Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21693 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Serer

Question

Skond ir-records tad-diipartiment, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni mis-serer matul l-2005? X'varjeta' ta' prodotti ġiet reġistrata f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma jinżammux records tal-produzzjoni tas-serer fid-dipartiment konċernat. L-Onorevoli Nterpellant jista' jirreferi għal-statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-25 ta' Settembru 2002 bin-numru 99/2002 li turi l-produzzjoni tas-serer fis-sena 2001. Jiena nfurmata wkoll li matul is-sena 2007 mistennija tinġabar statistika mill-ġdid dwar din il-produzzjoni.

Produtturi tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tat-tadam għall-ipproċessar minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-frott frisk minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-ħaxix frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-ħaxix frisk minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Industrija tat-Tjur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21606, jista' il-Ministru jagħtina breakdown ta' kif tqassmu dawn is-sussidji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba, skond l-aħħar ċifri, tidher hawn taħt: 2002 2003 2004 2005 2006 LM LM LM LM LM Poultry - Malta 66,465.02 332,980.09 195,292.10 202,780.00 198,683.19 Poultry - Gozo 22,411.43 129,068.77 62,222.63 42,404.00 40,829.65 Eggs - Malta 119,369.49 796,898.14 852,265.05 655,703.00 485,982.13 Eggs - Gozo 14,301.49 90,040.73 93,264.30 65,040.00 56,681.54

Produtturi tal-ħalib frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-ħalib frisk minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-broilers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-broilers minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-bajd frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-bajd frisk minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-laħam tal-fenek

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-laħam tal-fenek minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Produtturi tal-faqqieħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-faqqieħ minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Serer

Question

Skond ir-records tad-dipartiment, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mis-serer matul l-2005? X'varjeta' ta' prodotti ġiet reġistrata f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tas-serer hi magħduda mal-produzzjoni ta’ ħxejjex u frott li tinbiegħ minn sorsi uffiċjali bħal, per eżempju, il-pitkalija. Partl mill-produzzjoni tinbiegħ direttament u mhijiex reġistrata. Ta’ min iżid ukoll li l-produzzjoni mis-serer tista’ tinkludi figuri u mhux neċessarjament ħxejjex jew frott. Minn żmien għal żmien isiru surveys minn naħa ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u f’dawn is-surveys issir stima tal-produzzjoni mis-serer u l-varjetajiet li jitkabbru fihom. L-aħħar survey sar qabel l-2005.

Esportazzjoni tal-Patata

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' esportazzjoni tal-patata lejn is-swieq Olandiżi matul l-istaġun ta' din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 19765.

Biċċerija tal-Marsa — Inċineratur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa l-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija tal-Marsa? Meta beda jitħaddem u kemm hi l-ispiża globali tiegħu biex jitħaddem xahar b'xahar, fis-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa kapitali għall-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija kienet ta’ 10.4 miljun ewro. Dan l-investiment kien iffinanzjat taħt il-protokol Taljan. L-ispiża rikurrenti ta’ l-inċineratur meta jibda jitħaddem se tvarja skond it-tip ta' materjal li jkun qed jiġi ttrattat. Għal dan il-għan, qed isir xogħol biex dan l-investiment ikun jista' jitratta materjal ieħor ħalli titaffa l-ispiża biex jitħaddem dan l-impjant. L-ispiża tiddependi fuq diversi fatturi u għalhekk wieħed ma jistax jasal għal ċifra preċiża ta’ l-ispiża pproġettata.

Biċċerija tal-Marsa — Qatla tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla tal-majjal fil-biċċerija tal-Marsa matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-piż tal-qatla tal-majjal fil-biċċerija tal-Marsa għal dawn l-aħħar ħames kien: 2001 8,832,136 kg 2002 9,851,118 kg 2003 9,302,472 kg 2004 8,311,302 kg 2005 8,887,892 kg

Biċċerija tal-Marsa — Qatla taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-piż tal-qatla taċ-ċanga fil-biċċerija tal-Marsa matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-piż tal-qatla taċ-ċanga fil-biċċerija tal-Marsa għal dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: 2001 1,482,163 Kg 2002 1,560,918 Kg 2003 1,319,132 Kg 2004 1,253,411 Kg 2005 1,383,766 Kg

Produtturi tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali tal-majjal minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tas-sussidji li ġew negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea jibqa’ jkun ta’ income support jew għajnuna finanzjarja lill-produtturi u mhux biex awtomatikament tiżdied il-kompetittività. Kif jaf sewwa l-Onorevoli Interpellant, il-kompetittività tiddependi minn fatturi oħrajn, inkluża l-effiċjenza ta’ operatur versus operator ieħor.

Produtturi taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li żdiedet bħala perċentwali l-kompetittivita' fil-produzzjoni tal-produtturi lokali taċ-ċanga minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum abbażi tas-sussidji li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 21684.

Biċċerija tal-Marsa — Veterinarji barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' veterinarji barranin li telqu mix-xogħol tagħhom fil-biċċerija tal-Marsa minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-lum telqu żewġ veterinarji barranin mix-xogħol tagħhom fil-biċċerija tal-Marsa.

Biċċerija tal-Marsa — Veterinarji Maltin u Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' veterinarji Maltin u Għawdxin li telqu mix-xogħol tagħhom fil-biċċerija tal-Marsa minn wara l-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tliet (3) veterinarji Maltin telqu mix-xogħol tagħhom fil-biċċerija tal-Marsa mill-1 ta’ Mejju 2004.

Ta' Qali — Packing/Grading Station

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa l-packing u l-grading station f'Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti mħallsin għall-Grading Station f’Ta’ Qali kienu Lm 272,838.77 (2004 – Lm 135,890.40 u 2005 – Lm 136,948.37). Dawn tħallsu minn fondi tal-Protokoll Taljan.