libja m`għandhomx obbligu li jirreġistraw mal-ambaxxata Maltija.
Fuq inizzjattiva tagħha stess l-ambaxxata Maltija fi Tripli żżomm reġistru tal-Maltin li volontarjament jirreġistraw sabiex ikunu kuntattabbli f`każi ta` emerġenza iżda n-numru ta` persuni rreġistrati fih m`huwiex indikattiv biżżejjed tan-numru ta` ħaddiema Maltin fil-Libja.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-pjani għall-aġenda tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja? Meta se ssir il-laqgħa li jmiss? Meta l-aħħar li saret laqgħa simili u x'aġenda kellha din il-laqgħa?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-laqgħa li jmiss tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja se ssir fi Tripli bejn l-20 u l-21 ta` Novembru li ġej. L-aġenda tal-laqgħa qed tiġi diskussa bejn iż-żewġ naħat.
L-aħħar laqgħa tal-
Mixed Commission
kienet saret f`Malta f`Ottubru 2003.
Jista' il-Ministru jinformana bl-iżvilupp ta' mistoqsija parlamentari 21483 dwar il-problema ta' Vjal il-Ħaddiem, Rabat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant sabiex tkun mistħarġa l-problema ta’ flooding minħabba l-ilma tax-xita.
Soluzzjoni għal din il-problema x'aktarx trid it-tibdil ta’ medda konsiderevoli ta'
stormwater culvert
fi Vjal il-Ħaddiem biex din tkun tista' tieħu iktar ilma. L-Awtorita' qiegħda tevalwa jekk tali xogħol ta'
stormwater culvert
hux responsabilita' tagħha jew tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għal immodernizzar tal-biċċerija tal-Marsa matul din is-sena? Kemm minnhom tħallsu u fiex intnefqu?
Jista' il-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-fondi li ntefqu għat-tagħmir u l-manutenzjoni fid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Affarijiet Veterinarji li sa Marzu 2005 kienet taħt it-tmexxija ta’ l-eks Direttur Ġenerali, u li l-lum tissejjaħ Diviżjoni ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd, matul l-2003, 2004, 2005 u 2006 huma hekk:
2003 - Lm247,945
2004 - Lm247,460
2005 - Lm369,620
2006 - Lm139,900
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti u spezzjoniet li saru mill-esperti ta' l-Unjoni Ewropea fil-biċċerija tal-Marsa minn wara l-1 ta' Mejju 2004? Meta saru u min kienu l-persuni li għamlu dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta' Mejju 2004 saru żewġ spezzjonijiet fil-biċċerija tal-Marsa min-naħa tal-Food and Veterinary Office (FVO) tad-DG Sanco ta' l-Unjoni Ewropea. L-ewwel waħda, li kienet biss tikkonċerna parti mill-operat tal-biċċerija, saret f'Diċembru 2004 u l-aħħar waħda saret matul Ottubru ta' din is-sena. Peress li l-uffiċjali nkarigati mill-ispezzjoni huma impjegati tal-Kummissjoni Ewropea mhijiex etika li jingħataw l-ismijiet tagħhom.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21260 u 21476 u jgħid kemm kienu l-pagamenti fl-2004 u l-2005 separatament tad-dairy premium? Meta saru dawn il-pagamenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-pagament tad-dairy premium għas-sena 2005 ammonta għal Lm99,735.95 li tqassam bejn 144 raħħal. Tħallsu wkoll Lm45,978.04 bħala additional payments fuq il-kwantità tar-referenza tal-ħalib. Dawn il-pagamenti saru fit-28 ta’ Gunju 2006. Ma kien hemm l-ebda ħlas ta' Dairy premium għas-sena 2004 għax dawn il-ħlasijiet huma nkorporati fil-pagamenti li saru fl-2005.
Jista' il-Ministru jara li tinxtegħel iż-zebra crossing li hemm fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed/Nigret Rabat, Malta peress li ilha mudlama għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tat-Toroq kien lesta x-xogħol tac-Civil Engineering sabiex ix-xogħol ta’ wiring ikun jista’ jsir mill-Enemalta.
Din iż-
zebra crossing
tinsab fit triq li r-responsabilita tagħha taqa’ taħt il-Kunsill Lokali, u b’hekk dan il-Kunsill għandu jagħmel l-applikazzjonijiet meħtieġa biex din iż-
zebra crossing
tinxtgħel.
Tista' il-Ministru tipprovdi update għall-mistoqsija parlamentari 10773?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar il-produzzjoni ta' majjal u ċanga nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 21604. Dwar produzzjoni ta' broilers jiena nfurmata li l-informazzjoni qegħda tinġabar u titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm kien is-sussidju fuq il-prodotti ta' l-ikel, ġwież, qmuħ, zokkor, eċċ. matul l-2004, l-2005 u l-2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21417, tista' il-Ministru tgħid kemm fil-fatt ilha magħluqa l-biċċerija ta' Għawdex, kif ukoll dik ta' l-emerġenza? Kemm huwa n-numru tal-merħla tal-baqar, għoġġiela u majjal f'Għawdex fil-mument u kemm hija l-qatla kull xahar separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-biċċerija ta’ Għawdex ilha magħluqa minn Mejju 2004 mentri għall-qatla ta' l-emergenza minn Settembru 2006. Jiena nfurmata wkoll li n-numru tal-merħla f’Għawdex u n-numru tal-bhejjem maqtula huwa kif jidher hawn taħt:
Numru tal-merħla: Irziezet Numru ta’ Bhejjem
Baqar u għoġiela 43 Baqar : 4605
Għoġiela: 1508
Majjali 14 Majjal 4500
Qatla ta’ majjal u taċ-ċanga fil-biċċerija f’Malta matul is-sena 2006
Majjal Baqar Għoġiela
Jannar 411 46 40
Frar 403 57 54
Marzu 494 72 58
April 45 54 42
Mejju 420 43 35
Ġunju 437 55 41
Lulju 332 69 51
Awissu 440 35 51
Settembru 451 57 53
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21352, qed nehmeż il-kopji relatati u cioe paġna 12 tat-13 ta' Ottubru u paġna 5 ta' l-14 ta' Ottubru rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota li d-dati oriġinali li huwa pprovda kienu \baljati. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri li qed jikwota jirreferu għal-setturi differenti tàl-industrija tat-tjur.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21413 u jgħid kemm kien id-dħul tal-korporazzjoni Enemalta fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.